Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Nemmen fil-vizjoni ta’ Joseph Muscat li Malta tkun l-aqwa fl-Ewropa” - Dr Konrad Mizzi

E-mail Print PDF
Share

konrad_conferenceKONRAD MIZZI ghandu 34 sena u huwa minn Rahal Gdid. Bhalissa qed jokkupa l-kariga ta’ Direttur ghall-Energija u l-Infrastruttura ma’ kumpannija internazzjonali. Mizzi huwa kandidat gdid ghall-elezzjoni generali li jmiss f’isem il-Partit Laburista.

RITIANNE AGIUS tkellmet ma’ Konrad Mizzi biex issir taf iktar dwaru u dwar il-mod li bih l-esperjenzi tieghu ghandhom ikunu ta’ siwi fil-kamp politiku.

Min huwa Konrad Mizzi fi ftit kliem?

 

Ghandi 34 sena u jien minn Rahal Gdid (Tat-Tivoli). Mizzewweg lil Sai u ghandi zewgt itfal; Alex li ser jaghlaq 5 snin u Valentina li ghandha sena u nofs.

 

Tul il-karriera tieghi jiena mexxejt progetti ewlenin kemm f’Malta kif ukoll fl-Ingilterra, f’oqsma tal-gvern, tal-energija, infrastruttura, telekomunikazzjoni u promozzjoni tal-industrija.

 

Kont ggradwajt b’distinction mill-Università ta’ Nottingham fil-Masters tal-Immanigjar Strategiku, u temmejt ukoll b’success id-Dottorat li ffoka fuq l-immaniggjar ta’ bidla kumplessa fil-gvern. Kont ksibt ukoll B.Sc. mill-Università ta’ Malta u ghandi Diploma fil-Finanzi. Biex nistudja barra minn Malta kont inghatajt Chevening Scholarship mill-Ufficcju tal-Commonwealth u Affarijiet Barranin tar-Renju Unit.

 

Illum jiena delegat tal-Partit Laburista fejn nirrapprezenta r-raba’ distrett, u issa se nkun ukoll kanidat ghall-elezzjoni generali fuq l-istess distrett.

Attwalment tokkupa kariga manigerjali fil-qasam tal-energija u l-infrastruttura mal-kumpannija Pcubed. X’jinvolvi xoghlok ezattament?

 

Jiena nahdem bhala Partner u Direttur tal- Energija u Infrastruttura ghar-regjun tal-Ewropa, Lvant Nofsani u l-Afrika (EMEA) mal-kumpannija Amerikana Pcubed, li hija minn ta’ quddiem fid-dinja ghall-immaniggjar ta’ progetti kbar.

Il-klijenti tieghi jinkludu kumpanniji kbar li jipproducu u jiddistribwixxu l-elettriku, kumpanniji taz-zejt u l-gass, dipartimenti tal-gvern barra min Malta li ghandhom x’ jaqsmu mal-energija, u kumpanniji ta’ energija nadifa. Fix-xoghol tieghi jiena u t-tim li mmexxi nahdmu ma dawn il-kumpanniji biex nghinuhom jintroducu servizzi godda lill-konsumaturi taghhom, jimmodernizzaw l- infrastruttra taghhom, u jdahhlu certu efficjenzi biex b’hekk jigwadanjaw aktar il-konsumaturi tas-servizzi taghom.

X’temmen li hemm bzonn isir fl-oqsma tal-energija u l-infrastruttura ta’ pajjizna biex dawn ikunu iktar sostenibbli?

Jekk wiehed ihares lejn l-infrastruttura ta’ Malta, ma hemmx dubju li s-settur tal-energija huwa l-aktar settur problematiku. Fl-2012 il-gzejjer tahna ghadhom jiddependu fuq iz-zejt biex ikun iggenerat l-elettriku. Din d-dipendenza hija inkwetanti u qed jkollha impatt qawwi hafna fuq il-konsumaturi u n-negozji taghna kif wkoll fuq sahhitna.

 

L-aktar haga li ddejjaqni hija li ilna nafu bil-problemi li ghandna f’dan is-settur ghal hafna zmien. Aghar minn hekk huwa l-fatt li l-Gvern ma hatafx l-opportunità tal-bini ta’ aktar turbini f’Delimara biex jaghti direzzjoni gdida b’uzu tal-gass ghall-generazzjoni tal-elettriku mill-bidu nett.

Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi waqa’ lura wkoll biex jilhaq il-mira Ewropea li Malta tiggenera 10% tal-energija minn sorsi alternattivi, bhal wind farms u energija mix-xemx, sal-2020. Wiehed irid issemmi li certi inizjattivi tal-Gvern bhal cable tal-elettriku bejn Malta u l-Italja huma tajbin, izda dawn il-progetti mixjin bil-mod wisq.

 

Gvern Laburista futur se jimxi ‘l quddiem f’dan is-settur billi jorganizza ruhu u jniedi programm ta’ hidma kordinata ghall-energija. Importanti li nkunu cari fuq kif se jitqassmu r-responsabbiltajiet f’dan is-settur. Jiena nahseb li wiehed irid jaghmel distinzjoni kbira bejn l-strategija u d-direzzjoni tas-settur minn dik tar-regolazzjoni. Dan irid isir billi jinholoq programm ta’ hidma u tim iddedikat li ma jkollux x’jaqsam mar-regolatur, li dan tal-ahhar jahdem mal-operatur bhal ma huwa l-Enemalta.

 

Nemmen li nistaw tassew intaffu l-pizijiet tat-tariffi tad-dawl u l-ilma min fuq il-konsumatur permezz ta’ ghazla ahjar ta’ teknologija, xiri ta’ fuel aktar efficjenti u tmexxija ahjar. Nemmen ukoll li jistghu jigu introdotti tariffi differenti li jistghu jkunu offruti ghal min ma tantx jahli, bhal pensjonanti, jew ghal min inaqqas l-uzu tal-elettriku f’certu hinijiet. Hemm bzonn ukoll li tisahhah l-Awtorità Maltija ghar-Rizorsi biex din tkun vera indipendenti u tassigura li d-drittijiet tal-konsumaturi jkunu mharsa.

 

X’karigi kont tokkupa fil-passat?

 

Qabel il-kariga prezenti jiena kelli karigi fi hdan Deloitte & Touche u kont Direttur tal-Programmi tal-British Telecom (Moorhouse) fir-Renju Unit. Fl-Ingilterra mexxejt diversi progetti ta’ tibdil, fosthom dak li wassal ghall-alleanza bejn seba’ kumpaniji tal-energija biex jitjieb is-servizz u jigu ffrankati l-flus. Hdimt ukoll ma’ mexxejja ta’ gvernijiet lokali biex titjieb il-qaghda f’inhawi li ghadhom qed jizviluppaw.

F’Malta kont inghaqadt mal-Ufficcju tal-Prim Ministru bhala konsulent dwar l-Immanigjar fejn mexxejt progetti bhal dawk ta’ public-private partnership biex tittejjeb id-dehra madwar it-toroq u r-roundabouts madwar Malta. Kont ukoll minn ta’ quddiem fit-tim li waqqaf il-Malta Enterprise u kelli l-kariga ta’ CIO tal-Enemalta.

 

B’liema mod temmen li l-esperjenzi tieghek jistghu jghinuk jekk inti jkollok sehem fit-tmexxija tal-pajjiz?

 

Nemmen li Malta jisthoqqilha infrastruttura moderna u sistema li tiggenera l-elettriku nadif b’mod efficjenti, u li ghalhekk ma tohloqx pizijiet zejda ta’ kontijiet kbar fuq il-poplu u n-negozji taghna. Nemmen li nista’ nuza l-esperjenzi ta’ tmexxija tieghi barra minn Malta biex indahhal ippjanar ahjar u bidla strutturata u dixxiplinata f’dan il-qasam.

 

L-istil tieghi huwa wiehed kollaborativ hafna u nemmen li kapaci nghaqqad kemm is-settur privat kif ukoll il-Gvern biex nassiguraw li c-cittadini jkollhom servizzi ta’ energija li jisthoqilhom. Nemmen ukoll li l-kapacitajiet tieghi jistghu jigu uzati f’setturi ohra bhal dak tal-Intrapriza ul-Investiment, ghax dan hu settur li nifhem il-htiijiet tieghu u ghandi ukoll esperjenza ta’ kif nistghu tassew nattiraw u ninkoragixxu l-investiment.

 

X’kien li hajjrek tersaq lejn il-politika, u ghalfejn ghazilt il-Partit Laburista taht it-tmexxija ta’ Joseph Muscat?

 

Jiena dejjem habbejt il-politika u haddant principji progressivi ghax nemmen li b’dawn il-principji l-gid tal-pajjiz jitgawda minn kulhadd.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Joseph Muscat stedinni biex nikkontesta l- elezzjoni generali f’isem il-Partit Laburista biex b’hekk ikompli jsahhah it-tim b’ kompetenzi li huma bzonnjuzi ghall-pajjiz u ghall-progett tal-Moviment Laburista. Jiena ilqajt din l-istedina ghax inhoss li nista’ naghti kontribut kbir lill-progett tal-PL u lil Malta. Nemmen li bil-Partit Laburista fil-Gvern il-pajjiz jista’ tassew jimxi ’l quddiem.

 

Nemmen ukoll fil-vizjoni ta’ Joseph Muscat li Malta tassew tkun l-aqwa fl- Ewropa. Jiena nemmen li b’din il-vizjoni u bl-istil miftuh ta’ tmexxija u l- kompetenzi li ghandna nassiguraw li pajjizna jkollu Gvern u tmexxija li jixirqulu.

 

Tul ix-xhur li ghaddew jiena iltqajt mal-istutturi tal-Partit kollha. Minn fuq sa isfel hemm tama kbira ghall-futur u hemm sens ta’ kuntentizza. Joseph holoq ambjent fejn it-tim kollu jista’ jaghti kontribut. Nemmen li bhala Prim Ministru futur ta’ Malta Dr Joseph Muscat tassew se jghaqqad lill-Maltin u lill-Ghawdxin u jassigura li l-ahjar snin ta’ pajjizna qeghdin quddiemna.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata