Kemm -il darba f’dawn iz-zminijiet, nisimghu li xi hadd qala’ xi geru bhala rigal. Huwa gest helu hafna izda zgur li rigal bhal dan ma jghoddx ghal kulhadd, specjalment jekk dak li jkun ma jkollux wisq hin x’jiddedika ghal annimal fid-dar.
KRISTA CARUANA iltaqghet ma’ ROMINA FORMOSA mill-AAA, ghaqda volontarja li tiehu hsieb mal-120 kelb abbandunat. Flimkien maghha, tkellmet dwar ir-realtà tal-annimali abbandunati f’pajjizna u l-hidma li din l-assocjazzjoni qed twettaq b’risq dawn l-annimali.
L-AAA hija wahda mill-ftit NGOs f’pajjizna li tahdem hafna b’risq il-klieb abbandunati. Kemm hija reali l-problema tal-annimali abbandunati f’pajjizna?
Sfortunatament iva hija reali hafna. Ghalkemm it-taghlim fuq il-welfare tal-annimali zdied matul iz-zmien, baqa’ dawk in-nies li jarmu l-klieb u l-qtates barra. Fadal min jizbarazza d-dar ta’ xi hadd li miet fil-familja u l-kelb jitfghu barra.
Fadal koppji li ghax ikun se jkollhom tarbija inehhu l-kelb jew il-qattus. Hija reali ghax kieku t-telefon tal-NGOs ma jcempilx u s-santwarji tal-annimali abbandunati huma vojta. Wiehed m’ghandux ghalfejn imur ‘il boghod – Ta’ Qali mimli klieb u Hal Far l-istess.
Iddeskrivi gurnata tipika fil-kennels tal-AAA
L-ewwel haga filghodu naghmlu t-tindif. Il-klieb johorgu mill-pens taghhom peress li nifthulhom matul il-gurnata biex jilghabu u jigru fil-bitha z-zghira taghhom.
Wara naghmlu d-dawra tal-medicini ghal dawk il-klieb li jkollhom bzonn, xi ftit ingwent ‘l hemm u xi pillola ‘l hawn u malajr isir il-hin tal-ikel. Jieklu u jidhlu lura f’posthom! Ikollok granet fejn ikun hemm qadi ghand il-veterinarju wkoll. Bejn facenda u ohra jigu n-nies ukoll u trid tkompli maghhom.
X’inhuma l-akbar sfidi li taffaccjaw bhala AAA?
Flus, ghajnuna volontarja u spazju ghal aktar klieb u fl-ahhar familji li ghandhom l-imhabba x’joffru lil xi kelb abbandunat.
Xi kemm qed tiehdu hsieb klieb bhalissa fil-kennels taghkom u kemm hija l-ispiza rikorrenti biex tkomplu bil-hidma taghkom gurnata wara l-ohra?
L-ispiza, bejn kera, dawl, ilma, pagi, medicini, ikel u veterinarji toqrob il €5000 fix-xahar. Li jkollok 120 kelb mhux cajta.
Kemm ghandkom voluntiera li jaghtu daqqa t’id?
Il-voluntiera fissi ma jkunux hafna. Bhala tim ahna kull ma qeghdin hamsa min-nies. In-nies malajr jaqtghu qalbhom ghax ix-xoghol mhux facli. Ahna l-hamsa kulhadd fuq xoghlu b’time-table. Voluntiera fil-weekends insibu imma fost il-gimgha ftit li xejn. Issa se nifthu charity shop u qed insibu l-istess problema ghax mhux daqshekk facli li ssib nies li lesti jghinu bla ma jithallsu.
X’jista’ jsir biex jonqos l-ammont ta’ klieb abbandunati fit-toroq?
It-taghlim ghalija huwa l-iktar importanti. Veru li trid tibda mit-tfal imma ma tistax tinsa l-generazzjonijiet l-ohra. It-taghlim ghadu jigi minn kull angolu – mill-mezzi tax-xandir, mill-iskejjel, mill-Gvern, mill-Knisja u bnadi ohra. Ahna l-NGOs mhux bizzejjed. Iktar ma taghmel santwarji tal-annimali iktar tigbor.
Il-poplu ghandu jkun qrib in-natura biex jaghraf jifhem l-annimal, li fl-ahhar mill-ahhar huwa parti vitali min-natura wkoll. Ma nistennewx li l-kelb ma jinbahx, ma jimradx u ma jaghmilx il-bzonnijiet tieghu fejn u x’hin irid. Inzommu quddiem ghajnejna li dawn annimali u mhux umani, u nitghallmu napprezzawhom ta’ hekk.
