Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-pajjiz hemm bzonn ikun maghqud is-sena kollha

E-mail Print PDF
Share

leo_brincat_02F’dawn l-ahhar jiem smajna hafna diskors dwar ghaqda fost il-Maltin. Fil-bicca l-kbira taghhom kienu awguri genwini u sinciera. gew minn fejn gew.

 

Izda l-isfortuna hi li appena jghaddu dawn l-erbat’ijiem tal-festi, hafna nies erhilhom jerghu jinfexxu fil-mibgheda, fil-lanzit u fl-attakki personali.

 

B’daqqiet li hafna drabi jinghataw ghal tal-apposta u bi skop, taht ic-cinturin.

 

Meta jsir dan il-htija ewlenija taqa’ fuq dawk il-politici li jinkoraggixxu u jew jittolleraw attakki simili. Anki jekk jkunu gejjin min-nies sangisugi li ghandhom hafna x’jitilfu jekk jkun hemm bidla fil-Gvern ghax qatt ma jixbghu jerdghu minn fuq dahar il-poplu permezz tal-kuntatti gholjin taghhom.

 

Ghalkemm bhalissa hemm sforz ghaddej biex ipingu lil- Laburisti qieshom qatta cwiec u nkompetenti, in-nies wara dawn l-attakki hafna drabi jimxu ’l quddiem mhux a bazi ta’ xi meritokrazija. Izda strettament minhabba dawk in-nies setghana li jkunu qed juzawhom bhala ghodda biex jifthu attakki frontali fuq hafna minn tan-naha taghna.

 

Certi drabi anki nies tal-partit fil-gvern jispiccaw fil-mira. Specjalment jekk ma jimxux skont id-diktat ta’ Kastilja u tal-qawwiet u poteri okkulti li fir-realtà jmexxu lil dan il pajjiz qiesu fewdu tal-medju evu.

 

Ir-responsabbiltà fuq il-politici biex izommu mal-kliem taghhom favur l-ghaqda nazzjonali hija wahda kbira.

Ghaliex fix-xhur li gejjin ic- cittadin komuni ser iqabbel il-kliem fieragh ta’ hafna minnhom f’dawn il-jiem tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena, mal-imgiba taghhom matul is-sena li ghaddiet kif nbdiet. Specjalment billi kull jum li jghaddi jkun qed jressaqna eqreb lejn l-elezzjoni generali. Issir meta ssir.

Laqatni kumment ricenti ta’ eksufficjal tal-PN li elezzjoni bikrija mhix soluzzjoni.

Hallieha li fi zminijiet ohra dan it-tali kien jargumenta li elezzjoni qabel iz-zmien kienet l-unika soluzzjoni.

Izda kif qalli xi hadd. Dan zgur ma jaqbillux b’elezzjoni bikrija ghax jista’ jaghti l-kas li qieghed tajjeb hafna jmaxtar mill-kuntatti kummercjali li zviluppa f’dawn l-ahhar snin kemm ilu li warrab formalment mix-xena politika.

Is-sena li ghaddiet kienet sena li fethet mohh in-nies dwar diversi issues.

Kellna l-kaz tad-divorzju li wera kemm kien hemm bzonn li l-politici jzommu ruhhom konxji tal-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi indipendentement mill-fehmiet politici tieghu.

Kellna l-waqgha ta’ Gaddafi li wriet li anki jekk poplu jkun oppress sa fl-ahhar jasal biex jqum biex jiggieled ghal drittijietu – anki jekk biex jaghmel dan jkollu jhallas prezz ghali permezz tat-tixrid ta’ demmu u ta’ familtu.

Kellna regimi li filwaqt li nkoraggew il-qawmien f’pajjizi ohrajn issoprimew kull tentattiv ta’ qawmien f’pajjizhom stess, filwaqt li kien hemm min ghazel li jhares in-naha l-ohra. Ghax pogga l-interessi geostrategici tieghu qabel dawk tac-cittadini li kienu qed jiggieldu ghal drittijiethom.

Kellna l-kollass tal-ewro li wera nuqqas serju ta’ ippjanar u tmexxija ghaqlija fl-Ewropa.

U kellna wkoll l-imman-iggjar hazin tal-ekonomija Maltija, l-abbuz tal-poter u iva, anki riha qawwija ta’ korruzzjoni marbuta ma’ ghadd kbir ta’ kuntratti li inghataw f’dawn l-ahhar snin.

Jiena wiehed minn dawn li dejjem nargumenta li l-problemi hawn fil-pajjiz mhumiex kollha tort tal-Gvern.

Izda fl-istess hin, ikolli nistqarr li bl-istil ta’ tmexxija tieghu dan il-Gvern ghamel sitwazzjoni hazina aghar. U l-poplu kull ma jmur qed jintebah li l-Gvern tal-lum zgur ma joffrix ic-cavetta biex ipoggi lil pajjizna mill-gdid fuq saqajh f’dawn iz-zminijiet difficli.

Mhux ta’ b’xejn li l-ahhar sondaggi qeghdin ibassru li f’pajjizna sitwazzjoni hazina tista’ biss tmur ghall-aghar.

J’Alla isaltnu l-bzulija, l-ghaqda u l-ghaqal halli nghelbu dawn il-problemi lkoll flimkien.

U halli kull theddid ndaw-wruh f’opportunitajiet ghall-familji Maltin u Ghawdxin.

Is-sena t-tajba lilek sur Editur, l-istaff tieghek u il-qarrejja numeruzi tal-gurnal tieghek.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

www.leobrincat.com

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata