Mela lit-tfal tal-iskola taghna jghallmuhom li Malta hija repubblika demokratika, membru tal-Unjoni Ewropea, benniena tal-jeddijiet fundamentali tal-bniedem. Hekk ghallmu lili wkoll.
Imma jien li sa minn guf ommi qatt m’emmint lil hadd u skont kif jghiduli, sahansitra bhala tifel ckejken kont nistordi lil kulhadd ghax kont nistaqsi l-hin kollu “ghaliex?” fuq kull suggett immaginabbli naf li din hija biss wahda mill-bosta hrejjef li trabbejna bihom.
Fuq il-karta kostituzzjonali, hemm minquxin b’ittri tad-deheb ir-regoli bazici tal-governanza Maltija. Regoli originarjament miktubin mill-gurista maghruf J.J. Cremona u rtukkati ‘l hawn u ‘l hin tul il-kors taz-zminijiet. Normi li suppost jizguraw li f’Malta jkun hawn il-libertà tar-religjon (jew kwazi). Il-libertà tal-espressjoni. Il-libertà tal-assocjazzjoni. Il-helsien minn arrest arbitrarju. Id-dritt ghall-proprjetà. Access ghal Qorti efficjenti u indipendenti. Xandir pubbliku bbilancjat. Libertà tal-istampa. Gvern imtella’ permezz ta’ elezzjonijiet hielsa.
Imma kemm minn dawn ir-regoli huma minquxin fil-psike taghna? Jien nghid li ftit li xejn. Il-kotra tal-Maltin qajla jaqraw ktieb, imqar jekk dan ikun rumanz melodrammatiku ta’ sitt habbiet (jew sitt ewro-centezmi?), ahseb u ara kemm qraw il-Kostituzzjoni.
Huma maghrufin li huma fost l-inqas nies li jaqraw fl-Ewropa. U mur ara kemm minn dawk l-ghexieren li qrawha fehmuha. U minn dawk il-ftit li fehmuha, mur ara kemm jirrispettawha.
Anzi, dawk li fil-passat kienu jitkazaw bil-gvernijiet Mintoff-jani, ghax skonthom dawn kienu despotici u dittatorjali, waqghu fil-kaza. Tant li jekk wiehed jindenja jaqra opri propagandistici bhal dik tal-eks-ministru Francis Zammit Dimech, The Untruth Game” dwar ix-xandir tal-Istat taht gvernijiet socjalisti, ma naghtihx tort jekk jibda jahseb li dawn kienu mmexxijin mill-boy scouts.
Ghax jekk qabel kienu jsiru erezijiet bhan-notorja “Run, Rabbit, Run”, issa l-ahbarijiet u l-kummenti jsiru b’mod ferm iktar fin u ghalhekk ferm iktar insidjuz.
Minghalik qieghed tisma’ ahbar ibbilancjata u tkun qieghed tinghata doza wara l-ohra ta’ nofs veritajiet, s’intendi kollha jxaqilbu lejn ir-regim. Eluf ta’ nies jibilghu din il-lixka. Din id-doza jtuhielek bhall-velenu b’toghma helwa.
U f’kull hin tal-gurnata, u f’kull tip ta’ programm fuq l-istazzjon tax-xandir suppost nazzjonali. Ibda mill-breakfast show ipprezentat minn Nazz-jonalist ippatentjat, li sa ftit tal-gimghat ilu kien ufficjal gholi jifrex fil-kuriduri oskuri tal-kwartieri tal-PN.
Ghall-apparenza tal-bilanc, ma’ dan il-persunagg hemm jipprezenta iehor maghruf bhala Laburist, li izda jien ma nafx sewwa sew x’inhu. Al buon intenditor, poche parole.
Kompli bil-programmi ta’ Lou u ta’ Zeppi. U spicca sahansitra bil-programmi ta’ divertiment. Però serrah rasek, hemm tikkontrolla l-Awtorità tax-Xandir – bic-cerpersin taghha nnominat mill-Gvern.
F’demokrazija b’sahhitha, ikollok tradizzjoni gurnalistika b’sahhitha fejn il-gurnalisti ewlenin jikxfu l-ghawar tal-awtoritajiet. F’Malta bil-maq-lub. Hafna gurnalisti huma obbligati lejn il-gvern ghax dan jappuntahom fuq bordijiet ‘l hawn u ‘l hinn. U huma iktar propensi jsawwtu lill-Oppozizzjoni milli lill-Gvern! Jew li jservu ta’ magna tal-ikkapuljat meta xi hadd b’awtorità jkun irid jidhan lil xi vuci dissidenti, billi jzeffnulha fin-nofs anke membri tal-familja taghha li ma jkollhom x’jaqsmu xejn, jew li jissuggerulu jmur ghand psikjatra.
Fost dawn il-bravi gurnalisti, jekk tista’ ssejjhilhom hekk, hemm dawk li kontinwament inisslu l-idea li bhall-PN ma hemmx. Hadd m’hu kapaci jmexxi ghajrhom.
Anke jekk l-esperjenza turi kemm huma inkapaci u korrotti. Anke jekk l-esperjenza turi li huma dizonesti, bhal meta hbew iz-zieda fenomenali tas-salarji taghhom fi zmien meta l-poplu beda jduq l-ghaks.
Dawn huma l-qassisin il-godda, li minn fuq il-pulpti foloz taghhom jippontifikaw verzjoni lajka tal-famuza pretenzjoni religjuza ta’ extra Ecclesiam nulla salus: m’hemmx salvazzjoni barra mill-Knisja.
B’hekk joholqu sens ta’ rassenjazzjoni fost in-nies, biex dawn ma jithajjrux li b’xi mod jibdew jistaqsu dwar l-operat pessmu ta’ min suppost imexxina.
U serrah rasek ukoll mill-Qrati, ghax dawn tarka tac-cittadin. Mhux hekk tghid il-Kostituzzjoni? Issa tkunx ardit u tistaqsi kif allura l-maggor parti tal-appelli mill-Qorti Kostituzzjonali taghna quddiem il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Ewropa jinqatghu kontra l-Gvern! Huwa minnu li mhallef ma jistax jitnehha mill-Gvern, imma huwa l-Gvern li jappuntah. U nieqaf hawn.
U l-elezzjonijiet? Kellna zminijiet meta dawn iccappsu bit-theddida tad-dnub il-mejjet. Dawn huma l-ikbar dahka fil-wicc. Issa li d-dnub il-mejjet miet tassew, beda jkollna voti mixtrijin bit-tqassim tar-refrigerators! U ilna kwart ta’ seklu taht l-istess regim!
Id-demokrazija f’Malta hija biss deluzjoni, cjoe’ twemmin falz mizmum b’konvinzjoni assoluta minkejja xhieda li tipprova bla ebda dubbju l-kontra.

| < Prev | Next > |
|---|






