Il-personaggi tas-sena Maltin fl-2011 tal-gazzetta KullHadd huma t-tenur Joseph Calleja li kompla jissupera lilu nnifsu fil-livelli ta’ eccellenza li lehaq fix-xena internazzjonali tal-opra, u l-avukat Deborah Schembri li mexxiet b’success il-kampanja favur id-divorzju li ddahhal f’pajjizna permezz tar-referendum li sar fis-28 ta’ Mejju li ghadda.
Joseph Calleja matul l-2011 kompla jigi akklamat fix-xena internazzjonali tal-opra bhala wiehed mill-aqwa tenuri tad-dinja. Calleja ta wirjiet stupendi fl-aqwa Opera Houses tal-Ewropa u tal-Istati Uniti, fosthom ir-Royal Opera House, f’Covent Garden, Londra u fil-Vienna Staatsoper, kif ukoll ta wirijiet mill-aqwa fil-Metropolitan Opera ta’ New York, fost l-ohrajn
F’Lulju tal-2011, it-tielet solo album ta’ Joseph Calleja, “Joseph Calleja – The Maltese Tenor” lahaq it-tieni post tal-klassifika Germaniza tal-muzika klassika u l-ewwel post tal-US Billboard Classical Traditional chart.
Matul is-sena li ghaddiet Calleja kanta wkoll waqt ic-cerimonja ufficjali tal-ghoti tal-Premju Nobel gewwa Stokkolma u kellu wirjiet stupendi f’diversi programmi popolari tal-istazzjon nazzjonali tat-televizjoni Taljana, ir-RAI.
Min-naha taghha Deborah Schembri tat prova kemm is-socjetà civili ghandha rwol krucjali fid-demokrazija ta’ pajjizna, xi kultant aqwa minn tal-istituzzjonijiet meta dawn isibuha difficli li jirrispondu ghall-esigenzi u l-aspirazzjonijiet tan-nies.
Deborah Schembri, flimkien ma’ shaba tal-Moviment IVA, bi stil elokwenti, pakat, irragunat, gharfet tikkonvinci b’kalma u hila li ma bhala u litteralment minn persuna li ftit li xejn kienet maghrufa qabel, f’temp ta’ ftit xhur kienet persunagg ewlieni matul is-sena li ghaddiet.
Spikkaw b’mod pozittiv…
It-tiratur Malti William Chetcuti
Ghat-tiratur zaghzugh Malti William Chetcuti, is-sena 2011 kienet sena ohra ta’ success. Dan wara li f’April li ghadda, Chetcuti rnexxielu jirbah midalja tad-deheb f’Beijing fic-Cina waqt il-kompetizzjoni ‘ISSF World Cup’. F’din il-kompetizzjoni, Chetcuti rnexxielu jirbah l-ewwel midalja tad-deheb u b’hekk irnexxielu jikseb l-aqwa rizultat li qatt inkiseb ghal pajjizna fl-isport tal-isparar.
Permezz ta’ din ir-rebha, Chetcuti kkwalifika awtoma-tikament biex jirrapprezenta lil pajjizna fil-Loghob Olimpiku li se jsiru f’Londra matul din is-sena.
Din mhux se tkun l-ewwel esperjenza ta’ William Chetcuti fil-Loghob Olimpiku. Chetcuti kien ippartecipa fl-Olimpjadi tal-2004, fejn ghal naqra ma spiccax fil-finali filwaqt li fl-2008 kien spicca fit-tmien post fil-kompetizzjoni tad-‘double trap’. Huwa rebah ukoll midalji tal-bronz fil-Loghob tal-Commonwealth li saru fl-2002 u fl-2006.
Prezentament, William Chet-cuti huwa c-Champion tad-Dinja tad-’double trap’ tal-irgiel.
Il-‘prezentatur” Lou John Bindi
Fil-qasam tat-televizjoni lokali, matul l-2011 rajna wicc gdid li tista’ tghid li llum il-gurnata huwa mahbub minn kulhadd. Jismu Lou John Bindi, u permezz tal-programm tieghu ‘Bindi Minus’/‘Min Imissu?’, jigbed saqajn kulhadd.
Il-karattru ta’ Bindi mhux biss idahhakna bil-battuti li jaghmel fuq dak u fuq l-iehor, izda hafna drabi, is-satira li juza, ggeghlna nirriflettu dwar id-diversi realtajiet li nsibu madwarna.
Lou John Bindi u diversi karattri ohra li hadu l-hajja fuq it-televizjoni lokali matul is-sena li ghaddiet, komplew kattru s-satira fuq it-televizjoni lokali, u ghallmuna nidhku aktar bina nfusna u bid-difetti taghna. Anke l-politikanti bil-mod il-mod qed jaccettaw aktar jidhku bihom infushom u b’hekk permezz ta’ programmi bhal dawn, fl-ahhar qed nersqu aktar lejn socjetà li hija kapaci taghraf in-nuqqasijiet taghha.
Spikkaw b’mod negattiv…
Id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia
Matul l-2011, fil-Qorti kompla jinstema l-kaz tal-allegat ‘attentat ta’ qtil’ fuq id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia. Fil-Qorti, bdew johorgu aktar dettalji dwar il-kaz, liema dettalji komplew jikkonfermaw li dan il-kaz intefah fuq li ntefah l-aktar mill-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista.
L-aktar wara li kmieni x-xahar li ghadda, fil-Qorti sar maghruf li l-konsulent li ra lil Farrugia wara l-allegat attentat f’Marzu tal-2010, ma kien hadd hlief l-eks-gharus ta’ bint Farrugia nnifsu. Apparti minn hekk sar maghruf ukoll li l-istess konsulent qabel m’ghamel xi ezamijiet medici fuq Vince Farrugia, kien f’kuntatt ma’ bint u iben Farrugia permezz tal-sms.
Fil-Qorti rrizulta wkoll li x-xhieda li ta l-konsulent dwar il-griehi li allegatament garrab Vince Farrugia wara l-attentat kienu jikkuntrastaw bi kbir max-xhieda li ta l-espert mediku forensiku t-tabib Mario Scerri li qal li Farrugia kellu biss griehi hfief u ma kellux ksur.
Il-kaz mistenni jkompli jinstema fil-Qorti fit-18 ta’ Jannar 2012.
Manwel Delia
Ghall-id il-leminija t’Austin Gatt, Manuel Delia, is-sena li ghaddiet ftit li xejn ghamlitlu unur. Anzi barra minnhekk, kienet sena li matulha kompla tilef il-kredibbiltà tieghu wara l-fjask li ghamel bir-rotot tal-Arriva li l-ewwel ftit xhur taghha kienu dizastru totali.
Manuel Delia, li kien fdat minn Austin Gatt bir-riforma fit-trasport pubbliku, sparixxa ghal kollox mic-cirkolazzjoni, hekk kif tfaccaw il-problemi kollha li gabet maghha s-sistema l-gdida; tahwid fit-toroq u dewmien esagerat u flok naqsu l-karozzi privati mit-toroq, komplew jizdiedu kawza tal-inefficjenza tal-Arriva.
Fost l-akbar fjaski li ghamel Delia marbut mar-rotot tal-Arriva kien hemm dak ta’ Triq Bisazza f’Tas-Sliema li minnha kellhom jghaddu l-karozzi tal-linja, izda minhabba li din it-triq nbidlet f’zona pedonali, ir-rotta kellha tinbidel totalment u l-Gvern kien kostrett ihallas eluf ta’ ewro lill-kumpannija Arriva f’danni minhabba n-nuqqas t’ippjanar.
Tant kien kbir il-fjask ta’ Delia fejn tidhol ir-riforma fit-trasport pubbliku, li dan sahansitra kellu jinheba mill-mezzi tax-xandir, tant li filli kien il-hin kollu jidher fuq it-televizjoni jiftahar bl-Arriva u f’daqqa wahda sparixxa totalment mic-cirkulazzjoni!
L-Ambaxxatur Libjan ghal Malta Saadun Suayeh
Suayeh biddel il-pozizzjoni tieghu ghal aktar minn darba u sal-lum ghadu qed jirrifjuta li jirrizenja mill-kariga ta’ Ambaxxatur Libjan ghal Malta.
Waqt il-glieda kontra r-regim, irrifjuta li titnizzel il-bandiera l-hadra minn fuq il-bini tal-Ambaxxata Libjana f’H’Attard u rrifjuta li jirrizenja jew jirrikonoxxi lir-ribelli.
Imbghad wara l-waqa’ tar-regim ta’ Gaddafi, Saadun Suayeh qal li se jibqa’ fil-kariga t’ambaxxatur u sahaq li hu ma jirrapprezentax lir-regim izda jirrapprezenta lill-pajjiz.
Aktar tard, f’intervista ma’ gazzetta lokali, Suayeh qal li waqt il-gwerra kontra r-regim ta’ Gaddafi, hu kien qed jagixxi ta’ “double agent” fejn qal li kien qieghed jappoggja lir-ribelli billi jwasslilhom informazzjoni sensittiva li kienet gejja mill-oghla strutturi tar-regim ta’ Gaddafi.
Kien qal ukoll li kien qed jaghmel dan waqt laqghat sigrieta li kien qed ikollu ma’ rapprezentanti tal-Kunsill Nazzjon-ali Tranzitorju Libjan fil-belt Libjana ta’ Benghazi.
Ir-regina tal-habs ta’ Kordin Josette Bickle
Personalità ohra li spikkat b’mod negattiv lejn tmiem is-sena 2011 kienet Josette Bickle li giet imlaqqma bhala r-regina tal-habs ta’ Kordin.
Il-guri ta’ Josette Bickle dwar traffikar tad-droga fil-habs ta’ Kordin, kexkex lil kulhadd. Matul dan il-guri kompliet tohrog evidenti l-problema tat-traffikar u l-abbuz tad-droga fil-habs ta’ Kordin.
Diversi xhieda li tressqu waqt dan il-guri, ddeskrivew lil Josette Bickle bhala persuna li ghandha sahha kbira fil-habs ta’ Kordin, tant li taghmel li trid ghax kulhadd jibza’ minnha. Diversi prigunieri nisa kienu spiccaw iseftru u jiskjavaw ghaliha biex tissupplixxiehom bid-droga.
Bickle li ghandha 40 sena ntbghatet 12 -il sena habs u giet immultata €23,000 wara li nstabet hatja li ttraffikat u abbuzat mid-droga meta kienet priguniera fil-habs ta’ Kordin.

| < Prev | Next > |
|---|






