Il-messagg tal-Milied tal-Arcisqof Paul Cremona
"....Kemm hu sabih li nibdew minn dan il-Millied u naraw jekk ikunx hemm xi hadd li forsi jigi minnha u se jkun wahdu, b'mod specjali dawk li jinsabu fir-residenzi tal-anzjani u nfittxu li mmorru nzuruhom u narawhom."
Dan kien il-messagg li wassal l-Arcisqof ta' Malta, Monsinjur Pawl Cremona fl-okkazjoni tal-festa tal-Milied.
Dan hekk kif is-sena 2012 hija s-sena Ewropeja ghall-Anzjanità Attiva kif ukoll is-sena ddedikata lis-Solidarjetà Bejn il-Generazzjonijiet.
L-Arcisqof qal li llum il-gurnata jezistu bosta persuni li qed jghixu sa età kbira u ghalhekk qed jinholqu zewg tipi differenti t'anzjani: dawk li huma attivi u dawk li jkollhom bzonn l-ghajnuna ta' haddiehor. Monsinjur Cremona qal li jehtieg li nibdew naghtu kas aktar tal-esperjenza li ghaddew minnha ta' qabilna, liema esperjenza permezz taghha, nkunu nistghu nitghallmu wkoll fuq il-prezent li qed nghixu.
Ghaldaqstant, sostna l-Arcisqof, jehtieg li nibdew minn dan il-Milied, niehdu inizjattivi biex innaqqsu s-solitudni li diversi anzjani jhossu specjalment f'dawn il-granet ta' festi.
Intant f'zewg messaggi separati, l-Arcisqof Pawlu Cremona baghat ukoll l-awgurju tieghu lill-Missjunarji kif ukoll lill-emigranti Maltin u Ghawdxin li hallew pajjizna biex jibnu futur f'pajjizi ohra barranin.

| < Prev | Next > |
|---|






