Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Is-Sena 2012

E-mail Print PDF
Sharelydia_abelaSena Dedikata ghal Anzjanita’ Attiva u s-Solidarjeta’ bejn il-Generazzjonijiet

Illum qed niccelebraw l-Ewwel Jum tas-Sena 2012. F’dawn il-granet donnu kulhadd ihares lura lejn dak li jkun wettaq matul is-sena li tkun ghadha kemm giet fi tmiemha, u jfassal il-pjanijiet tieghu ghas-sena li jkollu quddiemu. Hafna huma dawk li jaghmlu l-analizi personali taghhom dwar x’mar tajjeb jew hazin fis-sena li ghaddiet, u jaghmlu xi rizoluzzjoni ghas-sena l-gdida.
Is-sena 2012 hija s-Sena Ewropea dedikata ghal Anzjanita’ Attiva u s-Solidarjeta’ bejn il-Generazzjonijiet. Sas-sena 2050, l-għadd ta' nies fl-Unjoni Ewropeja ta’ eta` 'l fuq minn erbgha u sittin sena mistenni jikber b'sebghin fil-mija, u l-għadd ta' nies 'l fuq mill-eta` ta’ tmenin sena mistenni li jikber b’mija u sebghin fil-mija. Dan iqajjem sfidi importanti -  kif ser inlaħħqu mad-domanda akbar għall-kura tas-saħħa; nadattaw is-sistemi tas-sahha għall-htigijiet ta' popolazzjoni li qed tixjieh, filwaqt li nżommuhom sostenibbli f'soċjetajiet b'anqas ħaddiema.

Xjuhija attiva taghti l-opportunita’ biex l-anzjani ikollhom kwalita` ta’ hajja ahjar, u li jekk jixtiequ, jibqghu fis-suq tax-xoghol u jaqsmu l-esperjenzi taghhom, izommu rwol attiv fis-socjeta’ u jghixu hajja b’sahhitha u sodisfacenti kemm jista’ jkun. L-Ewropa qed tiffaccja bidliet demografici li ser ikollhom impatt qawwi fuq is-socjeta’ u fuq l-ekonomija, u konsegwentement fuq il-provvediment u l-bzonnijiet ta’ l-edukazzjoni u t-tahrig. Il-bniedem dejjem qed jghix aktar fit-tul u ghalhekk jibqa’ izjed attiv u jiehu sehem fil-hajja socjali. Huwa proprju ghalhekk importanti li jigi mgholli l-livell tal-hiliet tal-popolazzjoni adulta, billi jigu offruti aktar opportunitajiet ta’ taghlim u opportunitajiet ahjar matul il-hajja adulta. Dan huwa importanti mhux biss biex jghin lill-adulti jkunu haddiema efficjenti u cittadini aktar attivi u infurmati, imma wkoll biex jikkontribwixxu ghall-benessere personali taghhom.

L-anzjani huma kontributuri ewlenin lejn il-gid komuni tal-pajjiz. Popolazzjoni li tixjieħ b'mod san tfisser ukoll piż inqas fuq is-sistemi tas-saħħa, u inqas persuni li jirtiraw mix-xogħol minħabba nuqqas ta' saħħa. Dan għandu jwassal għal impatt pożittiv fuq it-tkabbir ekonomiku tal-Ewropa. Ukoll, l-izviluppi u l-beneficcji li ahna ngawdu llum huma dovuti ghall-hidma ta’ min illum huwa anzjan. F’Malta, bhal fil-bqija tad-dinja, l-poplu qieghed fortunatament jghix aktar u allura, anke` f’Malta, in-numru ta’ anzjani qieghed dejjem jizdied.

Kull persuna, ghandha kemm ghandha eta’, ghandu jkollha l-opportunita’ li tghix hajja dinjituza, fejn ikollha r-rispett u l-appogg kollu mehtieg. Huwa f’dan l-ispirtu li l-Partit Laburista jemmen li s-settur tal-anzjani ghandu jinghata l-importanza shiha li tehtieglu – fil-kura tas-sahha, fis-servizzi socjali, fit-taghlim ta’ l-adulti, fil-volontarjat, fl-akkomodazzjoni, fis-servizzi tal-informatika u t-trasport. L-anzjani taghna jistennew titjib fis-servizz nazzjonali tas-sahha u li jiddahhlu servizzi godda b’rizq persuni anzjani, biex kemm jista’ jkun jibqghu jghixu fi djarhom.

Illum l-anzjani jistghu ihossuhom eskluzi mis-socjeta’, u ghalhekk iqum il-bzonn li jittiehdu mizuri biex l-anzjani ikunu wkoll kontributuri fl-izvilupp tas-socjeta’ taghna u tal-pajjiz. Il-Gvern jehtieg li jaghmel mizuri sabiex il-pajjiz ikollu ekonomija b’sahhitha, li jiggenera x-xoghol, u li jiggarantixxi kwalita’ ta’ hajja ahjar anke` ghall-anzjani taghna. Ghandha tkun sfida ewlenija li nippromwovu xjuħija sana u attiva.

Il-Partit Laburista huwa kommess li jahdem f’dan il-qasam biex jippromwovi s-sahha ta’ l-anzjani u jhares il-bzonnijiet ta’ l-anzjani. Dan jista’ jsir billi nkunu aktar proattivi u nahsbu ghall-bzonnijiet futuri taghna meta wiehed ikun ghadu f’sahhtu. L-anzjani m’ghandhomx jigu mwarrba jew minsija ghaliex ikunu lahqu l-eta` pensjonabbli, izda ghandna nirrikonoxxu l-validita’ tal-esperjenza twila li jkollhom f’diversi oqsma. Il-Partit Laburista huwa kommess li jtejjeb l-opportunitajiet ghall-anzjani taghna, biex huma jghixu hajja indipendenti u jkollhom kwalita’ ta’ hajja ahjar milli jgawdu llum. Il-Partit Laburista jhares lejn l-eta` anzjana bhala sfida, bhala zmien sabih fil-hajja tal-bniedem, u mhux bhala piz.

Fl-ahharnett niehu l-opportunita’ biex nawgura s-Sena t-Tajba mimlija hena, paci u sahha lill-qarrejja ta’ dan il-gurnal u lill-familji Maltin u Ghawdxin kollha.
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata