Normalment fiz-zmien tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, ix-xena politika lokali tikkwieta mhux hazin, l-aktar minhabba li l-Parlament jaggorna ghal Jannar wara l-vaganzi tal-Milied. Izda dan ma jistax jinghad ghall-festi li ghadhom kif ghaddew.
Dan hekk kif sa l-ahhar jum tal-2011 u anke fl-ewwel jiem tas-sena l-gdida, x-xena politika lokali baqghet iddominata minn dak li ghaddej bhalissa fi hdan il-Gvern Nazzjonalista, bil-protagonist principali jkun il-backbencher Nazzjonalista, Franco Debono.
L-inkwiet li holoq Franco Debono fi hdan il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista fil-jiem li ghaddew huwa l-ahhar minn sensiela shiha ta’ episodji li f’dawn l-ahhar xhur ghal darb’ohra kixfu fil-berah l-instabbilità li jinsab fiha l-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi.
KRISTA CARUANA tat harsa dettaljata, gurnata b’gurnata lejn kif svolgew il-fatti f’dawn l-ahhar gimghat b’rabta mall-kaz Franco Debono.
L-inkwiet ilu li beda
L-ewwel sinjali tal-instabbiltà fi hdan il-Gvern Nazzjonalista kkagunata minn Franco Debono, hargu fil-pubbliku lejn nofs Ottubru 2011.
Il-Hamis 13 ta’ Ottubru: Franco Debono ddikjara li kien qed jikkunsidra li jastjeni fil-vot dwar il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni fuq ir-riforma fit-trasport pubbliku.
Il-Hamis 3 ta’ Novembru: L-Ezekuttiv tal-PN irrakomanda lid-deputati kollha Nazzjon-alisti biex jivvotaw kontra l-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. Debono izda jiddikjara li ma kienx se jkun komplici ma’ dawk li riedu jaghmlu farsa mid-demokrazija.
Il-Gimgha, 4 ta’ Novembru: Kienet diskussa l-mozzjoni dwar ir-riforma fit-trasport pubbliku. Franco Debono astjena u l-mozzjoni m’ghadditx bil-vot tal-iSpeaker.
F’din ic-cirkostanza, l-Prim Ministru Lawrence Gonzi pprezenta mozzjoni ta’ fiducja fil-Gvern tieghu.
It-Tlieta 8 ta’ Novembru: Franco Debono fil-Parlament, ipprezenta private member’s bill bi 22 punt dwar riformi fl-oqsma tal-gustizzja u l-pulizija.
Aktar tard wara nofsinhar, fil-Parlament, ghadda l-vot ta’ fiducja fil-Gvern u Lawrence Gonzi ddikkjara li l-maggoranza tal-Gvern tieghu hija wahda stabbli.
It-Tnejn 28 ta’ Novembru: Il-Ministru tal-Gustizzja, Carm Mifsud Bonnici pprezenta abbozz ta’ ligi dwar riformi fl-oqsma tal-gustizzja u l-pulizija.
Franco Debono ddikjara li ghalih dan l-abbozz mhux accettabbli.
Il-Hamis l-1 ta’ Dicembru: Fuq l-istazzjon televiziv tal-PN, Lawrence Gonzi habbar li wara proposta ta’ Franco Debono, li fi kliemu kienet valida hafna, kien qed jikkunsidra serjament li jaqsam fi tnejn il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern.
Is-Sibt 3 ta’ Dicembru: kienu approvati l-estimi tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern. Iktar tard Debono zvela li kien ivvota favur biss, fuq il-bazi li l-Prim Ministru jwettaq dak li weghdu b’mod personali u li imbaghad habbar fuq NET TV.
Wara kwazi tlett gimghat li fihom izda ma sar xejn, il-backbencher Nazzjonalista kiser is-silenzju.
L-Erbgha 21 ta’ Dicembru, Franco Debono wissa lil Lawrence Gonzi li jekk mhux se jzomm kelmtu u sa tmiem is-sena 2011, u ma jaqsamx il-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern f’zewg Ministeri separati, ma kienx se jaghti l-appogg tieghu lill-Gvern. Id-deputat Nazzjonalista zvela wkoll li l-Prim Ministru kien weghdu li se jaghmel dan, b’mod personali waqt diskursata li kellhom fuq it-telefon lejn l-ahhar ta’ Novembru 2011.
Il-Gimgha 23 ta’ Dicembru: Franco Debono ddikjara li ma hassux komdu meta gie biex jivvota fl-estimi finanzjarji tal-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern. Min-naha tieghu, Lawrence Gonzi baqa’ b’fommu sieket dwar l-ultimatum li pogga quddiemu Franco Debono.
Is-Sibt 24 ta’ Dicembru: Lejliet il-Milied, f’intervista ma’ The Times, l-eks Segretarju Generali tal-PN, Joe Saliba qal lis-soluzzjoni ghall-instabbiltà li jinsab fiha l-Gvern Nazzjon-alista, zgur li m’hijiex li jsejjah elezzjoni generali bikrija.
L-allegazzjoni ta’ Herman Schiavone
Intant, b’rabta mall-kaz ta’ Franco Debono, fl-ahhar jiem tal-2011, inqalghet kwistjoni ohra li kompliet tohloq l-inkwiet ghall-Gvern Nazzjon-alista. Dan wara li Herman Schiavone li suppost huwa kandidat tal-PN fuq l-istess distrett ta’ Franco Debono, hareg jghid illi li kien Franco Debono li fl-elezzjoni tal-2003, kien baghat ittri anonimi kontrieh fid-djar tal-kostitwenti tieghu u li allegatament kawza taghhom kien kostrett jirtira l-kandidatura tieghu.
Franco Debono mill-ewwel cahad l-involviment tieghu fit-tqassim ta’ dawn l-ittri. Aktar tard, fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li Herman Schiavone m’huwiex kandidat tal-Partit Nazzjonalista u ghaldaqstant qal li m’ghandux jipprezenta ruhu b’dan il-mod.
Izda Herman Schiavone rritalja billi qal li avolja l-PN cahdu, hu xorta bihsiebu jkompli jhabbat il-bibien tal-kostitwenti tieghu u qal li se jkompli ghaddej bil-kampanja elettorali tieghu bhala kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Milied u l-Ewwel tas-Sena b’laqta politika
Meta kulhadd haseb li l-avvenimenti li ccirkondaw il-kwistjoni ta’ Franco Debono kienu se jikkwitaw xi ftit fl-eqqel tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, mhux talli ma kkwitawx talli komplew jizvolgu gurnata wara l-ohra.
Il-Hamis 29 ta’ Dicembru: Franco Debono habbar li mar Ruma fuq btala privata ta’ 3 ijiem.
L-ghada, l-Gimgha 30 ta’ Dicembru: Rega’ tkellem l-eks Segretarju Generali tal-PN Joe Saliba u qal li f’dawn ic-cirkostanzi, Lawrence Gonzi ghandu jaccetta t-talba ta’ Franco Debono.
Is-Sibt 31 ta’ Dicembru: Debono qal li se jestendi l-ultimatum li ta lill-Prim Ministru b’gimghatejn.
It-Tnejn 2 ta’ Jannar 2012: F’intervent fuq programm tax-xandir tal-Istat, Franco Debono sostna li se jibqa’ jzomm sod mal-pozizzjoni tieghu.
It-Tlieta 3 ta’ Jannar: Franco Debono johrog jiddisassocja ruhu minn rapport li ppubblika l-Kunsill tal-Ewropa dwar ligi dwar il-finanzjament tal-partiti f’pajjizna. Kien il-Prim Ministru Lawrence Gonzi nnifsu li s-sena li ghaddiet kien qabbad lil Franco Debono biex ihejji dan l-abbozz ta’ ligi. Izda r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa ma kienx ibbazat fuq l-abbozz li hejja Franco Debono, izda kien ibbazat fuq abbozz iehor li thejja mill-Ministeru tal-Gustizzja.
L-Erbgha 4 ta’ Jannar: Jigu zvelati d-dettalji tal-abbozz ta’ ligi li hejja Franco Debono dwar il-finanzjament tal-partiti. Fost il-proposti li jsemmi, hemm li tiddahhal sistema t’awditjar u anke l-holqien ta’ registru tal-partiti li jkun amministrat mill-Kummissjoni Elettorali.
Il-Hamis 5 ta’ Jannar: Franco Debono johrog jistaqsi jekk il-Prim Ministru hux qed jinzamm ostagg mill-klikka tan-nies ta’ madwaru. Jghid ukoll li ghadu ma sar l-ebda ftehim bejnu u bejn il-Prim Ministru dwar l-ultimatum li tah.
Il-Gimgha 6 ta’ Jannar: Fil-pajjiz tqum wahda mill-akbar maltempati politici li qatt sehhew f’dawn l-ahhar snin. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jsejjah konferenza tal-ahbarijiet fejn matulha habbar reshuffle fil-Kabinett. Jaqsam il-ministeru tal-gustizzja u l-intern fi tnejn u jahtar lil Chris Said, Mario De Marco u Jason Azzopardi fil-kariga ta’ Ministri. Franco Debono ma jissemma mkien.
Immedjata r-reazzjoni ta’ Debono li jghid li m’ghadx ghandu fiducja f’Lawrence Gonzi, u jheggu biex jirrizenja u jsejjah elezzjoni bikrija f’Marzu li gej.
Jiddikjara wkoll li mhux bihsiebu jivvota aktar favur il-Gvern ta’ Gonzi. Min-naha tieghu, l-Kap tal-Oppozizzjoni Joseph Muscat qal li nhar it-Tnejn, il-Prim Ministru ghandu jitlob vot ta’ fiducja fil-Parlament sabiex pajjizna ma jibqax f’din l-incertezza.
Izda tard filghaxija, Lawrence Gonzi wiegeb li mhux bihsiebu jitlob dan il-vot u m’ghandu l-ebda intenzjoni li jsejjah elezzjoni bikrija.
Is-Sibt 7 ta’ Jannar: F’intervista ma’ gurnal online, Franco Debono jghid li f’dawn ic-cirkostanzi, l-President tar-Repubblika huwa obbligat li jsejjah lill-Prim Ministru u jaghtih parir biex ixolji l-Parlament u jsejjah elezzjoni bikrija.
Aktar tard waqt konferenza tal-ahbarijiet fil-Parlament, Debono qal li lest li jappoggja lil kulhadd imbasta mhux lil Lawrence Gonzi. Filwaqt li rega’ sostna li Gonzi ghandu jirrizenja u ghandu jsejjah elezzjoni generali.
Is-sitwazzjoni politika qed tinbidel minn hin ghall-iehor u wiehed irid jistenna x’ser ikun il-pass li jmiss.
Huwa fatt maghruf li jekk Gonzi ser jibqa’ jinsisti li ghandu jibqa’ jmexxi, se jkun qieghed isib ma’ wiccu krizi wahda akbar minn ohra.
Dan kollu zgur li se jkompli johloq aktar incertezza u instabbiltà f’pajjizna ghad-detriment tal-andament ekonomiku kif ukoll ghal-livell tal-ghixien ta’ kull wiehed u wahda minna.

| < Prev | Next > |
|---|






