Saturday, 24 December 2011 17:23
Anton Refalo
Share
Li Ghawdex ikollu tmexxijja bi strutturi u sistemi specifici ghalih mhix xi haga gdida. Anzi ghandha storja li tmur lura sekli shah. Fi zmien l-Imperu Ruman, Ghawdex kien municipju privileggjat u indipendenti minn Malta.
Fi zmien il-hakma ta' Sqallija, fil-1416, Ghawdex kellu gvern lokali, li kien jissejjah l-Università, kompost minn hakem bhala kap u minn erba' ufficjali gholjin imsejha gurati li kienu jintghazlu mill-poplu permezz ta' elezzjoni.
Il-hakem u l-gurati kienu dejjem jintghazlu Ghawdxin. Din l-ghamla ta' tmexxija baqghet fis-sehh sal-1551 meta l-Kavallieri biddlu l-isem ta' hakem ghal dak ta' Gvernatur u minflok Ghawdxi beda jinhatar Kavallier tal-Ordni.
L-Universitas Gaudisii, kif kienet imsejha, tnehhiet mill-Inglizi fil-1818 u l-amministrazzjoni ta' Ghawdex ghad-diet taht il-gvern centrali f'Malta. B'dankollu xorta wahda baqghet f'Ghawdex struttura u sistema ta' ammi-nistrazzjoni lokali.
Fil-15 t'Ottubru 1948, Pawlu Boffa, Prim Ministru Laburista, hareg Avviz tal-Gvern li permezz tieghu waqqaf Kummissjoni biex tirrapporta dwar il-htigijiet t'Ghawdex.
Il-Kummissjoni kienet magh-mula minn Edgar G. Montanaro, Kummissarju ghal Ghawdex bhala chairperson u l-Avukat Francesco Masini, Henry G.L. Jones u Patri Accursius Xerri bhala membri.
Francesco Masini kien jirraprezenta lill-Partit Ghawdxi li tieghu kien il-Kap u li kellu tlett siggijiet fl-Assembleja Legizlattiva. H.G.L. Jones kien jirrapprezenta lill-Partit ta' Jones li kellu zewg siggijiet fl-Assemblea. Jigifieri bejniethom Masini u Jones kellhom is-siggijiet kollha allokati ghal Ghawdex fl-Assemblea u ghaldaqstant kienu r-rapp-rezentanti tal-elettorat Ghawdxi kollu fl-Assemblea. Patri Accursius Xerri kien ir-rapprezentant tal-Knisja f'Ghawdex.
Wara xhur ta' nuqqas ta' qbil fi hdanu, il-Gvern ta' Boffa kkrolla fit-23 ta' Jannar 1950 meta gie meghlub fuq il-Vot dwar l-Estimi ghas-sena 1950-1951 u l-Assemblea giet xolta.
Ghaldaqstant ma lahaq sar xejn mill-Gvern ta' Boffa ghall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport dwar it-tmexxija t'Ghaw-dex. Fis-snin ta' wara il-kompetenzi u l-funzjonijiet tal-Kummissarju ghal Ghawdex komplew dejjem jitnaqqsu u jitnaqqru.
Fl-1973 l-post ta' Kummisarju gie ridott ghal dak ta' Segretarju fl-izghar grad ta' Kap ta' Dipartiment fi Skala 7 tas-Servizz Pubbliku u ghal xi snin anke fil-grad ta' Assistent Kap fi Skala 10.
Ix-xoghol li spicca jitwettaq mis-Segretarjat ghal Ghawdex kienu biss hwejjeg bhall-applikazzjoni ghall-hrug tal-pas-saporti li kienu mbaghad jin-tbaghtu Malta biex jigu pprocessati, ibigh il-biljetti tal-Lottu lir-ricevituri tal-Lottu, jigbor il-qbiela u l-kera ta' artijiet u bini tal-gvern, u li jagixxi bhala fergha tar-Registru tal-Artijiet f'Ghawdex.
Is-Segretarjat ma kien jamministra l-ebda fondi kapitali. Minn dan johrog li s-Segretarjat ghal Ghawdex spicca bla ebda rilevanza ghall-izvilupp socjoekon-omiku tal-gzira.
Il-Kunsill Civiku ta' Ghawdex
Il-moviment ghall-identità regjonali ftit jew wisq dejjem baqa' haj f'Ghawdex.
Fit-23 ta' Novembru 1958 twaqqaf l-ewwel Kumitat Civiku Ghawdxi maghmul minn membri nominati biss. Izda f'April tal-1959, il-membri ta' dan il-Kumitat inhatru permezz ta' elezzjoni li saret taht regolamenti ta' statut imfassal mill-istess Kumitat.
Il-Kumitat kien maghmul minn rapprezentanza mir-Rabat u l-irhula kollha ta' Ghawdex. L-ghanijiet tal-Kumitat kienu li jikkunsidra u jissodisfa l-bzonnijiet ta' Ghawdex u tal-Ghawdxin fl-oqsma kulturali, ekonomici u socjali permezz ta' trattattivi diretti u immedjati mal-awtoritajiet.
Dan il-Kumitat kien il-predecessur tal-Kunsill Civiku ta' Ghawdex, li twaqqaf, fuq talba tal-Kumitat Civiku, b'Ordinanza IX tal-1961 fl-14 t'April 1967. Permezz ta' din l-Ordinanza, il-Kunsill gie moghti gharfien legali u kellu erbatax-il kumitat distrettwali li kienu mistennija li jahdmu bhala ferghat tal-gvern lokali.
Dawn il-Kumitati kienu maghmula minn hames membri kull kumitat, li wiehed minnhom imbaghad kien jintghazel biex jirrapprezenta lir-rahal fil-Kunsill Civiku Centrali.
Il-funzjonijiet ewlenin tal-Kunsill kienu li jipprovdi ghal toroq godda u l-manutenzjoni taghhom; l-amministrazzjoni ta' proprjetà tal-Gvern, tal-Muzew, tal-Librerija, ta' cimiterji pubblici, tal-ispizeriji distrettwali, tal-latrini pubblici, tal-playgrounds tat-tfal, ta' gonna pubblici u tas-Silver Jubilee Sports Ground; id-dawl elettriku, mains tal-ilma u drenagg.
M'hemmx dubbju li t-twaqqif tal-Kunsill Civiku fih innifsu kien pass 'il quddiem ghat-tmexxijja ahjar tal-gzira permezz ta' korp statutorju ta' gvern lokali.
Lanqas ma hemm dubbju li l-Kunsill hadem u stinka biex f'Ghawdex jinkiseb progress fil-qasam socjali, kulturali u ekonomiku. Kienu saru xoghlijiet fid-distretti kollha li jinkludu bini u tiswijiet ta' toroq u sahansitra bini ta' flats ghall-akkomodazzjoni socjali.
Imma ma kellux il-provvedimenti legali mehtiega biex jilqghu kontra l-partiggjanizmu politiku u parrokkjali. Meta l-Gvern Laburista tal-1971-1976 ha l-hatra, sab li fl-affarijiet tal-Kunsill kien hemm dizorganizzazzjoni, konfuzjoni, nuqqas ta' dixxiplina, fondi li ma ntefqux u xoghlijiet abbandunati. Kollox kien qisu wieqaf. Ghalhekk abolixxa l-Kunsill.
Darb'ohra, fit-tieni parti, nikteb dwar il-Kumitat Parlamentari ghal Ghawdex, l-ewwel ministeru ghal Ghawdex, is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u t-tieni ministeru ghal Ghawdex.