Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kontabbiltà fuq livell lokali

E-mail Print PDF
Share

317562_2579153197829_1224387154_3100683_260428682_nFi zmien xahrejn ser ikollna l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dan l-ahhar sar hafna kliem dwar il-kontabbiltà tal-Gvern fil-konfront tac-cittadin. Jehtieg ukoll izda li wiehed jenfasizza li anki l-Kunsilli Lokali ghandhom jirrispondu ghal ghemilhom tul iz-zmien li r-resident ikun pogga l-fiducja fihom.

Nemmen li bosta kunsilli lokali qed jinsew l-ghan ewlieni li ghalih huma jigu eletti mir-residenti u mohhhom biss biex jaqtghu xi zigarella u jidhru fl-ahbarijiet.

Ha naghti ftit ezempji; persuna li ma toqghodx il-Mellieha, zgur li tahseb li fil-Mellieha kollox miexi ward u zahar ghax fl-ahbarijiet tista’ tghid li kull gimgha jissemma dan il-kunsill, jew ghax hemm l-Iljieli Mellehin jew inkella ghax ser isir il-Milied Melliehi jew ghax ser jigi inawgurat xi monument jew xi gnien gdid.

Tifhimnix hazin, dawn huma kollha affarijiet tajbin izda sabiex titjieb il-hajja ta’ kuljum tar-residenti mhux dawn l-affarijiet biss hemm bzonn izda hemm bzonn li kunsill jiehu hsieb affarijiet bzonnjuzi ta’ kuljum bhal toroq u bankini li ghandhom bzonn il-manutenzjoni jew inkella bandli vandalizzati, mkissra u perikoluzi.

Fil-Mellieha tista’ tghid li hawn mill-anqas tlett gonna bil-bandli li ghandhom bzonn dawra sew ghaliex kollox imkisser, filwaqt li flok fjuri u sigar wiehed isib biss haxix hazin. Min-naha l-ohra jiftahru li ser jifthu l-Park tal-Familja f’Selmun, izda jekk wiehed jittawwal s’hemm jinduna li saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-gnien fis-sena 2010 u sal-lum ghadu ma tlestiex.

Fl-istess hin il-bqija tal-gonna fil-Mellieha huma minsijin jew jekk issir manutenzjoni, din issir ta’ kafkaf. Uhud minnhom sahansitra jkunu l-mira ta’ vandali li jkissru kemm il-bandli, s-sigar u kull ma jsibu quddiemhom u jimlew kullimkien hgieg, izda meta tigbed l-attenzjoni tal-Kunsill sabiex mill-anqas titpogga ‘camera’ sabiex isservi bhala deterrent, lanqas dawn qatt ma saru.

Dan l-ahhar ukoll segwejt il-formazzjoni ta’ ghaqda tar-residenti f’San Pawl il-Bahar, liema ghaqda giet iffurmata wara li nhass illi l-Kunsill mhux qed jirrispondi jew jagixxi ghall-ilmenti tar-residenti. U ghandhom biex jilmentaw ir-residenti ta’ San Pawl il-Bahar; per ezempju, l-problema kbira ta’ parkegg specjlament fix-xhur tas-sajf, liema problema hadd mhu qed jaghmel xejn fuqha nkluz il-Kunsill Lokali.

Ta’ min ifakkar li l-istess Kunsill Lokali b’maggoranza Nazzjonalista tela’ bil-weghda li jsir multi-carpark fil-Qawra li qatt ma sehh b’rizultat li l-Qawra spiccat drive-through location u xejn aktar.

Spiccajna f’sitwazzjoni li meta resident jigbed l-attenzjoni tal-kunsill lokali, dan jirrispondik bl-herra u bil-kemm itik cans tressaq l-ilment tieghek. Xejn ma jimporta lil min qed imexxi li problema ta’ parkegg, apparti li ggib problemi kbar lir-residenti, tnaqqas ukoll in-nies li jifrekwentaw il-post b’rizultat li bosta lukandi u hwienet f’lokalitajiet bhalma huma San Pawl il-Bahar qed ikollhom jaghlqu u bosta postijiet tax-xoghol qed jintilfu.

X’jiswa li taghmel promenade ta’ min jiftahar biha (ghalkemm dan l-ahhar ukoll hargu xi difetti), izda n-nies ma jistghux jaslu ghalija biex igawduha ghaliex ma ssib tipparkja mkien.

Wiehed ukoll ma jistax jinsa l-problemi li jiffaccjaw kuljum ir-residenti tax-Xemxija minhabba l-istat dizastruz tat-toroq f’din il-lokalità. Daqs li kieku x-Xemxija ma tifformax parti mir-responsabiltajiet tal-Kunsill ta’ San Pawl il-Bahar. L-istess problemi qed jirrinfaccjaw ir-residenti ta’ Bahar ic-Caghaq li jaqghu taht il-Kunsill Lokali tan-Naxxar.

Hemm ukoll affarijiet ohra li l-kunsilli ghandhom jirrispondu ghalihom. Recentement l-Awditur Generali ppubblika rapport fejn irrizulta li bosta mill-kunsilli lokali prezentaw il-kontijiet taghhom tard b’rizultat li wehlu multi mhux zghar.

Apparti li dan huwa agir tal-misthija ghal min jidhol ghar-responsabbiltà li jkun parti minn kunsill kif ukoll ghas-segretarji li huma mhallsa li jaghmlu dan ix-xoghol, dawn il-fondi li qed jithallsu bhala multi setghu servew hafna ahjar ghal-lokal in kwistjoni, filwaqt li l-kunsilliera li ma jkunux ghamlu dmirhom ma jirrispondu lil hadd.

Filwaqt li wiehed ma jnehhi xejn mix-xoghol ta’ dawk il-kunsilliera u kunsilli li dejjem stinkaw u ghamlu l-almu taghhom ghal-lokalità taghhom, issa wasal iz-zmien li l-kunsilli jirrispondu lir-residenti taghhom u huma r-residenti li ser jiggudikaw xogholhom fl-elezzjonijiet li jmiss. Jehtieg li min johrog ghal din ir-responsabbiltà jkun lest li jerfaghha.

Li tkun kunsillier mhiex passiggata fil-kampanja, izda ggib maghha responsabbiltà li jekk wiehed verament jahdem isib sodisfazzjoni kbir li jkun ghen sabiex il-livell ta’ ghixien fil-lokalità tieghu jew taghha jitjieb fl-interess tar-residenti kollha u mhux tal-ftit.

Trid tispicca l-mentalità li kunsill lokali jaghmillek xi pjacir ghax jaqdik fuq xi ilment li tkun ressaqt. Kull kunsill ghandu obbligu bil-ligi li jagixxi dwar kull ilment li jressqulu r-residenti, minghajr ebda distinzjoni ovvjament fil-limiti tal-ligi u dak li huwa ragjonevoli.

Naghlaq billi naghmel referenza ghal dak li qal il-Mexxej Laburista ftit tax-xhur ilu waqt laqgha ta’ diskussjoni fl-Imgarr, fejn enfasizza li l-Partit Laburista akkost li jitlef l-elezzjonijiet tal-kunsilli li jmiss, ma kienx ser jaccetta lil kulhadd sabiex jikkontesta f’ismu, izda kien ser jaccetta biss nies ta’ integrità u bl-ghan ewlieni li jahdmu ghal-lokalità u jpoggu l-interess tar-residenti l-ewwel u qabel kollox.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata