Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

GonziPN jista’ jitlef il-maggoranza fil-Parlament

E-mail Print PDF
Share

picture_7Jekk il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern ma jigix mifrud f'zewg ministeri separati sal-ahhar ta' din is-sena, Franco Debono se jirtira l-appogg tieghu ghall-Gvern Nazzjonalista u...
GonziPN jista' jitlef il-maggoranza fil-Parlament


Is-sena 2011 ha tispicca kif bdiet ghal Lawrence Gonzi, bit-tertiq ta' qalb u bil-gvern tieghu skussjat bl-instabbiltà gejja mill-gewwieni tieghu. Sal-ahhar granet u tokki ta' din is-sena, il-Gvern ta' Lawrence Gonzi baqa' litteralment imdendel minn xaghra hekk kif id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono qieghed jhedded illi jekk il-Prim Ministru Lawrence Gonzi ma jaqsamx il-Ministeru tal-Gustizzja u Intern f'zewg ministeri differenti, mhux se jibqa' jaghti l-appogg tieghu lill-Gvern, u l-Prim Ministru jista' jipprocedi biex isejjah elezzjoni.


"Jien ghedt lill-Prim Ministru illi jien mhux se nappoggja lill-Gvern, u jista' jmur ghall-elezzjoni jekk ma jaqsamx il-Ministeru tal-Gustizzja u Intern sal-ahhar tas-sena, kif kien weghidni li se jaghmel u kif kien iddikjara pubblikament li se jaghmel.

"Il-pajjiz la hu ta' Gonzi u lanqas ta' Galea Curmi" - Franco Debono

Huwa talabni aktar zmien, imma jien insistejt mieghu li huwa kien weghdni dan u li kien hemm riformi urgenti x'jitwettqu fil-qasam tal-gustizzja.
Fadal biss sena sal-elezzjoni, u kull gurnata li tghaddi hija gurnata mohlija. Ghalhekk jekk dan il-ministeru ma jinqasamx issa, mhux se jifdal zmien aktar", qal Dr. Debono.


Huwa kompla jghid: "jien zammejt kelmti, bhal meta astjenejt fuq il-mozzjoni ta' sfiducja f'Austin Gatt u nippretendi li haddiehor jaghmel l-istess, specjalment dwar kwistjonijiet sensittivi u delikati li jolqtu fil-qalba tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tal-gustizzja".


Debono qal ukoll li jehtieg li l-Gvern iwarrab il-proposti li saru fl-abbozz ricenti mressaq mill-Ministru tal-Gustizzja li skont hu, se jaghti poteri aktar wieghsa lill-Avukat Generali fl-ezercizzju tal-poteri gudizzjarji tieghu fejn mhux mehtieg li jaghti ebda gustifikazzjoni u fejn m'hemmx is-salvagwardji li jezistu fir-rigward tad-decizjonijiet tal-Qrati.
Huwa talabni aktar zmien, imma jien insistejt mieghu li huwa kien weghdni dan u li kien hemm riformi urgenti x'jitwettqu fil-qasam tal-gustizzja.


Fadal biss sena sal-elezzjoni, u kull gurnata li tghaddi hija gurnata mohlija. Ghalhekk jekk il-ministeru ma jinqasamx issa, mhux se jifdal zmien aktar", qal Dr. Debono.
"Jien mhux se nittolera li jigu mcaqilqin il-lasti u lanqas se noqghod ghall-ingann", qal Franco Debono.


"Jien nittama li kulhadd jirrealizza li l-qasam tal-gustizzja u l-intern f'pajjizna jehtiegu azzjoni immedjata hafna. Matul dawn l-ahhar snin s-sitwazzjoni iddegnerat sew.
Dan il-pajjiz la huwa ta' Lawrence Gonzi u lanqas ta' Edgar Galea Curmi. Dan il-pajjiz huwa tal-poplu Malti kollu u l-Gvern ghandu jwettaq hidmietu b'mod li jkun kontabbli fl-interess tal-poplu Malti", qal Franco Debono.


Dr. Debono zied jghid li l-Prim Ministru Gonzi jaf li hu spicca fi stat hazin ta' sahha minhabba decizjonijiet zbaljati li ttiehdu mill-Gvern f'dawn l-ahhar snin.
Intant il-Prim Ministru Gonzi permezz ta' stqarrija ufficjali la cahad u lanqas ikkonferma li kien wieghed lil Franco Debono li kien se jifred il-gustizzja mill-intern f'zewg ministeri separati sal-ahhar ta' din is-sena.


L-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni ghamlet biss riferiment ghad-diskors ta' Lawrence Gonzi fejn kien qal li qieghed jikkunsidra li jifred dawn iz-zewg dikasteri minghajr ma kien ta l-ebda indikazzjoni ta' zmien meta kien se jaghmel dan.
Dr. Gonzi ma wegibx ghall-mistoqsijiet tal-istampa u rrifjuta li jikkumenta dwar jekk huwiex qieghed jikkunsidra li jsejjah elezzjoni bikrija.


Gonzi rrifjuta wkoll li jikkumenta dwar id-dikjarazzjoni ta' Franco Debono li kien se jirtira l-appogg tieghu ghall-Gvern Nazzjonalista fil-Parlament jekk il-Prim Ministru ma jzommx kelmtu mieghu.
Min-naha tieghu is-Segretarju Generali tal-PN Pawlu Borg Olivier, dahal bir-ras fejn Lawrence Gonzi qaghad attent li ma jidholx. Skont Borg Olivier il-kummenti ta' Franco Debono li ma kienx se jibqa' jaghti l-appogg tieghu lil Gvern fil-Parlament "zgur nizlu ghasel ghal widnejn il-Partit Laburista". Borg Olivier qal ukoll li l-imgiba ta' Debono ma kinitx accettabbli.


Borg Olivier sostna li Franco Debono ma kienx korrett meta qieghed jinsiti li l-weghda li tinfired il-gustizzja mill-intern kellha tkun implimentata sal-ahhar tas-sena.


Pawlu Borg Olivier, forsi minghajr ma ried, ammetta illi GonziPN jinsab fi krizi ta' instabbiltà meta qal li r-rimarki ta' Dr. Debono mhumiex partikolarment ta' ghajnuna ghall-Gvern fis-sitwazzjoni ta' instabbilità li tezisti fil-klima ekonomika u finanzjarja internazzjonali.


Min-naha tieghu Franco Debono wiegeb li Pawlu Borg Olivier jorqod fil-kcina tieghu kien jonqsu meta kien izuru f'daru biex jikkonvincih jivvota mal-Gvern dwar il-mozzjoni li kienet tressqet mill-Oppozizzjoni, ta' censura ghal Austin Gatt.
"Pawlu Borg Olivier imissu qal illi huwa kien id-dar tieghi meta l-Prim Ministru Gonzi kien cempilli lejtlet vot dwar il-Bagit, u kien qalli li se jifred l-gustizzja u l-intern sal-ahhar tas-sena", sostna Franco Debono.


Debono sostna ukoll li Pawlu Borg Olivier kien ha decizjoni li lilu kienet ghamlitlu hsara kbira ghal sahtu, imma huwa qatt ma tkellem fil-pubbliku dwar dan.
Debono kien qieghed jaccenna ghad-decizjoni ta' PBO li ppermetta lil Hermann Schiavone minn Marsaxlokk jipprezenta ruhu bhala kandidat tal-PN ghall-5 Distrett, meta dan mhuwiex kandidat approvat mill-Kumitat Ezek-uttiv tal-Partit.


Intant Manwel Delia u Hermann Schiavone, minkejja li mhumiex approvati mill-Partit Nazzjonalista bhala kandidati tieghu, qeghdin imexxuha bi shih fost il-kostitwenti tal-5 Distrett li Franco Debono mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni generali li jmiss, waqt li qeghdin jikkampanjaw bis-sahha hafna door to door u b'attivitajiet informali fil-5 Distrett.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata