Hekk kif nhar il-Gimgha thabbar ir-reshuffle fil-Kabinett li effettivament ma kien reshuffle xejn imma biss promozzjoni ta’ tlett junior ministers li telghu targa ghall-kariga ta’ ministru, thabbar ukoll illi giet irtirata z-zieda ta’ €500 fil-gimgha li Lawrence Gonzi u shabu kienu taw lil xulxin inkiss inkiss fl-2008.
Din iz-zieda skandaluza gabet hafna rabja fost in-nies, f’kuntest fejn mijiet ta’ eluf ta’ impjegati u pensjonanti nghataw zieda mizera ghall-gholi tal-hajja ta’ €1.16 fil-gimgha.
Konxji mill-fatt li din iz-zieda skandaluza setghet tiswa lil Gonzi u shabu hafna voti, meta prattikament nistghu ninsabu lejliet elezzjoni generali, il-Prim Ministru issa habbar id-decizjoni li tigi rtirata din iz-zieda skandaluza.
Dan bl-iskuza li l-pajjiz ghandu quddiemu sena iebsa ghal dik li hija qaghda finanzjarja dinjija.
Wara dawn is-snin kollha ta’ sparpaljar ta’ fondi pubblici u dejn pubbliku biljunarju, daqstant tard fil-gurnata Lawrence Gonzi issa jrid iggewes u jmexxi bl-ezempju tajjeb u ghalhekk irtira din iz-zieda.
Imma kemm din l-u-turn, jew daqq tal-irtirata, hija biss gimmick ta’ qabel l-elezzjoni johrog proprju minn stqarrija ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi nhar il-Gimgha, fejn jitqal iswed fuq l-abjad li l-Ministri u s-Segretarji Parlamentari qeghdin jirrinunzjaw ghall-onorarja ghas-snin 2012 u 2013. Dan ifisser li fis-sena ta’ wara, jigifieri wara l-elezzjoni, jergghu jibdew jiehduha.

| < Prev | Next > |
|---|






