Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Incertezza dwar il-futur tal-impjegati tal-Maltco Lotteries

E-mail Print PDF
Share
picture_6Fil-gimghat li ghaddew, il-Gvern hareg sejha ghall-offerrti biex tintghazel kumpannija privata biex tibda topera l-lotterji nazzjonali li jinkludu l-Lottu, Super 5 u l-Lotterija Nazzjonali.

Dan hekk kif gie deciz li l-Maltco Lotteries li bhalissa hija l-operatur ewlieni f'dan il-qasam, kienet infurmata bl-intenzjoni tal-Gvern, permezz ta' ittra mibghuta mill-Gaming Authority fejn fiha ntqal li l-Awtorità mhux bihsiebha ggeddilha l-licenzja biex tkompli topera l-lottu pubbliku, izda qalet li sakemm tintghazel kumpannija ohra biex tibda topera dan il-qasam, se tkun qieghda ggedded l-operat taghha sa' Lulju tal-2012.

Id-decizjoni tal-Gvern f'dan ir-rigward, ftit li xejn nizlet tajjeb mall-Maltco Lotteries li qalet li l-Gvern qabad u ha din id-decizjoni minghajr ma kkonsulta ma' hadd.

Quddiem dawn ic-cirkos-tanzi, l-Maltco Lotteries talbet lill-Qorti biex twaqqaf il-hrug ta' dan it-tender ghax qalet li bl-agir tieghu, l-Gvern kien qieghed jinjora klawsoli importanti li hemm fil-kuntratt u li jobbligawh li jgedded il-licenzja tieghu.

Min-naha tieghu, l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech qal li kieku l-Qorti kellha tilqa' t-talba tal-Maltco u twaqqaf il-process tal-hrug tat-tender, il-Gvern ma kienx ser ikollu ghazla ohra hlief li jerga' jwaqqaf id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku.

Minkejja li ghall-ewwel, il-Qorti laqghet it-talba tal-Maltco, aktar kmieni din il-gimgha, l-Prim Awla tal-Qorti Civili rrevokat din id-decizjoni u qalet li qed taghmel dan minhabba li l-Maltco Lotteries ma ssodisfatx il-kriterji kollha skont il-ligi.

B'hekk il-Gaming Authority u l-Privatisation Unit, nghataw permess biex ikomplu ghaddejin bil-process tas-sejha ghall-offerti.

Sadanittant, l-impjegati tal-Maltco Lotteries bhalissa jinsabu nkwetati hafna dwar kif ser tizvolgi din is-sitwazzjoni, hekk kif l-impjieg taghhom bl-ebda mod mhu qed ikun assigurat u garantit.
Dan ghaliex, il-ligi Maltija tghid li l-impjieg tal-haddiema ta' kumpannija huwa garantit biss f'kaz li kumpannija kollha (u mhux parti minnha) tibdel is-sidien taghha.

Dan ifisser li l-kumpannija l-gdida li se tintghazel, mhijiex obbligata li zzomm maghha l-haddiema prezenti, izda jista' jaghti l-kaz, li tiddeciedi li jew tnaqqas il-haddiema jew timpjega maghha nies godda.

L-UHM li tirrapprezenta l-haddiema tal-Maltco, tinsab imhassba hafna b'din is-sitwazzjoni fejn l-impjiegi tal-haddiema mhumiex garantiti.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata