Inkomplu b'aktar stejjer li graw matul l-2011
Lulju
Ix-xahar ta’ Lulju ra l-karozzi tal-linja l-antiki jintuzaw ghall-ahhar darba f’pajjizna. Posthom haduh il-karozzi l-godda tal-Arriva. Ir-riforma fit-trasport pubbliku izda gabet kaos shih fil-pajjiz ghaliex ghal gimghat shah is-servizz ma hadimx kif suppost. L-ikbar problemi inholqu bir-rotot li tfasslu minn Transport Malta. Apparti minn hekk, uhud mill-karozzi bdew jizviluppaw hsarat teknici u ohrajn anke wehlu fit-toroq minhabba l-kobor taghhom.
Fit-12 ta’ Lulju, f’konferenza tal-ahbarijiet, il-Partit Laburista qal li trid tintrefa’ responsabbilità politika ghall-problemi li kienu qed jiffaccjaw in-nies kawza tan-nuqqas ta’ ppjanar. Ftit tal-jiem wara fil-Parlament sar maghruf li Transport Malta hallset kwazi 400,000 ewro ghall-konsulenzi dwar it-tfassil tar-rottot il-godda. Dsatax -il jum biss wara li tniedha s-servizz il-gdid, thabbar l-ewwel tibdil fir-rotot, bil-Ministeru t’Austin Gatt iwahhal fil-pubbliku li ma semmax lehnu bizzejjed meta dawn tfasslu.
F’dan ix-xahar ittiehed ukoll il-vot finali dwar l-abbozz tal-ligi tad-divorzju. 52 membru parlamentari ivvutaw favur, 11 kontra u 5 astjenew. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien fost dawk li vvutaw kontra li f’pajjizna tidhol din il-ligi. Vot li wassal ghar-rizenja ta’ Cyrus Engerer mill-PN ghaliex qal li hassu dizappuntat li l-Prim Ministru mar kontra r-rieda tal-poplu. Wara din id-decizjoni Engerer issieheb fil-Partit Laburista.
Fix-xahar ta’ Lulju ukoll, hallew din id-dinja persuni prominenti, fosthom mart Eddie Fenech Adami, Mary Fenech Adami fl-età ta’ 77 sena. Halliet din id-dinja wkoll fit-23 tax-xahar, il-kantanta Amy Winehouse. Hija nstabet mejta fl-appartament taghha f’Camden f’Londra.
Mix-xena internazzjonali, l-akbar avvenimenti li sehhew f’dan ix-xahar, kienu l-attakk li twettaq fin-Norvegja minn Anders Behring Breivik u l-iskandlu tal-gazzetta News of The World.
Lura f’pajjizna, f’nofs Lulju, mijiet ta’ haddiema tal-AirMalta flimkien mal-familji taghhom attendew ghall-protesta nazzjonali biex jipprotegu l-impjieg taghhom mal-linja nazzjonali tal-ajru.
Mill-qasam tal-ispettaklu, fid-29 ta’ Lulju, wasal f’pajjizna l-kantant popolari Taljan Zucchero li ta kuncert l-ghada f’Ta’ Qali. Kuncert iehor li sar f’Lulju kien dak tat-tenur Malti Joseph Calleja fuq il-Fosos tal-Floriana. Avveniment memorabbli, fejn Calleja kien akkumpanjat mill-leggenda tal-muzika Taljana Lucio Dallo u minn soprano popolari minn New Zealend Haley Westenra.
Awwissu
Minkejja l-kalma tas-sajf, Awwissu xorta kien xahar impenjattiv kemm f’pajjizna kif ukoll barra minn xtutna.
Lokalment, f'sentenza ta’ 100 pagna, l-Qorti kkundannat lil Fr Charles Pulis u Fr Godwin Scerri 6 snin u 5 snin habs rispettivament, sentenza li baqghet tiddomina l-ahbarijiet lokali ghal diversi jiem wara.
Fit-12 tax-xahar, l-Arcisqof ta’ Malta Pawl Cremona ltaqa’ ghall-ewwel darba mal-vittmi fejn esprima l-misthija tieghu li l-abbuzi sehhew f’dar tal-Knisja u li dawk li abbuzaw mit-tfal kienu sacerdoti.
Fis-7 t’Awwissu l-gazzetta KullHadd zvelat li Charles Muscat maghruf bhala l-Pips kien jinsab barra l-habs wara li minn sentenza ta’ 25 sena skonta 15 -il sena biss minhabba kondotta tajba. Sakemm dam il-habs, il-Pips instab fost l-ohrajn pozittiv ghad-droga, apparti li ghadu qed jistenna biex jghaddi guri fuq akkuzi ta’ importazzjoni ta’ wahda mill-akbar konsenji ta’ droga.
F’Awwissu ghalaq snienu l-Perit Dom Mintoff. Wara li fil-gimghat ta’ qabel kellu bzonn jiddahhal l-isptar Mater Dei ghall-kura, is-Sibt 6 t’Awwissu, l-eks Prim Ministru ta' Malta Mintoff ghalaq 95 sena.
Fix-xena internazzjonali, f’Awwissu kompliet il-gwerra civili fil-Libja. Xahar li matulu izda r-ribelli dahlu fi Tripli u fl-24 t’Awwissu hadu taht idejhom il-kumpless Bab al-Aziziya. Minn hemmhekk ir-ribelli hadu affarijiet personali ta’ Gaddafi, u kisru monument li jissimbolizza l-battalja tal-Libja kontra l-Istati Uniti. Fl-istess xahar il-Prim Ministru Ingliz David Cameron kellhu jtemm hesrem il-btajjel tas-sajf tieghu wara li ghal xi jiem l-Ingilterra nhakment minn vjolenza qawwija. Kollox beda wara protesta pacifika li saret kontra l-pulizija wara li din sparat u qatlet zaghzugh talli ma obdiex l-ordnijiet taghha.
Settembru
L-ewwel jum ta’ Settembru beda b’zieda fil-prezz tal-gass, zieda ta’ madwar 35 centezmu fuq cilindri ta’ kull daqs. Analizi li saret mill-Bank Centrali Ewropew matul dan ix-xahar uriet li l-prezz tal-gass f’pajjizna zdied bid-doppju u nofs ta’ kemm zdied bhala medja fil-pajjizi taz-Zona Ewro.
Fit-3 ta’ Settembru, s-sit tal-internet Wikileaks zvela dak li kien qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi lill-Ambaxxatrici Amerikana qabel l-ahhar elezzjoni generali. Jirrizulta li l-Prim Ministru kien tkellem dwar in-nuqqas ta’ kwalità tal-membri parlamentari tieghu u qal li ghandu ghazla limitata hafna minn fejn jista’ jaghzel ministri kompetenti biex imexxu ‘l pajjizna. Kien intrabat ukoll li jekk il-Partit Nazzjonalista jerga’ jirbah l-elezzjoni generali, kien se jerga’ jdahhal lil pajjizna fil-Partnership for Peace.
Fuq nota differenti, fil-5 ta’ Settembru ittellghet Rockestra, lejla ta’ muzika u spettaklu b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-qofol ta’ Settembru ntlahaq bid-dikjarazzjoni tal-agenzija internazzjonali ta’ kreditu l-Moody’s li rrevediet ‘l isfel ir-rating ekonomiku ta’ pajjizna. Il-fattur ewlieni ghal dan kien li Malta kienet se tkun qed issofri minn tnaqqis f’dak li huwa tkabbir ekonomiku.
F’nofs Settembru regghet qamet il-kwistjoni tat-trab iswed hekk kif gie determinat is-sors tieghu, fejn irrizulta li t-trab iswed kien gej mill-power station tal-Marsa.
F’dan ix-xahar ukoll kellna tlett zjarat minn politici barranin f’pajjizna: iz-zjara tal-Prim Ministru tal-Gvern Tranzitorju Libjan Mahmoud Jibril, tas-Senatur Amerikan John Mc Cain, tal-President Pollakk Lech Kaczynski u tal-President Slovakk Ivan Gastarovic.
Lejn tmiem Settembru, l-Oppozizzjoni ressqet mozzjoni fil-Parlament dwar il-falliment tar-riforma fit-trasport pubbliku. F’din il-mozzjoni l-Oppozizzjoni talbet fost ohrajn ghar-rizenja tal-Ministru Austin Gatt wara l-falliment fir-riforma tat-trasport pubbliku.
Ottubru
Is-Sibt, l-1 t’Ottubru dahal fl-istorja bhala l-jum li fih ic-cittadin Maltin inghataw id-dritt tad-divorzju.
Fl-Italja, l-Qorti tal-Appell helset lil Amanda Knox u Raffaele Sollecito wara li aktar qabel kienu kkundanati ghomorhom il-habs talli erba’ snin qatlu tfajla Ingliza f’Perugia, l-Italja. Decizjoni li fl-awla intlaqghet b’ferh kbir, izda barra kien hemm protesti kbar.
Il-Hamis 6 ta’ Ottubru id-dinja kienet ixxukjata bl-ahbar tal-mewt tal-ko-fundatur tat-teknologija Amerikana Apple, Steve Jobs.
