Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tinghata l-ahhar tislima lil Duncan Zammit

E-mail Print PDF
Share

claire_l-armla_ta_duncan_zammit_flimkien_mal-mama_taghha_jessie_xuerebIl-qtil doppju ta’ Falcon House Tas-Sliema

 

“F’dan il-mumenti ghandna nkunu solidali mall-familji tal-vittmi ” - Fr.Charles Tabone

 

Il-bierah filghodu, fil-Knisja ta’ Gesù Nazzarenu f’Tas-Sliema, nghatat l-ahhar tislima lil Duncan Zammit, wiehed mill-mejta fil-qtil doppju li sehh nhar l-ewwel tas-sena f’Falcon House tas-Sliema, wara li nhar l-Erbgha li ghadda sar il-funeral tal-vittma l-iehor Nicholas Gera.

Waqt il-quddiesa tal-funeral ta’ Zammit, Fr. Charles Tabone appella biex f’dan il-mument hekk difficli, kulhadd ghandu jkun solidali maz-zewg familji li ntlaqtu f’din it-tragedja.

 

Fil-prezenza tal-mara ta’ Duncan, Claire Zammit Xuereb, kif ukoll iz-zewg uliedha tewmin ta’ tliet xhur, Jack u Millie, l-koncelebrant sahaq li minn issa ‘l quddiem, l-aktar haga importanti hija l-mahfra ghax b’hekk biss nistghu nkomplu nghixu.

 

Fr. Tabone qal li flok nispekulaw dwar x’seta’ gara dakinhar, l-ahjar haga hija li niffukaw fuq iz-zewg familji li bhalissa ghaddejin minn tbatija kbira u ghandna nkunu solidali maghhom u naqsmu maghhom dan il-mument ta’ dwejjaq.

 

Dwar Duncan Zammit, Fr. Charles Tabone qal li li Zammit kien bniedem qalbu tajba u li dejjem ghamel hiltu biex iferrah lin-nies ta’ madwaru. Qal ukoll li kien ragel ezemplari li kellu l-familja ghal qalbu hafna, specjalment liz-zewg uliedu ckejknin.

 

Fr. Tabone temm l-omelija b’appell lejn il-familja ta’ Zammit u qal li minkejja t-tbatija li ghaddejin minnha bhalissa, xorta wahda ghandhom jaghmlu hilthom biex ikomplu jghixu ghax fi kliemu, dan huwa dak li Duncan jixtieq ghalihom bhalissa.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata