Dawn huma l-izjed festi ghal qalbi ghaliex mhux biss ihabbru l-migja tal-Feddej, izda jghidulna wkoll li d-dlamijiet tax-xitwa qabdu jiddawlu u tama gdida tinbet u tixxettel fi qlub il-bnedmin.
Tama ta’ zminijiet ahjar, tal-ahbar t-tajba, li jghaddu kemm jghaddu sekli ma tiqdiem qatt. Proprju ghalhekk huwa l-istagun li jnessi d-dwejjaq u l-problemi tal-hajja taghna biex ilkoll nifirhu b’xulxin u nippruvaw inferhu lil xulxin. Jispiccaw il-piki u c-canfir u l-avversarji jsiru ukoll hbieb.
Mhux ta’ b’xejn li fil-Milied gieli anke l-glied u l-kumbattimenti fuq il-fronti tal-gwerra waqqfu u s-suldati ghedewwa johorgu mit-truncieri biex jghanqu lil xulxin u jiccelebraw flimkien il-Milied.
U jekk ma ddejqux jaghmlu dan is-suldati tal-armati Francizi u germanizi fil-Milied tal-1916, mhux ser niddejjaq jew noqghod lura jien biex nawgura l-isbah xewqat ta’ dawn il-festi anke lill-avversarji politici taghna.
Izda filwaqt li lest li naghmel dan kollu, ma nistax ma nahsibx fir-realtà tal-qaghda tal-poplu taghna llum u nirrifletti li ghalkemm ninsabu fil-festi tal-Milied, xorta wahda qalbna hija mtaqqla bid-dieqa meta nafu li eluf kbar ta’ familji Maltin iridu jifirhu u jiccelebraw dawn il-jiem ta’ ferh imma huwa impossibbli ghalihom li jaghmlu hekk.
Kieku nixtieq li dawn l-eluf kbar ta’ familji fuq ix-xifer tal-faqar qeghdin f’sitwazzjoni ahjar fejn flimkien mal-gheziez taghhom jifirhu, jiccelebraw u juru l-imhabba taghhom bir-rigali li jaghtu lil xulxin.
Izda din tieghi hija xewqa vojta li ma tista’ qatt issir realtà sakemm f’Kastilja jkun jikkmanda wiehed li huwa daqstant ’il boghod minn hajjithom u mill-problemi li qed jghaffguhom.
Kieku nixtieq li f’dawn il-jiem ta’ ferh, inzomm lil hinn mill-politika u ghall-mument nohrog mit-truncieri ta’ din in-naha biex nghannaq lill-avversarji li qeghdin fil-fortizzi tal-poter.
Izda, jiddispjacini nammetti li dan ma jistax issehh. Mhux ghaliex ahna ma rridux nabbandunaw it-truncieri tad-difiza tal-poplu, izda ghaliex dawk li jghassu l-fortizzi tas-setgha ma jridux jinzlu minnhom biex jiltaqghu maghna.
Ir-rigali ta’ GonziPN lil tal-klikka
Kieku ma kienx hekk, u kieku ghandhom imqarr nitfa rispett uman lejn il-poplu taghna, kieku kienu jiddezistu milli jkomplu jissikawh u jafsuh. Forsi l-kwalità ta’ hajja lussuza u sinjuruna li jghixu fiha, nessiethom l-gheruq taghhom, li tant jiftahru bihom u ghalhekk saru immuni u rezistenti ghall-krib, id-dwejjaq u l-problemi ta’ eluf ta’ familji li l-paga taghhom tghosfor minn bwiethom jiem qabel ma’ tasal dik li jmiss.
Qed jipprattikkaw konkretament il-qawl Malti li jghid li z-zaqq il-mimlija qatt ma taghder il-vojta. Jahsbu li ghaliex huma qeghdin sew u paxxuti bis-salarji fenominali li ghandhom u li ma kienux kuntenti qabel ma’ sahhewhom b’zieda izjed fenominali ta’ €500 fil-gimgha, loqma ta’ €1.16 u loqma ohra ta’ €4.66 fil-gimgha tibbasta ghall-povru haddiem u imsejken pensjonant. U biex zgur ma jibqghux lura dawn il-politici li dahlu fil-politika mhux biex iservu izda biex jistghanew, hatfu anke dawn il-loqom tal-fqajrin !
Jekk il-Prim Ministru u l-membri tal-Kabinett tieghu accertaw ruhhom li zaqqhom tkun mimlija u tibqa’ mimlija, n-negozjanti u l-konsulenti li jduru maghhom ma baqghux lura. Biss, biss f’dawn l-ahhar tliet snin ta’ GonziPN is-soliti konsulenti dabbru mill-kaxxa ta’ Malta €35 miljun. GonziPN ma qaghadtx jistenna l-Milied biex jaghtihom dawn ir-rigali tad-deheb.
Lin-negozjanti Nazzjonalisti, finanzjaturi tal-PN, ir-rigali f’forma ta’ kuntratti jinghataw kwazi kuljum. Mela filwaqt li nafu xi kwalità ta’ rigali miljunarji GonziPN ta lil tal-klikka, nahseb li naghmlu sewwa, dejjem jekk irridu nkunu gusti, li nammettu wkoll li dan anke fil-familji tal-haddiema u tal-pensjonanti haseb. Li huwa tieghu naghtuhulu.
L-izjed rigal recenti GonziPN tah lill-haddiema u impjegati tal-AirMalta, l-istess nies li proprju lejlet l-elezzjoni tal-2008, kien assigurahom u tahom garanzija bil-miktub li huwa baghat lil kull wiehed u wahda minnhom, li hadd minnhom mhu ser jitlef l-impjieg jekk jerga’ jitla’ huwa fil-gvern. Proprju issa f’dawn il-jiem li kull familja suppost tkun qed tifrah, mijiet minn dawn il-haddiema assigurati minn GonziPN qed jiehdu r-rigal tieghu, u jaghtihulhom proprju fejn iweggu, taht zaqqhom. Poggielhom ghazla krudili quddiemhom. Jew tirtiraw kmieni b’somma f’butkom jew sensja diretta.
Ir-rigal ilhom li tawhulhom
Gonzi & Co qalbhom perzuta u idejhom miftuha mal-poplu u mhux ser joqghodu jistennew xi okkazjoni biex jipprezentawlhom rigali mill-isbah. Kif mhux ser jistennew il-Milied biex jibghatu lill-familji taghna kartolina. Kull xahrejn jibghatu fi djar il-poplu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u jaghmlu hekk ‘bil-qalb.’
Rigal iehor jaghtuhom kull meta jixtru cilindru gass, kull meta jmorru biex jiehdu l-fjuwil ghall-karozzi taghhom, kull meta jokorbu bl-ugigh jistennew operazzjoni li ilhom jittamaw ghaliha snin twal, kull meta jkollhom imorru jixtru l-medicini ghaliex mhemmx stokks fl-ispizeriji tal-gvern, kull meta uliedhom jitolbuhom xi haga li ma jifilhux jixtrulhom.
Id-dawl tat-tama
Ma jistax ikun li wara dawn ir-rigali ta’ Gonzi & Co lill-poplu taghna, ma narawx jixghel id-dawl tat-tama ta’ ghada ahjar, ta’ Milied iehor ahjar, ta’ snin ohrajn ahjar.
Wara li doqna l-imrar u rajna fiex jikkonsistu r-rigali Nazzjon-alisti, huwa impossibbli li l-Maltin u l-Ghawdxin ma jivvutawx ghall-bidla fil-gvern ghaliex kif jghidu l-Inglizi once bitten, twice shy. Dawk il-ftit mijiet ta’ votanti li fil-2008 qalbu l-mizien ghaliex belghu l-lixka u l-kliem falz ta’ Gonzi, zgur li ddispjacihom u maghhom inghaqdu eluf ohra li tradizzjonalment kienu jivvutaw PN imma llum rrealizzaw li d-dawl tat-tama jinsab biss fil-PL.
Filwaqt dawk li ircevew ir-rigali miljunarji huma ftit membri privileggjati tal-kasta ristretta, l-maggoranza kbira tal-poplu li tiddeciedi kull elezzjoni marret hazin u hija konxja li giet uzata u ngannata. Li ma haddietx li haqqha u li 90% tal-gid mar fil-bwiet u fil-kontijiet bankarji ta’ 10% tal-popolazzjoni. Proprju ghalhekk il-poplu huwa deciz u determinat li ma jahdimx iktar ghad-Dar ta’ GonziPN.
Din id-decizjoni soda li l-poplu jehles minn GonziPN hija l-isbah u l-aqwa rigal li l-Maltin u l-Ghawdxin jistghu jaghtu lil xulxin. Huwa dan li ser iferrahna f’dawn il-jiem ta’ ferh. Huwa dan li ser jimlielna ruhna bid-dawl u jserhilna mohhna li flimkien bhala komunità wahda, minghajr distinzjoni, minghajr piki, minghajr korruzzjoni ser inkunu nistghu niccelebraw flimkien tant u tant festi tal-Milied fil-gejjieni.
Dwar dan mhux ser nghid-ilkom ‘kieku nixtieq,’ ghax jien cert li hekk ser ikun.

| < Prev | Next > |
|---|