Il-pets huma esperjenza sabiha immens fil-familja. Il-klieb, dejjem jekk naghtu c-cans lilna nfusna napprezzawhom, jghallmuna bil-bosta. Il-klieb huma pack animals, iridu leader. Jekk il-familja mhux se tkun leader tajjeb, il-kelb jitfixkel u permezz tan-natura tieghu jiehu l-lead hu u hawn jibda l-inkwiet.
L-organizzazzjoni taghna hasset li ghandha taghmel xi haga, u hdimna u qassamna fuljett fejn bhalissa qed jigi mpustat f’kull dar ta’ Malta u Ghawdex li fih hafna informazzjoni dwar kif niehdu hsieb l-annimali taghna, u wiehed jista’ jghin billi jsir membru. Inheggeg lin-nies ma jarmux dan il-fuljett u jaqrawh. Fil-fatt kienet l-AAA l-ewwel organizazzjoni li ghamlet xi haga bhal din.
X’jista’ jsir biex inrawwmu kultura t’aktar responsabbiltà lejn l-annimali?
Il-mezzi tax-xandir huma l-iktar ghodda addattati ghal dan, imma ftit huma l-entitajiet li lesti jinvestu f’dan. Ilni 9 snin midhla tal-annimali abbandunati u rajt bidla imma nishaq li fadal hafna x’isir. Inhoss li l-Knisja hemm bzonn li taghti sehem ukoll. Nemmen li fil-kultura religjuza taghna ghandu jkollna valuri sbieh anke lejn l-ambjent u l-annimali li t-tnejn ma nhalqux ghad-disprezz u l-krudeltà taghna, imma biex izejnu d-dinja.
It-taghlim fl-iskejjel jidher li qed ikun tajjeb imma ma nistghux ninsew lill-genituri taghhom. Inhoss li l-hajja hija mghaggla wisq.
Fuq livell nazzjonali, thoss li l-annimali f’pajjizna qed jinghataw id-drittijiet li verament jisthoqqilhom?
Ma nistax nghid li fuq livell nazzjonali ma rrangajnhiex imma fadal hafna x’isir. Il-pieni horox inghataw, imma fadal l-annimali fuq il-bjut, fil-btiehi ecc. Nixtieq li xi darba jkun hemm il-qorti tal-mohqrija tal-annimali li tigbor kawzi kemm t’abbuz fuq annimali domestici u anke fuq annimali li jghixu fl-irziezet.
Hemm hafna x’jista’ jsir, fosthom kampanji stagjonali mill-Gvern dwar il-mohqrija, jekk gej il-Milied ma naghtux pets bhala rigal, jekk gej is-sajf naghmlu kampanji biex inheggu lin-nies biex isewwu l-annimali taghhom, u jevitawlhom ix-xemx tizreg u kampanji ohrajn.
Fuq livell nazzjonali hemm bzonn ikun hemm iktar postijiet li jkunu pet friendly sabiex inheggu lis-sidien johorgu bil-kelb maghhom.
Min jixtieq jadotta xi kelb/kelba mill-AAA jew jixtieq jghinkom x’jista’ jaghmel u fejn ghandu jikkuntattjakom?
Fuq is-sit taghna: www.aaamalta.com.; e-mail: This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it ; telefon: 79453601 jew 79730921. Minn fuq is-sit tista’ issir membru.
Il-memberships huma s-sors principali tad-dhul taghna. Wiehed jista’ jsir membru billi jhallas €30 fis-sena. Hekk ikun qed jisponsorja kelb u jigi moghti certifikat.
Messagg min-naha tieghek ghal dawn iz-zminijiet
Jien nappella biex kemm jista’ jkun ma naghtux annimali bhala rigali tal-Milied ghax mhux kulhadd ghandu hin bizzejjed biex irabbi annimal. Mill-banda l-ohra ghal dawk li qed irabbu xi annimal, inheggighom biex jifhmu aktar lill-annimal taghhom ghax b’hekk zgur li jkollhom relazzjoni ahjar maghhom. Iktar ma ninvolvuhom fil-hajja familjari iktar ihossuhom importanti u utli. Il-klieb specjalment huma dejjem anzjuzi biex joghgbu lil sidhom.

| < Prev | Next > |
|---|






