Il-qasam tax-xoghol f’Ghawdex
Ftit tal-gimghat l-Ministru ghal Ghawdex Giovanna Debono fil-Parlament qalet li kienu zdiedu dawk li jahdmu bi qliegh f’Ghawdex. Hija kkwotat cifri minn Gunju 2003 u qabblithom ma’ dawk ta’ Gunju 2011, filwaqt li sahqet li “dawk li jahdmu bi qliegh f’Ghawdex zdiedu b’aktar minn 600”.
Izda minn stharrig ta’ din il-gazzetta, jirrizulta li dawn ic-cifri gew ipprezentati b’mod zbaljat, bl-informazzjoni li nghatat tkun skorretta u li tista’ tqarraq.
Skont ic-cifri tal-Ministru, f’Gunju 2003 kien hemm 8,445 jahdmu bi qliegh f’Ghawdex, u dawn telghu ghal 9,174 sa Gunju ta’ din is-sena.
Hija ziedet tghid li dan kien ifisser zieda minn 38.8% ghal 45.4% ta’ dawk li jahdmu bi qliegh. Meta rrapporta dan id-diskors, il-gurnal Times of Malta ghalhekk iddecieda li johrog id-differenza minn dawn iz-zewg percentwali u qal li l-haddiema f’Ghawdex kienu zdiedu b’iktar minn 7%.
Madankollu, meta din il-gazzetta talbet lill-Ministeru ghal Ghawdex jikkjarifika jekk din iz-zieda ta’ 7% kienetx tfisser zieda fl-impjiegi gewwa Ghawdex jew inkella zieda fir-residenti Ghawdxin li jahdmu, kelliema ghall-Ministeru wiegbet li dan il-percentwal kien gie kkalkulat hazin, u li wiehed m’ghandux iqabbel il-GOP (Gainfully Occupied Persons) tal-2003 ma’ dak tal-2011, ghax it-total kien differenti.
Izda l-Ministeru ghal Ghawdex baqa’ qatt ma kkorega dan ir-rapport tat-Times. Iktar minn hekk, baqghet ma saritx kjarifika dwar x’kienet qed tirraprezenta ezattament din iz-zieda.
Mistoqsi minn fejn ingabru dawn ic-cifri, il-Ministeru ghal Ghawdex wiegeb li kien u ttiehdu minn rapport tal-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
Izda minkejja li fittixna qatigh, ir-rapport li jqabbel il-GOP tal-2011 ma’ tal-2003 ma deher imkien, hekk kif l-ahhar rapport tal-NSO imur lura biss sal-2009. Ghalhekk ergajna tlabna lill-Ministeru ghal Ghawdex biex jibghatilna kopja ta’ dan ir-rapport, u minn hawnhekk il-Ministeru ghal Ghawdex gharrafna li dawn ic-cifri ma kienux tal-NSO, izda li kienu ntbghatu direttament mill-ETC lill-Ministeru.
Minkejja li l-Ministeru baqa’ ma kkjarifikax jekk iz-zieda kkwotata mill-Ministru kienetx fl-impjiegi gewwa Ghawdex, jirrizulta li l-NSO, li tigbor din l-informazzjoni mill-ETC, tibbaza l-istatistika regjonali dwar il-persuni li jahdmu bi qliegh skont ir-residenza taghhom, u mhux skont il-post fejn dawn jahdmu. Dan johrog ukoll mir-rapporti tal-NSO dwar l-impjiegi: “Accordingly, the data of the private sector depend on employee residence, whereas the data of the public sector depend on employer information of location of its employees.”
Ghalhekk, filwaqt li l-Ministru Debono kkwotat dawn ic-cifri bhala zidiet f’dawk li jahdmu bi qliegh gewwa Ghawdex, fil-fatt dawn iz-zidiet huma purament ibbazati fuq ir-residenza tal-haddiema.
Dan ifisser li dawn iz-zidiet jinkludu haddiema Maltin li ghandhom indirizz Ghawdxi, kif ukoll haddiema Ghawdxin li jahdmu f’Malta, u mhux impjiegi gewwa Ghawdex, bhal ma ppruvat taghti impressjoni l-Ministru.
Anton Refalo - Kelliem Laburistaghall-Izvilupp Sostenibbli f’Ghawdex
Mitlub jikkumenta dwar dan, Dr Refalo qal illi hija xi haga tal-iskantament li minkejja li l-qasam tax-xoghol huwa daqhekk sensittiv, il-Gvern imexxih ukoll bil-politika tieghu ta’ klijentelizmu, politika li tfittex l-interess individwali flok il-gid komuni. Anki skema li suppost hija intenzjonata ghall-holqien ta’ xoghol produttiv ghal dawk li jridu jahdmu u m’ghandhomx fejn, spiccat vittma ta’ din il-politika.
Il-Gvern fid-diskors tal-Bagit ftahar u qal li “aktar minn 150 intrapriza li flimkien jimpjegaw aktar minn 450 haddiem Ghawdxi bbenefikaw mill-Employment Aid Programme”
Taht din l-iskema, min ihaddem jista’ jimpjega nies mieghu anke jekk ma jkunux jirregistraw ghax-xoghol u jircievi nofs il-paga u nofs il-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Socjali ghall kull haddiem ghall-ewwel 52 gimgha tal-impjieg.
L-Employment Aid Programme giet miftuha fi Frar tal-2009 u minn dakinhar ‘l hawn min ihaddem permezz ta’ dan il-programm ghandu l-opportunità li jew ihaddem lil xi hadd li jkun digà identifika hu, jew inkella jiftah vacancy mal-ETC.
Dr. Refalo sostna li din is-sistema holqot toqob mhux minn fejn jghaddu l-grieden tal-imramma, imma ukoll xi far kbir. Il-Ministeru ghal Ghawdex hataf l-opportunità u sar employment agency politiku biex ikun jista’ jidentifika min jista’ jidhol jahdem taht l-iskema.
X’gara? F’Ghawdex, fl-2009 u fl-2010, 451 persuna gew ingaggati permezz ta’ dan il-programm u hadd minnhom ma kien qed jirregistra, u kollha gew identifikati.
Nistghu nghidu li anki din is-sena hekk ukoll gara. Tant hu hekk li f’Ottubru 2010 fGhawdex kien hemm 638 jirregistraw ghax-xoghol. F’Ottubru ta’ din is-sena, dawn zdiedu ghal 651.
Skont Anton Refalo, minkejja l-ftahir tal-Gvern li 450 ruh gew impjegati f’Ghawdex mill-2009 ‘l hawn, in-nies jirregistraw ghax-xoghol fl-istess perijodu flok naqas zdied.
Is-sens komun jghidlek – u aktar u aktar jekk tkun taf x’qed jigri f’Ghawdex taht il-Ministru Debono,li bosta minn dawn il-haddiema bdew jahdmu mhux ghax instabilhom xi xoghol produttiv izda biex huma jew minn ihaddimhom idahhlu minghand il-Gvern nofs il-paga li jiddikjaraw li qalghu.
Fil-fatt fl-2009, fl-ewwel sena ta’ din l-iskema, ghax sallum dik biss hija s-sena shiha li wiehed jista’ jiccekkja billi l-iskema hija ghal sena, mill-126 persuna f’Ghawdex li kienu impjegati taht din l-iskema, 55% biss minnhom kienu ghadhom jahdmu mal-istess imghallem 3 xhur wara li ghalqet is-sena shiha.
Sadanittant min kien jirregistra baqa’ jirregistra, temm jghid l-Avukat Refalo.

| < Prev | Next > |
|---|