Dan ix-xahar il-kontroversja minhabba is-servizz tal-Arriva ma naqsitx. L-ewwel ghaliex sar maghhuf li c-cerimonja ta’ 25 minuta li nidiet ir-riforma tat-trasport pubbliku giet tiswa lill-Gvern 80,00 ewro u imbaghad ghax studenta universitarja ltaqghet mal-Ministru Austin Gatt u lmentat li minhabba s-servizz hazin hi u studenti ohra qed jaslu tard ghall-lectures. Ghal dan kollu Austin Gatt qal biss “no problem”. Fit-13 t’Ottubru, Franco Debono gie kkwotat jghid li mhux ser ikun qed jappoggja lil Austin Gatt meta jivvota dwar il-mozzjoni mressqa mill-Oppozizzjoni. Il-battibekki bejn iz-zewg nahat komplew jihraxu. Il-Partit Nazzjonalista kellu jlaqqa’ sensiela shiha ta’ laqghat fid-Dar Centrali biex l-Ezekuttiv u l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jiddiskuti l-krizi li nqabad fiha. Ghal din il-pressjoni kollha li saritlu, Debono ma cediex u baqa’ sal-ahhar jinsisti fuq il-pozizzjoni tieghu.
It-Tnejn 10 t’Ottu
bru Jeffrey Pullicino Orlando zvela li Peppi Azzopardi kien tqabbad mill-PN biex iharrgu qabel l-ahhar elezzjoni generali meta mar bhala gurnalist tal-media Nazzjonalista ghall-konferenza stampa fuq il-PBS li kien ghamel Alfred Sant. Azzopardi kkonferma dan l-ghada, jigifieri t-Tlieta 11 t’Ottubru.
Mix-xena internazzjonali l-ahbar li ddominat kienet li fil-Libja kien inqabad u inqatel Muammar Gaddaffi, ahbar li gabet maghha celebrazzjonijiet kbar minn eluf ta’ cittadini Libjani li kienu ilhom snin jistennew dan il-mument storiku.
Novembru
L-ewwel jiem ta’ Novembru kienu kkaraterizzati mill-mozzjoni parlamentari mressqa mill-Oppozizzjoni dwar it-trasport pubbliku, liema mozzjoni kienet qed titlob ghar-rizenja tal-Ministru Austin Gatt. Sadanitant fil-jiem li waslu ghad-diskussjoni u l-vot fil-Parlament saru numru ta’ laqghat tal-Ezekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Dan wara lid-deputat Nazzjonalista Franco Debono baqa’ jsostni l-pozizzjoni li kien sa jastjeni mill-vot fil-Parlament. Dan wassal biex Lawrence Gonzi fl-ahhar l-laqgha tal-Ezekuttiv qabel il-vot, baqa’ jinsiti li d-deputati Nazzjonalisti kollha kellhom jivvutaw kontra l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. Minkejja dan Franco Debono fil-Parlament ghamilha cara li ma kienx se jivvota kontra l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. Il-Mozzjoni tal-Oppozizzjoni m’ghaddietx wara li l-Ispeaker ivvota favur il-Gvern. Is-sitwazzjoni ta’ krizi li nholqot fil-Gvern wara dan il-vot waslet biex il-Prim Ministru jsejjah vot ta’ fiducja fil-Gvern tieghu.
Fil-Bagit ghas-sena 2012 li pprezenta fl-14 ta’ Novembru, il-Gvern ma ndirizzax l-isfidi li qed jiffaccjaw il-familji u l-haddiema. Fuq kollox naqas li jindirizza l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, l-gholi tal-hajja, l-qasam tas-sahha, fost l-ohrajn. Jum qabel id-diskors ta’ Joseph Muscat fil-Parlament Lawrence Gonzi indirizza wkoll il-Kunsill Generali tal-Partit Nazzjonalista u fl-istess okkazzjoni ghamel ukoll ghaxar mistoqsijiet lil Joseph Muscat.
L-ghada fil-Parlament Joseph Muscat mhux biss wiegeb l-ghaxar mistoqsijiet tal-Prim Ministru, imma ressaq ukoll 51 proposta. Fost il-proposti li l-aktar spikkaw kien hemm id-decizjoni li jirtira l-500 ewro zieda fil-gimgha li ha Lawrence Gonzi ghalih u l-Kabinett tieghu u trahhis tal-kontijiet tad-dawl.
Fil-jiem ta’ wara l-kontijiet tad-dawl baqghu fuq l-agenda tal-pajjiz. Dan wara li gew f’pajjizna rapprezentanti tal-kumpannija Norvegiza Sargas. F’intervista, l-Kap Ezekuttiv tal-kumpannija qal kif sena u nofs ilu kienu pprezentaw lill-Gvern sistema ta’ power station li kienet ser twassal ghall-kontijiet orhos u tnaqqis drastiku fl-emissjonijiet.
