Waqt il-programm Dissett, li lbierah iddiskuta l-kwistjoni ta’ Franco Debono, l-Prim Ministru Lawrence Gonzi qal li f’dan il-punt, din il-kwistjoni ser tittiehed fuq livell ta’ partit sabiex tkun diskussa hemmhekk.
Lawrence Gonzi qal dan meta kien mistoqsi mill-gurnalist Reno Bugeja xi zviluppi ghandna nistennew minn issa ‘l quddiem rigward din il-kwistjoni, la darba qieghed jirrifjuta li jirrizenja minn Prim Ministru jew li jxolji l-Parlament u jsejjah elezzjoni generali bikrija. Izda Lawrence Gonzi ftit li xejn ippreciza dwar x’tip ta’ soluzzjoni tista’ tinstab ghal din il-problema fi hdan il-Partit Nazzjonalista.
Matul l-istess programm, Gonzi kompla jsostni li mhux fl-interess tal-pajjiz li jxolji l-Parlament u jsejjah elezzjoni ghax fi kliemu, pajjizna jehtieg li jipprepara ruhu ghall-krizijiet kbar li se jhabbat wiccu maghhom fix-xhur li gejjin.
Huwa qal li ghalih l-attitudni ta’ Franco Debono hija inaccettabli u sahaq li huwa Debono li qed johloq l-incertezza fil-pajjiz u mhux hu.
Sadanittant, f’intervista li xxandret waqt l-istess programm, l-ekonomista Lino Spiteri qal li pajjizna ma jistax jippersisti fil-qaghda li jinsab fiha u sostna li din l-instabbiltà li nholqot se tkun qed tikkaguna hsara kbira lil pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|






