Qabel l-elezzjoni tal-1996 il-media Nazzjonalista kienet qalet li kien sar ‘kumplott biex jigi assassinat Fenech Adami’, però imbaghad ma kien instema’ xejn aktar dwar dan ‘il-kumplott’
Hafna huma dawk li qeghdin iqiesu b’xetticizmu kbir ‘l-ahbar’ li nhar l-Erbgha li ghadda fis-1.45am instemghu sparaturi ta’ tiri ta’ arma nar fil-vicinanzi tal-Palazz tal-Inkwizitur tal-Girgenti, illum ir-residenza tas-sajf tal-Prim Ministru. Dan suppost sehh waqt li l-Prim Ministru Gonzi u martu Kate kienu f’dan il-bini.
Li hu kurjuz huwa li ma kienx il-PRO tal-Korp tal-Pulizija jew tal-Armata li taw dettalji dwar din ‘l-isparatura’, imma l-Ufficcju tal-Prim Ministru nnifsu permezz ta’ stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Din l-istqarrija kienet tghid li ghall-habta tas-1.45am, “persuni mhux maghrufa sparaw tiri ta’ arma tan-nar vicin il-Palazz tal-Girgenti. F’dak il-hin il-Prim Ministru u s-Sinjura Gonzi kienu fir-residenza”.
Naturalment l-ispin ovvju li pprova jaghti l-Ufficcju tal-Prim Ministru kien li din ‘l-isparatura’ setghet kienet xi attentat fuq il-hajja ta’ Lawrence Gonzi jew xi att ta’ intimidazzjoni.
Aktar tard il-media Nazzjon-alista rrappurtat li b’kollox gew sparati tliet tiri fl-inhawi tal-kancell tal-Palazz, li jinsab pjuttost ‘il boghod u f’livell aktar baxx mill-bini tal-Palazz fejn kienu Lawrence u Kate Gonzi.
Imma fit-tfittxijiet li saru mill-Pulizija billejl u matul il-gurnata, ma nstabu l-ebda tracci, lanqas ta’ skratac.
L-inhawi ta’ madwar il-Palazz tal-Girgenti li jinsab taht l-ghassa kontinwa tal-Forzi Armati ta’ Malta, huma maghrufin ghall-kacca tal-fenek li ssir hafna drabi fis-satra tal-lejl.
Intant, din ‘l-ahbar’ tal-isparatura fil-vicinanzi tal-Palazz tal-Girgenti tixbah hafna ‘ahbar’ ohra, ta’ ftit gimghat qabel l-elezzjoni tal- 1996 meta l-media Nazzjon-alista kienet dawret l-ispin li kien jezisti kumplott biex jigi assassinat il-Prim Ministru ta’ dak iz-zmien Eddie Fenech Adami minn killers professjonali barranin.
Gurnalisti li dak iz-zmien kien jorbitaw madwar il-Partit Nazzjonalista, kienu sahansitra qalu li raw l-arma tan-nar li biha kellu jkun assassinat Fenech Adami.
Imma wara dan l-ispin li kien inghata fil-media Nazzjonalista, ma kien instema’ xejn dwar dan ‘il-kumplott biex jigi assassinat Eddie Fenech Adami’.

| < Prev | Next > |
|---|






