Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ghaqal fit-tmexxija

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoIl-poplu taghna jixraqlu tmexxija ghaqlija. Tmexxija li tpoggi fuq quddiem l-interessi tal-familji Maltin u Ghawdxin. Tmexxija li taghraf taghmel l-ahjar ghazliet biex dan il-poplu jinghata l-ahjar. Tmexxija li taccerta li l-poplu taghna jimxi ’l quddiem. L-ghaqal fit-tmexxija jaghti stabbiltà u l-ahjar kundizzjonijiet biex pajjizna jirnexxi.

 

Biex pajjizna jirnexxi, jehtieg li min imexx jkun xprun ghal tkabbir ekonomiku. L-emfasi tkun biex jinholoq xoghol ta’ kwalità, xoghol li joffri l-ahjar kundizzjonijiet. Dan biss jaccerta li jinholoq il-gid f’pajjizna.

Fi zmien tal-lum, meta ninsabu ghaddejjin min ta’ taqlib u l-kundizzjonijiet ta’ madwarna qed jinbidlu minn mument ghall-iehor, l-ghaqal fit-tmexxija jitlob li min imexxi ikollu vizjoni kif jista’ jwiegeb ghal dan it-tibdil bl-ahjar mod.

Jehtieg li ghalhekk ngharrfu u nifhmu dak li ghaddej madwarna, izda biex nirnexxu irridu nwiegbu ghal dak li qieghed isehh illum kif wkoll dak li se joffru l-futur b’mod innovattiv.

 

Ma nistghux nibqghu nahsbu li dawk li kienu s-soluzzjonijiet tal-bierah jistghu ikunu s-soluzzjonijiet tal-lum u ta’ ghada.

Flimkien mat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjizna, jehtieg li nsahhu t-thaddim tal-gustizzja socjali. L-ghaqal fit-tmexxija jehtieg li t-tkabbir ekonomiku ma jkunx ghan fih innifsu, izda mezz li bih insostnu t-thaddim tal-gustizzja socjali fl-ahjar interess ta’ pajjizna.

Pajjizna llum ghandu tmexxija li ma kienetx ghaqlija u li llum qed inhallsu l-prezz gholi ta’ nuqqas ta’ ghaqal.

Min ma kienx ghaqli se jkun halla warajh kont li jehtieg tmexxija bil-ghaqal biex dan jithallas minghajr mal-poplu taghna jigi mcahhad minn opportunitajiet jew milli jigi mgieghel inaqqas il-kwalità tal-hajja tieghu.

Illum ninsabu fi zmien li fih pajjizna huwa mifni bl-incertezza. Incertezza li tohnoq kull possibilità li pajjizna jinghata dak li jixraqlu u dak li tant jehtieg.

L-incertezza tgerrex l-opportunitajiet biex noholqu l-gid. L-incertezza ma tippermettix li nwettqu dak li huwa mehtieg biex ghada uliedna jkollhom dak li jixirqilhom. L-incertezza tkisser it-tama li l-poplu qed ifittex.

Pajjizna ma jistax jibqa’ fis-sitwazzjoni attwali. Ma jistax jibqa’ mifni bl-incertezza li qed tinholoq minn min qieghed imexxi. Min imexxi irid jaghti direzzjoni u juri bic-car ‘il fejn sejrin u mhux mifni bi problemi interni. Min imexxi jehtieg li jkun iffukat fuq il-htigijiet ta’ pajjizna u mhux mitluf jara kif itawwal iz-zmien izomm il-poter.

Illum min jinsab fil-gvern ma jistax jaghti d-direzzjoni li hija mehtiega lil pajjizna. M’ghandux l-energija biex joffri soluzzjonijiet ghal dak li qed niffaccjaw u dak li rridu niffaccjaw fiz-zmien li gej. Jekk gvern ma jistax jaghti direzzjoni, zmien dak il-gvern ikun spicca.

Min jigi fdat bit-tmexxija ta’ pajjizna irid jinvesti l-energija kollha tieghu fl-interess ta’ pajjizna u mhux ikun mitluf fil-problemi interni. Pajjizna ilu jitlef minhabba gvern li ilu jara kif jghix minn krizi ghal ohra.

Gvern li aktar hares lejh innifsu aktar milli ra kif jaghti l-ahjar ghal lum filwaqt li jhejji dak li huwa mehtieg ghal gejjieni. Dan m’huwiex ghaqal.

Pajjizna jixraqlu ferm ahjar minn hekk. Il-poplu taghna jixraqlu tmexxija ghaqlija li verament tpoggi fuq quddiem l-interessi tal-familji.

Nemmnu bi shih li pajjizna jehtieg ghaqal fit-tmexxija. Jehtieg bidla fid-direzzjoni li qed jinghata llum. Dan huwa li se nkunu qed niddiskutu u nfissru fil-jiem li gejjin matul il-Konferenza Generali tal-Partit Laburista.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata