Jekk l-elezzjoni generali ssirx minn hawn u ftit tal-gimghat ohra jew inkella f’waqtha, jigifieri sena u xahrejn ohra, li hu zgur hu li l-manuvri tal-Partit Nazzjonalista biex jagevola lilu nnifsu u jirkeb fuq kull karru possibli, ilhom hafna li bdew u aktar ma jghaddi zmien, dawn it-tattici mahmuga qed ikomplu jizdiedu.
Karru ewlieni li l-Partit Nazzjonalista qed ikompli jirkeb fuqu biex jagevola lilu nnifsu u n-nies ta’ madwaru, huwa x-xandir tal-Istat. Dan huwa ezempju carissimu ta’ kemm f’pajjizna, ma tezisti l-ebda distinzjoni bejn Gvern u Partit Nazzjonalista.
Ix-xandir tal-Istat li suppost li huwa vuci newtrali u li ghandu ir-rwol ewlieni li jinforma u jeduka lill-pubbliku Malti u Ghawdxi kollu, ghaliex finalment huwa
ffinanzjat mit-taxxi tal-poplu, qed ikompli jinbidel f’NET TV 2.
Il-process biex il-PBS jinbidel f’NET TV 2 ilu ftit li beda u ha spinta kbira meta karigi importanti fi hdan ix-xandir tal-Istat, imtlew minn persuni li jew hadmu direttament mall-PN jew inkella ma ddejqu qatt juru s-simpatija taghhom lejn il-Partit Nazzjonalista.
Fost is-siggijiet jaharqu li mtlew minn dawn it-tip ta’ nies, insibu dak tal-Kap Ezekuttiv, li mtela minn Anton Attard li kien imexxi l-istazzjon televiziv tal-PN kif ukoll is-siggu tal-kap tal-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS, li mtela minn Natalino Fenech, eks-gurnalist ta’ The Times, u li minn dejjem kellu simpatija kbira u ghen kemm seta’ lill-PN.

Dan apparti li nies bhal Peppi Azzopardi u Lou Bondi komplew jinghataw il-poter u s-sahha, tant li sahanistra Lou Bondi, li jippoza ta’ gurnalist investigattiv fuq kollox, mill-iskeda ta’ Ottubru li ghadda, nghata zewg programmi fil-gimgha flok wiehed.
Issa aktar ma toqrob l-elezzjoni, fil-PBS, aktar qed ikomplu jizdiedu l-ucuh Nazzjonalisti. Dan wara li fil-jiem li ghaddew thabbar li Jeremy Dalli, li huwa kunsillier Nazzjonalist kif ukoll kien jahdem ma’ NET TV, issa gie mpjegat f’kariga manigerjali fil-PBS.

Minkejja li nghata din il-kariga fil-PBS, Dalli xorta wahda baqa’ jzomm postu bhala kunsillier tal-PN fil-lokalità ta’ Hal Lija. Dan minkejja li qed ikun hafna assenti ghal-laqghat tal-Kunsill min-habba l-impenji li gab mieghu x-xoghol il-gdid tieghu.
Sadanittant, huwa mifhum li anke r-reporter ta’ NET News David Bonello, mistenni jiddahhal jahdem fil-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS. B’hekk fil-kamra tal-ahbarijiet tal-PBS, issa se tkompli tizdied il-maggoranza tar-reporters b’tendenzi Nazzjonalisti. Fosthom insemmu lil Sergio Mallia li huwa eks-impjegat fil-Ministeru ta’ George Pullicino, Keith Demicoli, eks-reporter ta’ NET News, Ian Gatt, li wkoll kien eks-reporter ta’ NET News u anke Antonia Micallef li wkoll kienet reporter mall-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista.

Maghhom ma nistghux ninsew nies bhall-eks President tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN, Pierre Portelli li ghandu f’idejh il-breakfast show tal-PBS kull filghodu kif ukoll il-prezentatur Ronald Briffa, li kien jipprezenta programmi fuq Radio 101 u NET TV u kien anke l-wicc sinonimu mall-attivitajiet tal-massa tal-PN.
Intant quddiem is-sitwazzjoni sfaccata li qed tizvolgi fi hdan il-PBS, il-kelliemi Laburista ghall-media, Gino Cauchi qal li huwa ta’ thassib serju u kbir il-mod sfaccat li bih GonziPN qed jaghmel ix-xandir tal-istat parti integrali mill-magna ta’ propaganda tieghu.
Cauchi qal li dan l-atteggjament zgur li mhuwiex wiehed li qed jawgura tajjeb ghall-fini ta’ bilanc u imparzjalità fil-qasam tax-xandir pubbliku, u qed ikompli jhedded dan l-element importanti hafna ghad-demokrazija tal-pajjiz.

| < Prev | Next > |
|---|