Novembru kien ukoll ix-xahar li ta spazju l-prodott u t-talent Malti bil-fiera Kwalità Malta organizzata mill-Partit Laburista.
Sadanittant, thabbar illi wara li gie konkluz il-process ta’ ratifika mis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, Joseph Cuschieri kien se jiehu postu bhala Membru tal-Parlament Ewropew mill-ewwel gimgha ta’ Dicembru u b’hekk il-Partit Laburista kien se jkollu 4 mis-6 siggijiet li ghandha Malta fil-Parlament Ewropew.
Mix-xena internazzjonali spikkat l-ahbar li kien inqabad iben l-eks mexxej Libjan Muammar Gaddafi, Saif Al Islam, meta kien qed jipprova jahrab lejn in-Niger.
Diicembru
Minkejja li x-xahar ta’ Dicembru huwa normalment iddominat mill-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, Dicembru 2011 kien wiehed imqanqal b’avvenimenti li graw f’oqsma differenti.
F’dan ix-xahar, fost l-ohrajn, ittiehdet decizjoni li se taffetwa l-poplu Malti u Ghawdxi fiz-zmien li gej. Nhar il-5 ta’ Dicembru, l-Bord tal-MEPA vvota favur li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2012 l-estensjoni tal-power station ta’ Delimara tithaddem bil-heavy fuel oil, l-iktar zejt li jniggez.
F’dan ix-xahar ukoll hareg fil-berah l-abbuz u t-traffikar tad-droga li qed isir fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin, permezz tal-guri ta’ Josette Bickle, imlaqqma bhala r-regina tal-habs ta’ Kordin.
F’Dicembru gie zvelat ukoll fil-Qorti kif Edgar Galea Curmi, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru f’Kastilja ghadda email privata u kunfidenzjali mibghuta lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi minn terza persuna, lill-prezentatur Lou Bondi. L-istess Lou Bondi fid-19 ta’ Dicembru nstab hati mill-Kummissjoni tal-Etika Gurnalistika li ghamel assassinju tal-karattru fuq il-gurnalista Julia Farrugia.
Sadanittant, fil-Parlament sar maghruf li mill-2003 sallum, impjegat tal-MEPA dahhal iktar minn 113,000 ewro f’salarju minkejja li ilu 8 snin sospiz mix-xoghol wara li tressaq il-Qorti fuq akkuzi kriminali.
Ix-xena politika lokali matul Dicembru kienet imqanqla mhux hazin l-aktar bid-dikjarazzjonijiet li ghamel Franco Debono u anke dwar l-ultimatum li ta lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex sa l-ahhar tas-sena jaqsam il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern.
Matul Dicembru saret ukoll protesta mis-sajjieda tat-tonn li hassewhom ingannati mill-gvern prezenti u mill-Ministru George Pullicino, filwaqt li l-President Emeritus Eddie Fenech Adami qatta’ xi jiem l-isptar wara li hassu hazin waqt ikla mal-hbieb.
Fuq tema differenti, bi preparazzjoni ghal Jum ir-Repubblika, il-Partit Laburista organizza numru ta’ attivitajiet barra c-Centru Nazzjonali Laburista fil-Hamrun, bil-qofol ntlahaq fil-maratona gbir ta’ fondi fejn ingabru iktar minn 336,000 ewro.
L-edizzjoni tal-Istrina ta’ din is-sena ma kienet xejn inqas minn ta’ qabilha, izda l-atmosfera li ggib maghha l-Istrina hadet spinta fil-girja ghall-karità li saret il-Hadd 4 ta’ Dicembru. F’din il-girja hadu sehem mall-hdax-il elf partecipant.
Mix-xena internazzjonali, fl-Italja l-Prim Ministru Mario Monti ghazel li ma jiehux is-salarji tieghu bhala parti mill-pakkett t’awsterità, filwaqt li r-Russja kienet ikkaraterizzata minn protesti kbar wara l-elezzjonijiet parlamentari fejn il-partit ta’ Putin naqqas drastikament l-appogg.
F’dan ix-xahar mietu wkoll Vaclav Havel li kien President tar-Repubblika Ceka u l-mexxej tal-Korea ta’ fuq Kim Jong-Il.
Spikkat ukoll it-tragedja li sehhet fin-Nigerja f’nhar il-Milied u li halliet ghexieren ta’ persuni mejta.

| < Prev | Next > |
|---|






