Wara biss tmien gimghat li tressaq il-Bagit ghall-2012, il-gvern habbar u-turn ohra, mal-kullana twila li ghandu, li qed jirrevedi l-estimi finanzjarji ghall-2012 sabiex l-izbilanc finanzjarju jkun kif jitolbu r-regoli tal-UE, jigifieri anqas minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD).
L-aggustament li l-Gvern qed jghid li hu mehtieg jammonta ghal 0.59% tal-PGD. Jekk kemm il-darba l-Gvern ghadu jsostni it-tbassir tal-PGD li pprezenta fil-Bagit li ghadu kif gie approvat, dan ifisser li l-gvern irid jaghmel aggustament ta’ madwar €40 miljun fin-nefqa.
Bl-istess mod kif il-Prim Ministru ghamel tibdiliet fil-kabinett f’dawn il-jiem ghax kien sfurzat, f’dan il-kaz kien ukoll kostrett jirrevedi l-estimi finanzjarji li ghamel tmien gimghat ilu biss wara li l-Kummissjoni Ewropea sfiducjat l-estimi tieghu.
Qabel ma l-Kummissjoni Ewropea sfiducjat l-estimi finanzjarji tal-Gvern, il-Partit Laburista dakinhar stess li kien ipprezentat il-Bagit kien digà stqarr li l-miri tal-Gvern ghall-2012, specjalment dwar id-dhul, kienu ottimisti.
Dakinhar, bis-soltu arroganza tieghu, il-gvern kien ipprova jirredikola lill-PL, izda llum bhal fi kwistjonijiet ohrajn, fosthom il-€500 zieda fil-gimgha li hadu l-ministri, il-gvern kellu jaghmel u-turn u jaghti ragun lill-PL wara li l-Kummissjoni Ewropea qieghed jidher bic-car li qed taqbel mal-analizi li ghamel il-PL dwar l-estimi finanzjarji ghall-2012.
Apparti li l-PL kien mill-ewwel stqarr li l-miri tal-gvern ghall-2012 ma kienux realistici, kien ukoll xettiku dwar kemm dan kien se jilhaq il-miri li pogga ghall-2011.
Aktar kmieni din il-gimgha il-PL hareg stqarrija li l-miri tad-dejn ghall-2011 li pprezenta fil-Bagit li ghadda marru zmerc b’madwar 1.2% tal-PGD u b’madwar 2.5% tal-PGD jekk inqabblu mal-mira originali li kien ghamel sena ilu. Naturalment dan ikollu implikazzjonijiet serji ghad-deficit tal-Gvern. Fejn is-soltu l-Ministeru tal-Finanzi jkun pront johrog stqarrija biex jirribatti dak li jghid il-PL, din id-darba kien hemm skiet perfett u ebda cahda.
Billi c-cifri finali tal-finanzi tal-Gvern ghas-sena 2011 jigu pprezentati lejn l-ahhar ta Marzu li gej, x’aktarx il-Kummisjoni Ewropea trid terga’ tevalwa l-miri ghall-2012 billi trid f’dak iz-zmien tiehu kont tal-fatt li l-gvern falla l-miri ukoll tal-2011. Ghalhekk x’aktarx, li l-Gvern ser ikollu jiehu mizuri aktar qawwija minn 0.59% tal-PGD biex fl-2012 inizzel id-deficit ghal taht it-3% tal-PGD.
Malta wiehed minn hames pajjizi li jista’ jehel multa harxa – The Guardian
Ta’ min ifakkar li sa tmiem l-2011, Lawrence Gonzi ma kellux biss ultimatum biex jaqsam il-ministeri tal-Gustizzja u l-Intern, izda kellu ukoll ultimatum mill-Kummissjoni Ewropea biex inizzel id-deficit ghal taht it-3% tal-PGD u jnaqqas id-dejn.
Jekk il-Gvern Malti mhux se jiehu mizuri korrettivi sabiex inizzel b’mod kredibbli l-izbilanc finanzjarju ghal taht it-3% tal-PGD fl-2012 u jnaqqas id-dejn, wara li jidher li falla l-miri tal-2011, pajjizna se jibda jehel il-multi, kif indikaw ukoll sorsi mill-Kummissjoni Ewropea tal-gurnal Ingliz The Guardian, f’dawn l-ahhar jiem, fejn indika li Malta kienet wiehed minn hames pajjizi li jista’ jehel multa harxa.
Fl-istqarrija tieghu l-Gvern qed jghid li r-revizjoni fl-estimi finanzjarji ghall-2012 se jsir permezz ta’ revizjoni fin-nefqa rikorrenti li tammonta ghal 0.59% tal-PGD jew madwar €40 miljun. Skont l-informazzjoni mxandra mill-Gvern nhar il-Gimgha, minn dawn l-€40 miljun, il-Gvern se jnaqqas in-nefqa fuq pagi u overtime b’madwar €9.5 miljuni mill-istima originali. Dan ifisser li fejn sa tmien gimghat ilu l-Gvern kien qed jipprogetta li jzid in-nefqa fuq pagi u overtime bi €22 miljun, issa din trid tizdied b’madwar €13 miljun. Min din iz-zieda, hemm ftit aktar minn €8 miljuni li tirrefletti z-zieda ghall-gholi tal-hajja, li jfisser li in-nefqa fuq pagi fl-2012 se tizdied biss b’madwar €5 miljuni.
Meta wiehed ihares lejn sena ilu, fl-2011 l-ispiza fuq pagi kienet stmata li se tizdied bi €15 miljun, li minnhom €2 miljuni biss kienu dovuti ghall-kumpens tal-gholi tal-hajja, u dan minghajr ma kien hemm ziediet tal-ftehim kollettiv billi dan skada fl-2010.
Ghaldaqstant, il-mistoqsija li tqum hi x’mizuri se jiehu l-Gvern biex iz-zieda fin-nefqa fuq il-pagi, apparti dik tal-gholi tal-hajja, tizdied biss b’€5 miljuni meta fl-2011 kien stmat li din zdiedet bi €13 miljun? Dan se jfisser ukoll li l-Gvern fil-ftehim kollettiv pendenti li ghandu ghas-settur pubbliku mhux se jaghti zidiet?
Apparti n-nefqa fuq pagi, il-Gvern qal ukoll li se jirrevedi l-istima tan-nefqa fuq manutenzjoni b’madwar €4.7 miljuni. Dan se jfisser li fejn fil-Bagit li ghadda l-Gvern kien qed jahseb li jzid l-ispiza f’dan il-qasam b’anqas minn €3 miljuni, issa qed jistma li se jnaqqas in-nefqa fuq is-sena ta qabel b’madwar €2 miljuni.
Il-gvern, li jiddeletta jitlob l-Oppozizzjoni ghal mizuri konkreti, tajjeb li jaghti ezempju hu nnifsu billi b’mod konkret jghid x’tip ta’ manutenzjoni li kienet ippjanata li ssir fl-2012, issa se tigi abbandunata.
Qasam iehor fejn il-Gvern irreveda ‘l isfel in-nefqa, b’madwar €14.2 miljuni, tikkoncerna l-ispiza fuq “programmes and initiatives”, li tikkonsisti principalment f’nefqa fuq beneficci socjali, inkluzi l-pensjonijiet. Dan ifisser li filwaqt li fl-2011 il-Gvern zied in-nefqa b’€50 miljun, minkejja li l-kumpens tal-gholi tal-hajja kien biss ta’ €1.16 ghall-pensjonanti, issa fl-2012 il-Gvern qed jistma li din l-ispiza se tizdied b’€23 miljun, jew anqas minn nofs iz-zieda tas-sena l-ohra meta l-kumpens ghall-gholi tal-hajja fl-2012 huwa ta’ €4.66 fil-gimgha.
Ghal darb’ohra, il-Gvern ghandu jkun konkret u jghid liema nefqiet socjali se jnaqqas. Filwaqt li l-Gvern ftahar li bit-tnaqqis fl-income tax ghal dawk il-koppji li ghandhom it-tfal u biz-zieda fic-children’s allowance li ta fl-ahhar bagit l-familji kienu se jibbenefikaw b’madwar €13 miljun, b’din ir-revizjoni fl-infiq fuq beneficcji socjali ta’ €14.2 miljun, il-gvern se jiehu lura dak li qal li se jaghti lill-familji.
Fl-ahharnett, il-Gvern qal ukoll li se jirrevedi n-nefqa fuq il-kontribuzzjonijiet lill-entitajiet pubblici b’madwar €11.5 miljun. Fl-ahhar bagit il-Gvern kien ipprogetta li din in-nefqa kellha tizdied b’€13.5 miljun, li jfisser li issa se tizdied biss b’€2 miljuni, meta s-sena l-ohra huwa stmat li zdiedet bi €11 miljun.
Tajjeb li l-Gvern jispecifika liema huma dawk l-entitajiet pubblici li qabel kienu se jibbenefikaw minn dawn il-fondi, izda issa se jibqghu minghajrhom, u wkoll jekk fid-dawl ta’ dawn in-nuqqas ta’ fondi, dawn l-entitajiet humiex se jzidu xi tariffi, kontribuzzjonijiet jew xi hlasijiet lill-pubbliku.
Il-Gvern jehtieg li jkun aktar konkret u trasparenti mal-pubbliku dwar kif dawn ir-revizjonijiet se jaffetwaw lill-familji u n-negozji halli jkunu jistghu jaghmlu l-kontijiet taghhom sew u mhux tizdiedilhom l-incertezza.
Izda jidher li lanqas mal-Kummissjoni Ewropea ma kienet konkreta u kienet pjuttost superficjali dwar dan. Meta wiehed janalizza bir-reqqa kif il-Gvern kien qed izid l-infiq f’dawn l-oqsma fl-ahhar sena, hemm dubji serji ta’ kif se jirnexxielu jilhaq dawn il-miri riveduti. Izda minhabba t-terrimot politiku li qed jhezzez mill-gheruq lil dan il-Gvern u qed tinholoq incertezza kbira dwar kemm dan il-Gvern jista’ jwassal sa tmiem din is-sena, probabbilment il-Gvern ftit li xejn se jimpurtah li dawn il-miri, bhal dawk li ghamel tmien gimghat ilu biss, mhumiex realistici.

| < Prev | Next > |
|---|






