Saturday, 24 December 2011 17:30
Stefan Zrinzo Azzopardi
Share
Din hija festa li l-Maltin u l-Ghawdxin jiccelebraw bil-qalb. Festa li tghaqqad familji u hbieb. Festa li tista' tghid tlaqqana flimkien f'jiem mizghuda b'attivitajiet madwar il-pajjiz biex tigi ccelebrata bl-ahjar mod din il-festa, li tul is-snin il-Maltin dejjem iffesteggjaw b'ghozza.
Festa li tbiddlilna r-rutina u tehdilna l-hin taghna biex nippartecipaw fin-numru kbir ta' attivitajiet socjali li jlaqqghuna ma' hafna hbieb, familjari u ohrajn. Ir-ritmu tal-pajjiz jinbidel kompletament.
Ir-rabta ta' pajjizna ma' din il-festa tidher mit-tradizzjonijiet li jaghmlu din il-festa wahda mill-aktar ghonja fis-sinjifikat taghha. Festa li ghalkemm hija ccelebrata madwar id-dinja, u sa certu punt anke f'pajjizi li ma jhaddnux it-twemmin Kristjan, pajjizna ghamilha tieghu meta sebbahha bi tradizzjonijiet li writna minghand missirijietna.
Huwa essenzjali li dak li bih missirijietna ghamlu din il-festa l-Milied tal-Maltin inkomplu nghozzuhom, mhux biss bhala parti mill-istorja taghna, izda bhala parti minn dak li jidentifikana bhal poplu li jghozz tant din il-festa hekk sabiha. Hasra jekk dawn it-tradizzjonijiet jispiccaw biss parti mir-rakkont tal-istorja ta' dak li kienu jwettqu mis-sirijietna fil-festa tal-Milied tal-Maltin.
Tista' tghid li l-protagonisti ta' din il-festa huma t-tfal. Minn attivitajiet religjuzi sal-festini li jigu organizzati biex jinghataw ir-rigali, it-tfal jiehdu l-attenzjoni.
Din il-festa ghandha tkun maghmula ghat-tfal biex l-ispirtu li din il-festa taghti jibqa' jingarr minn zmien ghal zmien u tintiret tul il-generazzjonijiet li ghad iridu jigu kif ghamlet f'dawn il-mijiet ta' snin. Hekk hu xieraq ghax wara kollox din hija l-festa tat-twelid ta' tarbija specjali.
Din mhix biss il-festa ta' tradizzjonijiet antiki u ta' celebrazzjonijiet. Mhix biss il-festa tad-dawl iteptep u tizjin fit-toroq. Fuq kollox din l-festa tkun il-festa ta' ferh billi nferrhu lil haddiehor.
Hija l-festa li filwaqt li ngawdu dak kollu li ggib maghha, ghandna niftakru f'haddiehor. Festa li ghandha tfakkarna li hemm min ghandu bzonn is-sostenn taghna biex ikun jista' jifrah f'dan iz-zmien ukoll. Din hija l-festa li ghandha tispirana biex inwettqu l-valur tas-solidarjetà li pajjizna tant jghozz.
Pajjizna qatt ma qaghad lura milli jkun solidali ma' haddiehor. Jekk hemm valur li l-poplu taghna haddan u li verament jaghmel mezz li jhaddem huwa l-valur tas-solidarjetà. F'dan iz-zmien aktar minn zmien iehor, tittiehed l-opportunità biex nuru kemm verament nemmnu u nhaddmu dan il-valur.
L-impenn tal-mexxejja tal-pajjiz heggigna wkoll biex nibdew niccelebraw il-valur tas-solidarjetà permezz ta' okkazjoni li tghaqqadna bhala poplu wiehed, pajjiz wiehed. Lil hinn minn kull fehma politika, twemmin religjuz jew fehma ohra, il-poplu Malti bi hgaru qed jikkonkorri bi shih f'attività mahsuba biex jingabru fondi halli persuni li jinsabu aktar fil-bzonn ikunu jistghu jigu meghjuna matul is-sena.
Li pajjizna ma haddanx dan il-valur, okkazjonijiet bhal dawn ma jirnexxux. F'kull zmien il-poplu Malti dejjem kien lest li jaghti sehmu kull meta saret sejha biex persuni fil-bzonn jigu meghjuna. Dawn l-inizjattivi jaghmlu din il-festa tal-Milied tal-Maltin ferm isbah.
Bhalma nikkonkorru ghall-attivitajiet li norganizzaw, jehtieg li nzommu l-appuntament annwali biex f'din is-sena wkoll naghtu sehemna biex l-inizjattiva tal-Istrina tkun mill-gdid success li minnu jgawdu dawk kollha li jehtiegu daqqa t'id aktar minn haddiehor.
Bl-istess mod ma nistghux ninsew l-appuntament annwali li jigi ftit jiem wara nhar l-ewwel tas-sena meta d-Dar tal-Providenza tiftah il-bibien taghha lil dawk kollha li jkunu jridu jaghtuha daqqa t'id ghax-xoghol mill-aqwa li taghti.
F'ismi u f'isem il-familja tieghi nixtiqilkom ilkoll il-Milied it-Tajjeb u sena mimlija risq, gid u hena.