Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Gvern ta’ Gonzi fix-xifer

E-mail Print PDF
Share

x610-11Ghalkemm Lawrence Gonzi rrifjuta li jsejjah b’urgenza l-Parlament il-gimgha d-diehla biex permezz ta’ vot ta’ fiducja jkun maghruf jekk ghadx ghandu l-appogg tal-maggoranza fil-Parlament, hija biss kwistjoni ta’ zmien, gimghat jekk mhux jiem, meta jerga’ ladarba jerga’ jiltaqa’ l-Parlament, li Lawrence Gonzi jkollu jiffaccja r-realtà cara u tonda li m’ghadux igawdi l-fiducja tal-maggoranza tad-deputati fil-Parlament, rekwizit essenzjali biex il-gvern tieghu jkun jista’ jibqa’ jiffunzjona.

Id-Deputat Nazzjonalista Franco Debono f’dawn l-ahhar sighat ghamilha cara ghal aktar minn darba li jrid lil Lawrence Gonzi jirrizenja minn Prim Ministru, u jekk mhux se jaghmel dan, huwa kien se jirtira l-appogg tieghu ghall-Gvern ta’ Gonzi.

Fid-dawl ta’ dawn l-ahhar zviluppi, Lawrence Gonzi jista’ jiffaccja sitwazzjoni fejn l-agenda parlamentari tieghu, ta’ abbozzi ta’ ligijiet, estimi finanzjarji ta’ entitajiet governattivi ecc, tispicca ma tkunx approvata mill-maggoranza fil-Parlament li ma tappoggax il-gvern tieghu.

L-ebda gvern ma jista’ jtul wisq f’sitwazzjoni prekarja bhal din.

Hemm possibbiltà ohra li tista’ sehh fil-granet li gejjin biex jinqata’ dan l-impasse, din is-sitwazzjoni ta’ incertezza u instabbiltà fi hdan il-gvern tal-pajjiz. Instabbiltà pprovokata unikament mill-inkapacità fit- tmexxija ta’ Lawrence Gonzi li jzomm l-ghaqda fi hdan il-grupp parlamentari tieghu, bi Franco Debono jkun biss wiehed minn hafna sorsi ta’ dissens fi hdan l-istess grupp.

Minn fost id-deputati parlamentari stess li ma jappoggawx lill-Gvern, tista’ titressaq mozzjoni ta’ sfiducja fil-Prim Ministru Lawrence Gonzi, f’liema sitwazzjoni jkun jista’ jigi kkonstatat formalment li huwa m’ghadux igawdi l-appogg tal-maggoranza tad-deputati fil-Parlament.

Fil-kaz ta’ mozzjoni ta’ sfiducja, il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ma jkunx jista’ jsalva bil-casting vote tal-Ispeaker, u f’kaz li l-maggoranza tad-deputati fil-Parlamentari jesprimu l-isfiducja fih, huwa jkun kostrett li jirrizenja.

Minkejja li nhar il-Gimgha filghaxija, waqt programm fuq TVM, Lawrence Gonzi rrifjuta li jsejjah il-Parlament b’urgenza biex permezz ta’ vot ta’ fiducja jivverifika jekk ghadux igawdi l-appogg tal-maggoranza tad-deputati, xorta wahda jista’ jiffaccja vot ta’ sfiducja fil-gvern tieghu hekk kif il-Parlament jibda jiltaqa’ regolarment wara l-vaganzi tal-Milied.

Jekk dan il-vot ta’ sfiducja jghaddi mill-Parlament u Gonzi ma jirrizenjax minn Prim Ministru fi zmien tlett ijiem jew ma jaghtix il-parir lill-President tar-Repubblika biex isejjah elezzjoni generali, il-President tar-Repubblika f’dak il-kaz ghandu l-poter li jxolji l-Parlament u jsejjah elezzjoni generali minkejja li l-Prim Ministru ma jkunx tah parir f’dan is-sens.

Mill-banda l-ohra jidher li dak li ghandu f’mohhu Franco Debono, kif hareg car mill-konferenza stampa tal-bierah, huwa li Gonzi jigi mgieghel jirrizenja minn Prim Ministru jew li jitnehha minn din il-kariga, possibbilment minghajr ma tissejjah elezzjoni qabel iz-zmien.

Franco Debono huwa konxju tal-fatt illi hekk kif tissejjah elezzjoni generali qabel iz-zmien, dan jista’ jkun ifisser it-tmiem tal-karriera parlamentari tieghu.

Il-President ta’ Malta f’kaz li Dr. Gonzi jisfa sfiducjat fil-Parlament, jista’ fit-teorija jdur fuq xi membru iehor tal-Kamra, biex jara jekk hemmx il-possibbiltà li dan jikkmanda l-appogg tal-maggoranza fil-Parlament u jifforma gdid.

Imma jekk il-Prim Ministru attwali jaghti parir lill-President ta’ Malta biex ixolji l-Parlament u jsejjah elezzjoni generali qabel iz-zmien, probbabbilment il-President f’dan il-kaz jimxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.

Kummenti (1)Add Comment
Christian Louboutin Sale
Minn Christian Louboutin SaleChristian Louboutin Sale, January 18, 2012
I stumbled throughout this in my seek for one thing regarding this. It kind of feels too complicated and extremely huge for me. Really well written article!
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata