Waqt konferenza stampa msejjha lbierah f’nofsinhar, id-deputat Nazzjonalista Franco Debono sahaq li ma kienx ghadu jqis lilu nnifsu bhala parti mill-grupp parlamentari Nazzjonalista, u li zgur ma kienx se jappoggja izjed lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Debono sostna li l-Prim Ministru kellu jsejjah vot ta’ fiducja mill-iktar fis minhabba l-instabbiltà li jinsab fiha dan il-Gvern.
Debono qal li d-demokrazija f’Malta hija mhedda, hekk kif il-pajjiz qed jitmexxa minn klikka tal-istess nies li ma jerfghux responsabbiltà politika u jibqghu ggranfati mal-poter.
Debono ghamel ukoll riferiment ghall-mozzjoni tal-Partit Laburista dwar l-onorarja, u qal li wara li Gonzi vvota kontra din il-mozzjoni, issa spicca addotta dak li kien oppona.
Iddeskriva wkoll bhala “tal-misthija” il-vot finali ta’ Gonzi kontra d-divorzju u l-powerstation li tahdem b’zejt li jniggez.
Id-demokrazija mportanti iktar mill-ekonomija
“Il-bniedem ma jghix bil-hobz biss”, sahaq Franco Debono. Dan qalu waqt li kien qed jemfasizza l-importanza tad-demokrazija fil-pajjiz, li huwa jhoss li hija iktar importanti mill-ekonomija. “Rajna x’gara f’pajjizi fejn id-deomkrazija qed titnaqqar!”
Debono kompla biex ghamel riferiment ghal dak li qal Lawrence Gonzi l-Gimgha fuq programm televiziv, fejn meta mistoqsi dwar riformi mportanti kostituzzjonali, beda kull darba jdur fuq il-fabbriki.
“Tistaqsih dwar il-Kostit-uzzjoni, u hu jsemmilek il-fabbriki! Dan x’ghandu x’jaq-sam?”, staqsa Debono.
Semma diversi riformi li hemm bzonn isiru fil-qasam tal-gustizzja, fosthom dawk tad-dritt ghall-avukat waqt interrogatorju, ir-rwol doppju tal-magistrat inkwirenti u l-ligijiet rigward il-libell.
Debono jghid li Said ma kellux jaccetta l-kariga ta’ ministru
B’riferiment car ghal certu kummenti fuq l-internet, Debono qal li l-Istat huwa komplici fl-azzjonijiet tal-malafama jekk dan ma joffrix bizzejjed protezzjoni lill-vittmi u ma jbiddilx il-ligijiet favur taghhom.
“Il-Prim Ministru lili ma fdaliex riformi li kissirthom, u lanqas fdali ministeri li fallejthom”, sahaq Franco Debono. Debono kompla jghid li huwa ilu snin twal fl-politika, u li l-Prim Ministru ma jistax jinsinwa li hu (Debono) m’huwiex ippreparat bizzejjed biex ikun ministru.
Debono sahaq li huwa gie elett minkejja l-kompetizzjoni kbira li kien hemm fid-distrett tieghu, u li ha l-inizjattiva u ressaq il-proposti li qed jigu implimentati. Ghalhekk hadd ma jista’ jghid li m’huwiex ippreparat. “B’din ir-rata lanqas ta’ 70 sena mhu se nkun ippreparat!” sostna Debono.
Debono kompla billi ghamel dikjarazzjoni qawwija fil-konfont tal-eks Segretarju Parlamentari Chris Said, meta qal li dan ma messux accetta li jilhaq ministru.
Debono zvela li ezatt kif Said inghata din il-kariga, baghat messagg lil Debono biex dan jghinu fil-Minsiteru li ghadu kif ha.
“Jien ma jien il-little child ta’ hadd!”, sahaq Debono. F’mument partikolari Debono beda wkoll jimplika li Said spiss jirrikorri ghandu ghall-pariri legali.
Jissapportja lil kulhadd minbarra lil Lawrence Gonzi
“Jien l-iktar persuna leali lejn il-Partit Nazzjonalista”, sahaq Debono. Minkejja dan huwa sostna li ma kien qatt lest li jkompli jappoggja lil Lawrence Gonzi, u li kien se jappoggja lil kulhadd barra lilu.
Mistoqsi jekk riedx jilhaq Prim Ministru minflok Gonzi, bla tlaqliq Debono wiegeb fin-negattiv.
Mistoqsi minn din il-gazzetta rigward min kienu l-membri tal-klikka li kienu qed izommu ostagg lill-Prim Minstru, Debono irrifjuta li jaghti ismijiet specifici, u minflok appella lill-gurnalisti biex jinvestigaw huma min kienu dawn il-persuni.
Minkejja li ma semmiex ismijiet diretti, Debono kemm il-darba ghamel riferiment ghal certu ministri li ma jerfghux responsabbiltà tal-fjask li jkunu ghamlu bil-fondi pubblici, fosthom il-Ministru Austin Gatt u l-Ministru Carm Mifsud Bonnici.
“Ma jistax il-Prim Ministru jippretendi li se jaghzel certu ministri, imbaghad kulhadd joqghod kwiet meta jsiru l-izbalji!”
Debono kompla jghid li, minkejja li l-Prim Ministru ghandu kull diskrezzjoni biex jaghzel il-kabinett, madankollu ma jistax joqghod jaghzel biss lil min huwa habib tieghu, biex imbaghad ma’ kull gwaj idur fuq il-backbenchers biex isolvu l-problemi huma.

| < Prev | Next > |
|---|






