Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Graw matul l-2011

E-mail Print PDF
Share

F’dan il-feature specjali l-gurnalisti ta’ One News, Charlon Gouder, Wendy Borg, Brandon Pisani, Matthew Carbone, Lindsey Gambin, Jonathan Attard, Ramona Attard, Anthony David Gatt, Melissa Vella, Rodney Vassallo u Edward Montebello jaghtu harsa lejn l-ahbarijiet ewlenin li kkaratterizzaw is-sena li ghadha kif intemmet.

Jannar

january_1-_qassisin_akkuzati__bl-abbuzIl-bidu ta' Jannar tal-2011 kien ikkaratterizzat minn zieda sinifikanti fil-prezz tal-fuel kollu, inkluz fil-prezz tal-gass, filwaqt li l-familji Maltin u Ghawdxin baqghu jhallsu kontijiet gholja tad-dawl u l-ilma.

Matul l-istess xahar, stharrig tal-Eurobarometer wera li 35% tal-Maltin kienu mhassba li ma kinux se jkunu kapaci jhallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Fl-istess xahar, l-Oppozizzjoni Laburista pprezentat mozzjoni fil-Parlament dwar il-prezzijiet tal-energija u talbet biex il-poplu jinghata beneficcju tal-energija.

Fl-14 ta’ Jannar, il-Partit Laburista organizza dimostrazzjoni nazzjonali kontra z-zidiet fil-kontijiet u fuq l-istess suggett issejhet laqgha urgenti tal-MCESD, bil-unions jitolbu li ghandha ssir diskussjoni.

Lejn l-ahhar ta' Jannar, l-agenzija tal-credit rating Standard and Poor’s nizzlet il-credit rating tal-Enemalta u kkonkludiet li l-korporazzjoni mtliet b'dejn t'izjed minn 500 miljun ewro. Hareg li Standard and Poor's kienet ilha mill-anqas erba' snin twissi lill-Enemalta fuq l-inefficjenza u sitwazzjoni finanzjarja fqira.

Mill-Qorti, l-4 qassisin akkuzati b’abbuz sesswali fuq tfal f’Dar San Guzepp fethu kawza Kostituzzjonali fejn sahqu li mhux se jkollhom smigh gust ghax skont hum kienu diga gew ikkundannati mill-mezzi tax-xandir. Il-vittmi Maltin jiktbu ittra lill-Papa Benedittu Sittax u li fiha talbu biex maghhom issir gustizzja.

Aktar tard, il-Vatikan ordna lill-Knisja Maltija biex twaqqaf tribunal li jezamina l-kazijiet. Fit-13 ta' Jannar, miet Joe Bonnett, wiehed mill-qassisin involuti fil-kaz.

Fil-qasam tas-sahha, fid-Dipartiment tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei kompliet tippersisti l-problema tal-iffullar u n-nuqqas ta’ sodod. In-nuqqas ta’ sodod beda jolqot ukoll hazin lid-Dipartiment tal-maternità. L-MUMN tat gimghatejn cans biex jiddahlu prattici godda ta’ xoghol fi hdan l-Emergenza. Il-problema tan-nuqqas ta’ sodod tant eskalat li kellhom jigu trasferiti pazjenti minn Mater Dei ghal facilitajiet tal-privat.

Mil-lat politiku, l-Prim Ministru Lawrence Gonzi habbar id-decizjoni li l-membri tal-Kabinett se jibqghu jircievu zewg salarji u li minflok zieda ta’ 600 ewro fil-gimgha kienu se jibdew jircievu zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha. Il-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat jghid li l-Gvern baqa’ jsostni d-decizjoni li l-membri tal-Kabinett xorta jiehdu zewg pagi.

Matul Jannar 2011, il-Gvern issospenda l-iskema li taghti d-dritt lill-persuni minn barra l-Ewropa li jixtru proprjetà f'Malta, biex jivvjaggaw fil-pajjizi tas- Schengen u jhallsu rata baxxa ta’ taxxa. Min-naha taghha, l-Federazzjoni tal-Agenti tal-Proprjetà talbet laqgha urgenti mal-Gvern dwar dan.

Fuq tema differenti, f’Jannar 2011, giet diskussa l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni dwar il-bini ta’ foot bridge fil-bypass tal-Imriehel, triq li fl-ahhar tmien snin swiet il-hajja ta’ 5 persuni. Aktar tard sar maghruf li l-bridge mhux se jsir minkejja li kien hemm kollox approvat, ghaliex il-Gvern qal li mhux vijabbli.

Jitnieda l-abbozz ta’ ligi dwar il-gustizzja riparatrici, bil-ghan li tiddahhal il-parole u l-medjazzjoni bejn il-vittma u min wettaq reat.

Mix-xena internazzjonali f’Jannar 2011 spikkaw l-gharghar fi Queensland l-Awstralja, u fit-Tunezija qamu protesti kbar kontra l-President Ben Ali. B’hekk inghata bidu ghal dik li wara saret maghrufa bhala r-Rebbiegha Gharbija.

Frar

frar_1-glenn_vellaFrar 2011 kien xahar mimli ahbarijiet, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Matulu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat f’isem il-Grupp Parlamentari Laburista ipprezenta rizoluzzjoni biex jissejjah referendum konsultattiv dwar l-introduzzjoni tal-ligi tad-divorzju f'pajjizna. Ir-rizoluzzjoni kellha l-appogg tal-Grupp Parlamentari Laburista kollu u kienet toffri mistoqsija specifika li fuqha l-Maltin u l-Ghawdxin kellhom jintalbu jivvotaw. Madankollu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi oggezzjona ghal din il-mistoqsija minkejja li kellha l-appogg tal-maggoranza parlamentari.

Id-deputati Nazzjonalisti Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett ma qablux mal-mod li bih ittiehed il-vot fl-Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista fuq il-kwistjoni tad-divorzju.

Fi Frar beda wkoll iberraq ghall-haddiema tal-Air Malta. Il-Ministeru tal-Finanzi nforma lill-kumpannija li t-Tezor m'ghandux bizzejjed flus f’idejh biex ikun jista' jghaddilha 15 -il miljun ewro mit-52 miljun ewro approvati mill-Parlament.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat jghid li l-Oppozizzjoni talbet numru ta' dokumenti lill-Gvern dwar l-Air Malta biex tkun tista’ taghti l-ghajnuna taghha anke fuq livell Ewropew, izda l-Gvern jghid li dispost li jaghti dawn id-dokumenti bil-kundizzjoni li ma jinghad xejn dwarhom fil-pubbliku.

Matul l-istess xahar, One News jizvela kif mijiet t'applikazzjonijiet ghall-installazzjoni tad-dawl u l-ilma u l-ghoti ta’ sussidju, fost l-ohrajn, jispiccaw mormija bi zball mill-ARMS Ltd. Meta l-ARMS ntebhet, harget tfittex l-applikazzjonijiet fil-Maghtab u fl-Impjant ta’ Wied il-Ghajn. B’reazzjoni ghal din l-ahbar, l-ARMS tikkonferma li l-kaxxi fil-fatt kienu ntremew u li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma kienet qed tinvestiga l-kaz.

F’dan ix-xahar ukoll, fl-ahbarijiet issemmiet hafna l-kumpannija Daniza BWSC. Fil-Parlament Lawrence Gonzi jghid li ma jidhirlux li ghandu jippubblika pariri tal-Avukat Generali dwar jekk il-BWSC ghandhiex tehel multa t'20 milljun ewro talli ma ddikjaratx li hi u l-kuntratturi taghha kienu mdahhlin f'kazijiet ta' korruzzjoni. Matul l-istess xahar sar maghruf li l-power stations tal-Marsa u Delimara qabzu l-livelli ta' emissjonijiet permessi mill-MEPA skont id-direttivi Ewropej.

Matul ix-xahar ta Frar ma naqsux il-kazijiet ta kronaka u kazijiet fil-Qorti. Fl-10 ta’ Frar beda jinstema l-ewwel guri tax-xorta tieghu f’pajjizna. Joseph Vella ta’ 54 sena minn Marsalforn Ghawdex u Philip Azzopardi ta' 66 sena minn Haz-Zebbug Malta kienu akkuzati b’dak li gie mlaqqam bhala 'the great escape' il-harba ta' 54 klandestin mill-Kwartieri Generali tal-Pulizija fil-Furjana f’Lulju tal-2003. Fi Frar ukoll, inghata l-liberta provizorja l-eks Spettur tal-Pulizija u Avukat David Gatt, li kien akkuzat bl-involviment fl-ikbar erba’ attentati ta' serq li sehhew fl-ahhar snin f’pajjizna, fosthom dak fuq l-HSBC.

Fis-16 ta’ Frar, il-Gvern ivvota kontra mozzjoni tal-Oppozizzjoni fil-Parlament biex il-poplu jinghata beneficcju tal-energija li jkopri z-zidiet fil-prezzijiet tal-gass, fuel u kontijiet tad-dawl u tal-ilma.

Fl-ewwel gimgha ta’ Frar tlaqqghet il-Konferenza Generali tal-Partit Laburista. Fl-gheluq taghha, l-Mexxej Joseph Muscat tkellem dwar il-vizjoni tieghu ghal moviment miftuh li lest jilqa’ fih nies minn kull qasam biex jaghti opportunitajiet lil kulhadd jirnexxi u jimxi 'l quddiem.

Ix-xahar ta Frar kien iddominat ukoll mill-ahbarijiet internazzjonali, l-iktar dak li sehh fl-Egittu u fil-Libja. Fil-11 ta Frar, l-Egittu jisbah hieles wara li l-President Hosni Mubarak irrizenja wara 30 sena fil-poter. Jumejn wara r-rizenja ta Mubarak, bdew dimostrazzjonijiet fil-Yemen, l-Iran, il-Marokk u l-Libja. Il-protesti fil-Libja jinfirxu f’Malta b’cittadini Libjani residenti f’Malta jipprotestaw quddiem il-bini tal-Ambaxxata Libjana f’H’Attard. U waqt li fil-Libja kien ghaddej il-glied sabiex Muammar Gaddafi iwarrab, jinzlu f’pajjizna zewg ajruplani militari Libjani. Il-piloti jaharbu minn pajjizhom wara li kellhom struzzjonijiet biex jibbumbardjaw id-dimostranti fil-Libja u huma rrifjutaw. Waqt li ghaddej l-glied fil-Libja, bejn il-25 u 26 Frar aktar minn 3,000 persuna gew evakwati bil-bahar u waslu pajjizna fuq wiehed mid-diversi bastimenti li dahlu fil-port il-kbir.

Sadanittant, l-Istati Uniti thabbar sanzjonijiet kontra l-Gvern Libjan wara lis-Segretarju Generali tal-Gnus Maghquda Ban Ki Moon heggeg lill-Kunsill tal-Gnus Maghquda biex jiehu mizuri konkreti kontra Gaddafi.

Lura f’pajjizna, l-impjegati f’Hexagon House l-Marsa johorgu minn fuq il-post tax-xoghol fuq direttiva tat-tlett unions li jirrapprezentawhom, azzjoni ordnata wara li l-haddiema baqghu jkunu esposti ghal riha qawwija ta’ gass fl-arja.

Matul l-istess xahar, il-kumpannija GO infurmat lill-pubbliku li qed tippjana tnaqqis fil-haddiema. Skont il-kumpannija d-decizjoni ttiehdet wara li kienu identifikati certu karigi li m’ghadhomx necessarji.

Fi Frar 2011, l-eks Prim Ministru Dom Mintoff jiddahhal l-isptar u jinzamm ghall-osservazzjoni.

Mill-qasam muzikali lokali, fi Frar 2011, il-kantant Glen Vella ntghazel biex jirrapprezenta lil pajjizna fil-Eurovision Song Contest 2011 f’Dusseldorf fil-Germanja. Dan wara li l-kanzunetta tieghu ‘One Life’ kisbet il-maggoranza tal-voti, kemm min-naha tal-poplu kif ukoll mill-membri tal-gurija.

Marzu

F’Marzu 2011, kompliet tihrax il-gwerra fil-Libja. Fil-11 ta’ Marzu n-NATO ziedet il-prezenza militari fil-Mediterran, filwaqt li l-Parlament Ewropew ghadda rizoluzzjoni kontra Gaddafi u Franza rrikonoxxiet lir-ribelli. Imma fl-20 ta’ Marzu Muammar Gaddafi ndirizza n-nazzjon u nsista li kien se johrog rebbieh. F’Marzu bdew jaslu f’Malta wkoll eluf ta’ persuni barranin li kienu fil-Libja biex ikunu jistghu jaqbdu titjira lejn pajjizhom u jghixu hajja aktar sigura. Fosthom, kien hemm ukoll haddiema Maltin li ghall-ahhar snin qalghu l-ghixien taghhom fil-Libja imma f’Marzu kellhom jirritornaw f’art twelidhom minhabba l-periklu. Fit-28 u d-29 ta’ Marzu waslu f’Malta l-ewwel immigranti rregolari mill-Libja mindu bdiet il-gwerra civili.

Lura f’pajjizna, fis-16 ta’ Marzu kienet approvata l-mistoqsija li eventwalment tpoggiet quddiem il-poplu fir-referendum dwar id-dhul tad-divorzju. Mhux sempliciment IVA jew LE kif ried il-Gvern, imma mistoqsija li tirrifletti l-qofol tal-ligi proposta. Wara ghaxar seduti, b’diskussjoni ta' 27 siegha, zewg deputati tal-Gvern, Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mugliett, ivvutaw man-naha tal-Oppozizzjoni biex il-mozzjoni kisbet maggoranza.

Mix-xena internazzjonali, l-Gimgha 11 ta’ Marzu, issehh thezziza ta’ 8.9 fuq l-iskala Richter u, ftit wara, tsunami m’ghola tlett sulari li laqtu lill-Gappun. Filmati mxandra matul il-jum ixxukjaw lid-dinja kollha.

Lokalment, f’dan ix-xahar kompla jispikka t-thassib dwar il-qaghda finanzjarja tal-Air Malta. It-52 miljun ewro li l-Parlament ivvota biex jipprova jsalva l-kumpannija, ma kinux bizzejjed u l-Air Malta talbet 48 miljun ohra biex tkun tista’ thallas lill-kredituri. Sar maghruf ukoll li l-veteran Ingliz Peter Davies inhatar bhala Kap Ezekuttiv tal-linja nazzjonali tal-ajru b’pakkett finanzjarju ta’ nofs miljun ewro fis-sena. Huwa gie avvicinat mill-Ministru Tonio Fenech li kien ikkowtat jghid li ma jridx “cuc Malti” jmexxi l-Air Malta.

Mill-qorti, 21 sena wara li kien waqa’ s-saqaf tas-supermarket Save On, wahda mill-vittmi rebhet kumpens ta' 40,000 ewro. Iris Cassar, li llum ghandha 70 sena, spiccat b’dizabilità permanenti u bi problemi mentali. F’kaz iehor sewwieq ta’ mutur kien ikkundannat ihallas miljun mitejn u hamsin elf ewro f'danni talli 12-il sena ilu skidja bil-mutur u zaghzugh li kien riekeb mieghu sofra minn dizabilità ta’ mija fil-mija ghall-bqija ta’ hajtu kollha. Matul l-istess xahar, il-Qorti ma sabitx hatja lill-editur tal-gurnal 'Ir-Realtà’ u l-awtur tan-novella kontroversjali li dehret fl-istess publikazzjoni.

Fil-11 ta’ Marzu sar maghruf li l-Gvern kien se jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex testendi l-uzu tal-power station tal-Marsa sakemm jibda jopera l-interconnecter bejn Malta u Sqallija.

Fl-isport, referee Argentin ghamel rekord dinji meta f’loghba football bejn Victoriano Arenas u Claypole kecca 36 peruna. Lill-plejers kollha, lis-sostituti, lil kowcis kif ukoll lill-istaff tekniku taz-zewg timijiet.

Marzu kien ukoll ix-xahar li matulu l-ministru Austin Gatt qal li l-Gvern mhux lest jonfoq tlett kwarti ta’ miljun biex jaghmel foot-bridge fil-by-pass tal-Imriehel, triq li swiet il-hajja ta’ 5 persuni.

Matul dan l-istess xahar, il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li ghadha mhijiex sodisfatta bil-progress li ghamlet Malta fil-mod ta’ kif qed jintuzaw il-fondi Ewropej ghall-programmi edukattivi.

Mill-qasam cinematografiku, f’Marzu d-dinja tilfet lill-leggenda Elizabeth Taylor fl-età ta’ 79 sena, wara karriera ta’ 'l fuq minn 60 sena, li matulhom hadmet sensiela ta’ films u anke rebhet numru ta’ Oscars.

APRIL

may_2-divorzju_rizultatApril kien ix-xahar li fih pajjizna beda jidhol f’atmosfera elettorali ... kulhadd beda jghid tieghu fuq id-divorzju hekk kif bdiet toqrob dejjem iktar id-data tar-referendum.

Fost l-kwistjonijiet ewlenin li zviluppaw matul dan ix-xahar kien hemm dik dwar l-2,800 zaghzugh li fuq skuza teknika ma thallewx jivvotaw fir-referendum minkejja li kienu ghalqu t-18 il-sena. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi iddecieda li ma jirrimedjax din is-sitwazzjoni.

Matul l-istess xahar, l-Ufficcju tal-Prim Ministru awtorizza xahrejn time-off lill-ufficjal gholi tal-Gvern u d-Deputat Segretarju tal-Kabinett Frans Borg biex ikun jista jikkampanja kontra d-dhul tad-divorzju. Fil-25 t’April hareg li l-Knisja mhux biss kienet qed taghti flus lil moviment kontra d-divorzju, izda wkoll proprjetà minn fejn imexxi l-kampanja tieghu. Ahbar ohra li zviluppat f’April b’relazzjoni mal-kampanja tar-referendum dwar id-divorzju kienet dik dwar ic-Chairperson tal-Moviment IVA Deborah Schembri li twaqqfet milli tahdem bhala avukat fit-Tribunal tal-Knisja.

April kien ukoll xahar li fih kompliet il-glieda tal-poplu Libjan biex jehles mit-tmexxija ta’ Muammar Gaddafi. Il-kunflitt baqa’ jhalli l-effetti fuqna. Bdew nezlin fl-ajruport internazzjonali taghna ajruplani li nghad li kellhom jaghmlu nzul t’emergenza.

Fit-23 t’April fil-Belt Valletta grupp ta' madwar 30 Libjan inghaqdu fi protesta biex jappellaw lill-Gvern Malti jirrikonoxxi l-Kunsill Tranzitorju ta’ Bengazi.

Kwistjoni ohra li baqghet tizviluppa matul dan ix-xahar kienet dik dwar il-futur tal-Air Malta. Hareg li l-Gvern kien ilu jippjana li jipprivatizza lill-AirMalta sa mill-1994. Dan kien ikkonfermat b’ittra li kien baghat ic-Chairman tal-AirMalta Joseph M Tabone lill-Ministru ta' dak iz-zmien.

Fuq l-agenda politika f’April kellna wkoll l-kwistjoni tal-paga doppja u l-kumpens ghaz-zidiet fil-prezz tal-fuel. Fis-27 t’April, il-Prim Ministru ha decizjoni finali u ghazel li jibqa’ jaghti zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha lilu nnifsu u lill-ministri tieghu. Fl-istess waqt iddecieda li ma jaghtix z-zieda lill-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat.

Fil-qorti f’dan ix-xahar inghalaq kaz kriminali importanti, dak ta' Therese Agius t-tfajla ta’ 20 sena minn Rahal Gdid li kienet instabet mejta fil-bahar fl-1999. Is-sentenza finali kienet dik ta’ 29 sena habs ghal Joseph Azzopardi li nstab hati bil-qtil taghha permezz ta’ doza fatali ta’ eroina.

F’April fil-Qorti inghatat sentenza li kkonfermati li l-qtil ta’ Karen Grech kien sar minhabba x-xoghol li kien jaghmel missierha, il-professur Edwin Grech, waqt l-istrajk tat-tobba iktar minn tletin sena ilu.

Ix-xahar t’April ghalaq b’avveniment kompletament differenti, grajja sabiha ghal miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja li raw lill-Princep William jiehu lil Kate Middleton bhala martu.

Mejju

may_1-_gwanni_pawlu_beatuDan ix-xahar fetah bil-beatifikazzjoni ta’ Gwanni Pawlu t-Tieni. F’dan il-jum il-Partit Laburista ccelebra l-festa ta’ Jum il-Haddiem b’manifestazzjoni li saret fil-Hamrun. It-Tlieta 3 ta’ Mejju, d-deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando zvela li l-gurnali tal-Partit Nazzjonalista rrifjutaw li jippublikaw riklami bi hlas tal-moviment IVA ghad-divorzju. F’dan l-isfond, tqassmu santi bil-wicc tal-Madonna u b’messagg kontra d-divorzju.

Thabbar li l-Partit Nazzjonalista ried li jdahhal il-ligi tal-koabtizzjoni minkejja li m’ghandux mandat elettorali. L-Awtorita tax-Xandir waqqfet lill-Moviment Iva milli jkompli jxandar spots ta’ informazzjoni fuq ix-xandir nazzjonali; u thabbru l-preparamenti ghal dawk il-Maltin imsefrin barra biex jigu jivvutaw Malta. Dan kollu wassal biex is-Sibt 28 ta’ Mejju in-nies hargu jivvutaw f’referendum li ra l-partecipazzjoni ta’ kwazi 73%. Referendum li r-rizultat tieghu sar maghruf l-ghada l-Hadd 29 ta’ Mejju bl-Iva jikseb 53% filwaqt li l-Le gab 47%.

F’dan ix-xahar ukoll nqatel Bin Laden fil-Pakistan waqt li kien go villa mas-60 mil ‘il barra mill-kapitali Islamabad.

Lokalment, matul dan ix-xahar, pajjizna tilef wiehed mill-aqwa kittieba, Frans Sammut li miet fl-età ta’ 65 sena.

Fil-Qorti, l-eks segretarju privat ta’ Tonio Fenech, Noel Borg Hedley ammetta li xxahham minn kuntratturi li ffinanzjaw il-kampanja elettorali tal-Ministru tal-Finanzi.

Fl-isports, erba’ plajers tat-tim nazzjonali Malti ssemmew f’kaz ta' korruzzjoni mqajjem fil-Qorti Germaniza b’rabta mal-loghba li Malta kellha kontra n-Norvegja fl-2007 f’Oslo. Ftit aktar minn 10 t’ijiem wara, fit-22 ta’ Mejju, loghba futbol bejn il-Belt u l-Furjana spiccat fi glieda bejn Christian Cassar u Terrance Scerri, b’dan tal-ahhar jitressaq il-qorti akkuzat bl-attentat ta' ferita gravi fuq plejer tat-tim ta’ Floriana.

U mix-xena internazzjonali dak li kien il-Kap tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Domenique Straus Kahn beda jiffaccja akkuzi t’abbuz sesswali, fosthom fuq seftura ta’ lukanda fl-Istati Uniti.

Gunju

Gunju beda bl-approvazzjoni tal-Ewwel Qari tal-abbozz tal-ligi dwar id-dhul tad-divorzju.

Il-pozizzjoni tal-Prim Ministru minkejja li l-abbozz tal-ligi ghadda mill-Ewwel Qari ma tinbidilx, u jibqa’ jghid li kien se jivvota kontra l-ligi.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat jghid li Lawrence Gonzi m'ghandux triq ohra hlief li jara li l-Partit Nazzjonalista jbiddel il-pozizzjoni ufficjali tieghu.

Sadanittant Deborah Schembri il-wicc tal-kampanja favur id-divorzju, tiddikjara li ser tikkontesta l-elezzjoni generali mall-Partit Laburista. Matul l-istess xahar, Jeffrey Pullicino Orlando fuq Facebook jikkonferma li saret pressjoni fuq id-deputati Nazzjonalisti biex ma jivvutawx favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni kontra z-zieda ta’ 500 ewro fil-gimgha.

Fil-11 ta’ Gunju fil-Parlament il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-membri parlamenari kollha tal-Gvern jivvotaw kontra l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni.

Il-kwistjoni tal-Airmalta kienet kwistjoni ohra li baqghet tiddomina. Joseph Muscat ikkundanna l-fatt li l-Kap Ezekuttiv gdid tal-Air Malta Peter Davies ghadda kuntratti ta’ xoghol lil zewgt ihbieb personali tieghu. Sadanittant il-gazzetta The Sunday Times zvelat minn liema dipartimenti se jitnaqqsu t-total ta’ 511 -il haddiem mill-Air Malta.

Il-kaz tal-kelba Star kien kaz li xxokkja mhux biss lill-Maltin izda anki lill-komunità internazzjonali. Fis-7 ta’ Gunju, Star mietet fl-Isptar tal-Annimali ta’ San Frangisk, f’Ta Qali. Fl-istess xahar sehh kaz iehor ta’ mohqrija fuq klieb, meta instabu tlett iklieb tal-fenek mejta f’wicc il-bahar. Fl-20 ta’ Gunju, Alfred Vella jitressaq il-Qorti fejn nstab hati li wettaq l-att ta’ mohqrija fuq Star.

Matul dan ix-xahar, sehh ukoll argument bejn koppja li wassal ghal attentat ta’ qtil f’Pembroke fejn mara tat daqqa ta’ sikkina lis-sieheb taghha. Jumejn wara dan il-kaz, sehh kaz iehor xokkanti. Irena Bilyanova Abadzhieva, mara Bulgara ta’ 38 sena inqatlet b’40 daqqa ta’ sikkina.

Mix-xena internazzjonali, l-Kabinett tal-Grecja approva l-pakkett ta’ mizuri t’awsterità li ser jkun qed idahhal biex isalva l-pajjiz minn falliment ekonomiku. L-approvazzjoni tal-pjan saret l-ghada li l-Prim Ministru Grieg, George Papandreou rebah vot ta’ fiducja fil-Parlament. F’dan ix-xahar ukoll, il-Qorti Kriminali Internazzjonali harget mandat t’arrest ghall-Mexxej Libjan Muammar Gaddafi. Il-Qorti akkuzatu b’delitti kontra l-umanità u li ordna attakki fuq persuni pajzana wara l-glied li beda fi Frar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata