Aktar kmieni din il-gimgha sar maghruf li l-Gvern ser ixolji l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Minkejja li l-problemi f’dan il-kunsill ilhom xhur shah ghaddejin, kien biss issa, xahrejn qabel isiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’nofs Malta, li l-Gvern ta’ Gonzi ddecieda li dan il-kunsill ghandu jigi xolt, sabiex l-elezzjoni tieghu issir f’Marzu li gej u mhux fl-2013 kif suppost.
Fix-xhur li ghaddew, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ghadda minn mewg qawwi hekk kif il-Partit Nazzjonalista spicca biex tilef il-maggoranza li kien ihaddan f’dan il-kunsill u spicca biss bi tliet kunsilliera Nazzjonalisti minn hdax.
Dan wara li sehhew serje ta’ rizenji wahda wara l-ohra li spiccaw hattew il-fortizza li l-PN dejjem kellu f’dan il-lokal.
Is-sahha tal-PN f’Tas-Sliema, qabdet it-triq tan-nizla, l-ewwel bil-kaz ta’ Nikki Dimech, li kien kostrett jirrizenja minn sindku.
B’rabta mall-kaz ta’ Dimech, kienet irrizenjat mill-PN ukoll Sandra Camilleri. Camilleri rrizenjat wara lis-Segretarju Generali tal-PN, Pawlu Borg Olivier, kien geghla tiffirma mozzjoni ta’ sfiducja f’Nikki Dimech. Allegatament, hija kienet ukoll sfat mhedda mill-istess Borg Olivier li kien qalilha biex jew taghzel lil ommha, anzjana ta’ ‘l fuq minn 90 sena, jew lil Nikki Dimech.
Sadanittant, f’Lulju li ghadda, kien irrizenja wkoll Cyrus Engerer, Vici-Sindku ta’ Tas-Sliema. Engerer irrizenja mill-Partit Nazzjonalista wara li telaq mill-partit u nghaqad mall-Partit Laburista.
Imbaghad f’Awwissu li ghadda, kien imiss ir-rizenja ta’ Yves Bobby Calì minn rapprezentant tal-Partit Nazzjon-alista f’Tas-Sliema. Calì rrizenja wara li kien ghaddej proceduri kriminali dwar uzu hazin tal-laptop tal-kunsill.
Xahrejn wara, jigifieri f’Ottubru, rrizenja minn kunsillier tal-PN, Patrick Pace wara li kien akkuzat b’tixhim, kaz li fih hemm involut ukoll l-eks Sindku Nazzjonalista ta’ Tas-Sliema, Nikki Dimech.
Izda minkejja li l-kunsill lokali ta’ tas-Sliema, ilu xhur shah zmantellat, kien biss issa li Lawrence Gonzi ddecieda li ghandu jxoljieh. Quddiem din is-sitwazzjoni, l-kelliem ewlieni Laburista ghall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo, qal li b’din l-attitudni, Lawrence Gonzi qieghed juri kemm ghalih, il-kunsilli lokali saru biss ghodda partiggjana li jinqeda bihom ghall-iskopijiet tieghu u biex jghatti l-fallimenti tieghu.
Zied jghid li l-fatt li l-Gvern iddecieda issa li jiccaqlaq, juri kemm ghamel dan bi hsieb purament partiggjan. Dan ghaliex l-ghan ahhari tieghu huwa li jzid Tas-Sliema mal-lokalitajiet fejn se jsiru l-elezzjonijiet biex b’loghob statistiku izid ic-cans li jirbah l-elezzjonijiet tal-kunsilli f’ Marzu li gej.
Din mhux l-ewwel darba li Gonzi laghab dan it-tip ta’ loghob. Kulhadd ghadu jiftakar kif qabel l-elezzjoni generali li ghaddiet, il-Partit ta' Gonzi irtira kandidati fuq iz-Zejtun u l-Marsa biex ic-cittadini f’dawn iz-zewg lokalitajiet ma jkunux jistghu jivvutaw.
Stefan Buontempo zied jghid li l-Partit Laburista ma jilghabx bis-sistema demokratika.
“Tant kemm jirrispetta r-rieda tas-Slimizi li anki meta l-Partit ta' Gonzi kisser il-maggoranza tieghu stess, il-PL halla lis-Sindku tal-Partit ta' Gonzi tkompli tmexxi”, temm jghid Buontempo.

| < Prev | Next > |
|---|






