Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Latrina pubblika ma’ wicc ir-residenti

E-mail Print PDF
Share

img_1279Bhalissa fi Triq ix-Xambekk, f’Bahar ic-Caghaq, ghaddej progett ta’ tisbih fejn qed isir gnien pubbliku f’zona li qabel kienet ghalqa.

 

L-idea li jsir dan il-progett, kienet ilha mistennija mir-residenti ta’ din iz-zona ghal dawn l-ahhar tletin sena, hekk kif l-art li fuqha qed isir dan il-progett, kienet mitluqa u dilapidata u ghalhekk progett bhal dan kien bzonnjuz hafna biex iz-zona tissebbah.

Izda ghalkemm dan il-progett issa jinsab fi stadju avvanzat hafna, tant li mistenni jitlesta fil-jiem li gejjin, residenti li joqghodu quddiem dan il-gnien pubbliku lmentaw maghna dwar il-latrina li saret fl-istess gnien u li litteralment ghattitilhom il-veduta kollha tal-gnien.

Kif jixhed anke r-ritratt, il-latrina tinsab vicin hafna tad-djar tan-nies u apparti l-inkonvenjent li din iggib maghha, l-aktar haga li qed tinkwieta lir-residenti hija li din il-latrina qed tkerrah l-ambjent u hassret il-veduta sabiha li kellu joffri dan il-gnien pubbliku lir-residenti ta’ din it-triq.

 

Resident li tkellem maghna esprima d-dizappunt tieghu ghall-fatt li minkejja li haseb li dan il-progett kien effettivament ser izid il-valur tal-proprjetà tieghu, fir-realtà gara bil-kontra minhabba l-mod kif inbniet din il-latrina pubblika.

 

Jirrizulta li f’Mejju tal-2011, il-Ministeru ta’ George Pullicino li qieghed jiehu hsieb dan il-progett, kien baghat ittra lir-residenti kollha tat-triq, fejn fiha ftahar dwar il-progett li kien ser isir.

 

Mal-ittra, li kienet iffirmata mill-Ministru Pullicino nnifsu, kien baghtilhom ukoll il-pjanta ta’ kif kellu jigi dan il-gnien pubbliku.

Skont il-pjanti originali, l-latrina pubblika, kellha ssir f’zona ohra, izda huwa mifhum li l-pjan kellu jinbidel minhabba li xi residenti ohra oggezzjonaw li jkollhom latrina quddiem id-dar taghhom.

 

Ir-residenti qed jghidu li minkejja li kellmu lill-Perit li qed tiehu hsieb dan il-progett u wasslu l-ilment taghhom anke lill-membri tal-kumitat amministrattiv ta’ Bahar ic-Caghaq (liema lokalità taqa’ taht il-kunsill lokali tan-Naxxar), l-affarijiet baqghu ma trangawx u l-latrina saret xorta wahda, ftit piedi ‘l boghod mid-djar tan-nies.

 

Residenti li tkellmu maghna qalu li l-problema kollha li nholqot irrizultat mill-fatt li qabel ma kienx hemm pjanar bizzejjed, hekk kif il-latrina setghet saret taht iz-zuntier tal-Knisja u b’hekk ma kinitx tkun t’inkonvenjent ghar-residenti li issa flok veduta ta’ gnien se jkollhom ma’ wicchom latrina pubblika bl-inkonvenjenzi kollha li din se ggib maghha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata