Isem pajjizna qed jerga’ jissemma hekk kif l-Agenziji ta’ Kreditu regghu xehtu ghajnejhom fuq Malta fid-dawl tal-instabbiltà ekonomika.
Fl-ahhar sighat, l-agenziji ta’ kreditu bdew isegwu aktar mill-qrib l-izviluppi li ghaddejjin f’pajjizna, hekk kif jezistu dubji dwar il-kredibbiltà tal-miri ekonomici li habbar il-Gvern fil-Bagit.
Kien il-Mexxej Laburista Joseph Muscat li nhar il-Gimgha zvela kif il-Kummissjoni Ewropea digà nfurmat lill-Gvern Malti biex jirrevedi c-cifri u l-miri pprezentati fil-Bagit ghal din is-sena, izda l-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qed izomm kollox mistur.
Kien biss wara d-dikjarazzjoni tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat, li Lawrence Gonzi semma t-twissija tal-Kummissjoni Ewropea, waqt programm il-Gimgha filghaxija.
Kelliem ghall-Kummissarju Ewropew Olli Rehn ikkonferma li l-Kummissjoni Ewropea talbet kjarifika mill-Gvern Malti dwar il-kredibbiltà tal-estimi tad-dhul u l-hrug imhabbra fil-Bagit. Dan hekk kif il-Kummissjoni ghandha dubji dwar kemm il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jista’ jzomm ma’ dawn il-miri, bil-ghan li jzomm id-deficit taht it-3%.
Il-kelliem ghall-Kummissarju Rehn zied jghid li l-Kummissjoni Ewropea trid tkun zgura mill-istatistika tal-Gvern, biex ma jkollhiex ghalfejn tiehu passi ikbar kontra Malta.
Il-kriterju tad-deficit fil-pajjizi taz-Zona Ewro huwa ta’ 3% tal-Prodott Gross Domestiku, u pajjiz li jfalli dawn il-kriterji jista’ jiffaccja konsegwenzi kbar, fosthom sanzjonijiet.
Malta hija wiehed minn hames pajjizi mwissija mill-Kummissarju ghall-Affarijiet Ekonomici Olli Rehn, hekk kif maghna hemm il-Belgju, Cipru, l-Ungerija u l-Polonja. L-istess kelliem ghall-Kummissjoni zied jghid li ghadha ma ttiehditx decizjoni dwar x’passi ser jittiehdu fil-konfront tal-hames pajjizi, izda qal li d-decizjoni se tittiehed fil-jiem li gejjin.
Fid-dawl ta’ dawn id-dubji godda fuq l-istat tal-ekonomija ta’ pajjizna, l-Agenziji ta’ Kreditu qeghdin isegwu l-ahhar zviluppi mill-qrib, sabiex jaghtu l-gudizzju taghhom fuq kif qed titmexxa l-ekonomija ta’ Malta.

| < Prev | Next > |
|---|






