Lawrence u Kate u ‘l-isparatura’ fil-Girgenti
Gerrbu l-granet u issa anki l-gimghat mill-hekk imsejjha sparatura fejn il-Palazz tal-Girgenti, ir-residenza ufficjali tas-sajf tal-Prim Ministru, anki jekk Lawrence Gonzi ddecida li jmur hemm fl-eqlel tax-xitwa.
Ghal xi raguni ma kienx il-PRO tal-Pulizija jew tal-Armata li kkomunikaw din “l-ahbar”, kif normalment isir meta jigi mwettaq xi reat jew issehh xi disgrazzja, imma l-Ufficcju tal-Prim Ministru stess, l-OPM permezz ta’ stqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Sa issa ma jidhirx li nstabu xi tracci ta’ skratac ecc li jistghu jikkorraboraw l-hekk isejjha sparatura tal-Girgenti, u aktar ma jghaddi zmien, aktar tissahhah il-probabbiltà li kull ma gara dakinhar kien li xi hadd fettillu johrog ghall-kacca tal-fenek salvagg fis-satra tal-lejla, u dan tant kien ‘il boghod minn fejn kienu reqdin Kate u Lawrence Gonzi, li dawn jonhru bil-mija kienu u jonhru bil-mija baqghu.
Imbaghad tigi l-medja Nazzjonalista u kemmxejn ma tridx tbellahielna illi kien sehh xi attentat fuq il-hajja tal-Prim Ministru?!
Wirja ta’ Bambini f’Kastilja
Daqs dawk muzewijiet u swali pubblici fil-Belt Valletta, minn tant postijiet fil-granet tal-Milied saret wirja ta’ Bambini antiki proprju f’wahda mis-swali tal-Berga ta’ Kastilja. Naturalment dan biex il-Prim Ministru Gonzi jidher tas-super devot u li hu ispirat mill-Mulej fil-hidma “qaddisa” tieghu minn gewwa Kastilja.
Issa hallik li minn gewwa Kastilja ta’ spiss isru hnizrijiet kbar li sahansitra id-deputat Nazzjonalista Franco Debono stess wasal biex qal illi dan il-Gvern huwa mdawwar b’xibka ta’ hazen (evil). Dan apparti li certi decizjonijiet li jittiehdu mill-Kabinett Nazzjonalista, bhal meta taw lil xulxin zieda ta’ €500-€600 fil-gimgha, filwaqt li l-haddiema u l-pensjonanti nghataw loqma ta’ €1.16 fil-gimgha, qajla kienu ispirati mit-twemmin fil-Bambin.
Il-prediletta u protetta tal-PN Gonzi
Daphne Caruana Galizia, il-protegè tal-Prim Ministru Gonzi, dik li ma tiddejjaqx toghdos fil-hama u fid-drenagg biex minn ghaliha tfendi favur il-kawza Nazzjonalista, kellha l-wicc tinvoka s-sentimenti tal-familjari tal-vittmi tal-omicidju doppju ta’ Falcon House, meta dehru xi rapporti fil-media li mxew fuq pista pjuttost skabruza fit-tfittxija ghal mottiv ta’ dan id-delitt.
Il-vera kaz tal-ispizjar milli jkollu jaghtik, jew biex inkunu ghidnieha la Bormliza, il-qahba milli jkollha taghtik. U wara kollox ftit li xejn hemm differenza bejn spizjar u qahba f’dan il-kaz, hlief li tat-tieni hija eqdem minn tal-ewwel bhala professjoni.
Ara din il-protetta ta’ Gonzi ghandha wicca joqghod izjed minn ta’ spizjar u qahba f’daqqa, biex qed tippretendi li media tiskott kompletament dwar dan il-kaz ta’ Falcon House wara li hi ilha ghomorha u zmienha toffendi u tkisser lil dak u lill-iehor bil-membri tal-familja taghhom, uhud minnhom li m’ghadhomx maghna, u avolja dawn ma jkunux fil-hajja pubblika.
L-ahhar gimmick ta’ Gonzi
Nhar il-Gimgha li ghadda kienet gurnata movimentata mhux ftit f’dawk li huma ahbarijiet, wara granet shah bl-ahbarijiet iddominati bl-omicidju doppju ta’ Falcon House.
L-ahbar tal-hatra ta’ Kardinal Malti, it-tieni wiehed f’zewg millenji ta’ storja tal-Knisja Kattolika f’Malta, habtitha sew mal-ahbar tal-hatra ta’ tlett ministri godda; ‘godda’ sa certu punt ghax it-tlieta li huma qabel kienu junior ministers. Dawn il-hatriet gabu maghhom reazzjoni qawwija min-naha ta’ Franco Debono, li fost affarijiet ohra qal illi din kienet “reshuffle” tal-klikka dominanti li gabet il-pajjiz f’oligarkija flok demokrazija.
Barra minhekk nhar il-Gimgha thabbar ukoll illi l-Prim Ministru Gonzi issa ddecida li jirtira z-zieda ta’ €500 fil-gimgha li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari kienu taw inkiss inkiss lil xulxin fl-2008.
Skont Dr. Gonzi, emmen jekk trid, din iz-zieda issa giet irtirata biex jinghata ezempju tajjeb, hekk kif il-Gvern suppost imbarka fuq ezercizzju ta’ tnaqqis fl-ispiza tieghu wara dak id-dejn biljunarju li dahhalna fih.
Dan m’hu xejn hlief tentattiv iddisprat mehud fi stat ta’ paniku, fejn Gonzi u shabu qeghdin jaghmlu u-turn monumentali dwar kwistjoni mill-aktar tahraq u li harqet lil hafna u hafna nies.
Tard wisq fil-gurnata Gonzi u shabu bhal donnhom stenbhu li din taz-zieda tal-onorarja kienet falza stikka mill-kbar nett li tista’ tiswielhom l-elezzjoni u kien jaqbilhom jekk jaghmlu din l-ispeci ta’ gimmick fejn irruftaw iz-zieda ghal ftit xhur.

| < Prev | Next > |
|---|






