Saturday, 24 December 2011 17:26
Stefan Buontempo
Share
Fil-pajjizi fejn hemm il-kultura Kristjana, hemm tradizzjonijiet marbuta ma' dawn il-granet sbieh ta' festi. Ikolli nistqarr, izda, li wkoll f'xi pajjizi fejn il-kultura mhix Kristjana, minhabba t-turizmu, dahlu xi tradizzjonijiet Kristjani.
F'Malta wkoll ghandna t-tra-dizzjonijiet taghna, ghalkemm xi whud minnhom huma l-istess bhal ta' pajjizi ohra girien taghna u wkoll dawk mhux daqstant qribna, imma forsi b'xi differenzi zghar.
X'jigifieri tradizzjoni? Dil-kelma tispjega dak li jsir minn nazzjon jew ghaqda ta' nies ghal bosta snin bla ma jinbidel xejn, ghal xi okkazjoni jew festa.
F'Malta ghandna tradizzjonijiet f'diversi oqsma: dawk tal-familja, tat-temp, tal-ikel, ecc. Il-familja Maltija fil-Milied dejjem daret mal-presepju, kelma li gejja mit-Taljan; il-presepji jsiru minn materjali differenti skont il-hila u l-mezzi ta' min jaghmilhom.
Isiru mill-karti tas-siment, bil-gebel tal-gagazza jew bil-kartapesta. Ghal bosta snin ilhom isiru presepji kbar li jkunu ghall-wiri fi kmamar kbar u li jkunu mhaddmin bl-elettriku biex il-pasturi, jew il-figuri tat-tafal li jkun hemm fil-presepju, jiccaqalqu. Kien hemm zmien iktar bikri meta ma kienx hawn elettriku u dawn il-pasturi kienu jiccaqalqu b'makkinarju mhad-dem bl-id.
Izejnu l-presepji konna naraw il-gurbiena u l-qamh, li mieghu kienu jzidu xi ftit zerriegha tal-iskalora biex titla' xuxa hamra li kienet taghmel sabih wisq! Fil-Kuncizzjoni, fit-8 ta' Dicembru, x'aktarx li t-tfal kienu jxarrbu l-gurbiena u l-qamh mal-iskalora u l-ghada jew jumejn wara jizirghuhom fil-plattini li fihom ikunu qieghdu ftit tajjar.
Kienu jqighduhom xi mkien ghad-dlam biex ifittxu jikbru. Illum il-gurnata waqt li ghadna nizirghu l-gurbiena, il-qamh ma tantx ghadu jidher. Il-gurbiena tikber bajda waqt li l-qamh jikber ahdar u l-iskalora tikber hamra.
M'ghandniex ghalfejn nahsbu li dawn il-presepji huma xi haga esklussivament taghna l-Maltin! Dawn tarahom fl-ibliet ta' pajjizi ohra mibnijin bl-istess stil bhal dawk li naraw hawn Malta. L-iktar l-iktar f'xi pajjizi jzidu l-melh u t-tajjar biex jirrapprezentaw is-silg. Imma fil-verità, dakinhar li twieled il-Bambin kien ksieh tas-silg? Jigifieri ksieh ixoqq l-ghadam?
Il-poeta Ingliz, Milton, fil-poezija tieghu On the Eve of Christ's Nativity, jghidilna li meta twieled Kristu fid-dinja kien hawn il-paci u s-sliem u t-temp kien temp mill-isbah, kien zmien tad-deheb.
Tradizzjoni ohra hi li l-familja ddur mal-mejda ghall-ikla tal-Milied u tal-ewwel tas-sena. Waqt li kull genitur jaghmel hiltu biex sew fil-Milied kemm fl-ewwel tas-sena jipprovdi ikla ahjar minn tas-soltu, mhux fil-familji kollha ssib id-dundjan jew il-hasi; lanqas ma ssib il-kaghak tal-qastanija u l-ixkunvat fuq kull mejda. Minn dejjem kien hawn il-familji li jifilhu jkollhom ikla kbira u specjali u l-familji li l-ikla specjali taghhom tkun wahda x'aktarx fqajra.
Lejlet il-Milied il-familja f'Malta kienet tmur il-knisja ghall-quddiesa ta' nofsillejl; tifel imfarfar kien jaghmel il-Prietka tal-Milied minn fuq il-pulptu waqt il-Quddiesa. Kien jinghazel tifel bravu u bil-ghaqal ghax dan ikun irid li jiftakar prietka twila mhux hazin bl-amment; dil-prietka kien jiktibha sacerdot li jaghmel xi erba' gimghat hamsa mat-tifel biex jghallmu l-prietka bl-amment. Qatt ma ntghazlet tifla u ghalhekk tissejjah Il-Prietka tat-Tifel.
Wara l-Quddiesa ta' nofsillejl, kulhadd kien jghaggel lejn id-dar biex jiekol l-imbuljuta. Din hi soppa maghmula mill-qastan ta' bla qoxra li jkun ilu mxarrab minn jum qabel; jitqieghed f'kazzola b'bizzejjed ilma kemm jitghatta, kokkodina, qxur tal-lumi, tal-laring u tal-mandolin u zokkor u kollox jithalla jtektek sakemm il-qastan jirtab u jsir biex jittiekel; kien hawn min mal-imbuljuta jzid il-halib.
Fl-ewwel jum tas-sena t-tfal kienu jinghataw l-istrina. It-tfal kien ikollhom borza zghira tad-drapp li kienet thithielhom ommhom jew xi hadd fil-familja u nhar l-1 ta' Jannar johorgu fit-toroq u jmorru jzuru lill-familjari u l-girien biex dawn jaghtuhom xi haga tal-flus fil-borza waqt li t-tfal jawgurawlhom is-sena t-tajba.
Nghidu li qabel il-Milied la bard u lanqas ksieh. Il-bard u l-ksieh jibdew mal-granet tal-Milied. Min ikun jista' jixtri xi haga tal-hwejjeg hoxnin xi jzanzan fil-Milied jiehu pjacir bil-bard ghax ikun jista' jifrah bil-hwejjeg il-godda.
Mit-13 sal-24 ta' Dicembru huma tnax-il jum li juru t-temp tat-tnax-il xahar tas-sena ta' wara. Hekk it-temp tat-13 ta' Dicembru juri t-temp ta' Jannar u tal-14 juri t-temp ta' Frar u nibqghu sejrin hekk. Dawn jissejhu l-irwiegel u f'hafna mis-snin japplikaw perfettament. Tradizzjonalment, il-bdiewa kienu jimxu fuq dawn l-irwiegel; ukoll il-Pronostku bit-tbassir tat-temp kien jimxi fuq l-irwiegel.
Nghidu li t-tradizzjonijiet idumu biex jinqatghu. Hekk hu. Waqt li hafna minn dawn it-tradizzjonijiet ghadhom fostna, ohrajn maz-zmien nienu u spiccaw.
F'ismi u f'isem il-familja tieghi nixtieq Il-Milied hieni lil kulhadd u jalla lkoll kemm ahna nghaddu s-sena l-gdida fis-sliem u s-sahha.