Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Felice-Dalli-Debono

E-mail Print PDF
Share

leo6X’ghandhom in komuni Mario Felice, John Dalli u Franco Debono?

 

Appena dawn xellfu difrejhom mat-tmexxija tal-PN, l-irjus il-kbar raw kif ghamlu u ppruvaw jkissruhom politikament. F’certi kazi anki personalment.

Permezz tal-qlajjiet infondanti. U billi ttolleraw lil xi whud jirrikorru ghall-assassinju tal-karattru taghhom.

Fil-kaz ta’ Mario Felice dan kien deputat parlamentari stabbilit fin-nahat ta’ Tas-Sliema u Shadow Minister effettiv hafna tal-finanzi. Espert fil-qasam tieghu. U bin wiehed mill-aktar Ministri tal-Finanzi popolari Nazzjon-alisti.

Ghalkemm fiz-zmien li kien johrog ghall-politika hadd-iehor, kien jimla hitan shah bil-posters u billboards, niftakar li dan qatt ma wahhal bicca karta mkien. Lanqas corner u mass meetings ma kien jindirizza.

Jekk niftakar sew fi tfuliti kulma kien jaghmel huwa li lejn tmiem il-kampanja kien jorganizza konferenza politika wahda. Izda meta tigi l-elezzjoni kien jitla’ sparat.

Appena darba wahda min-ghajr ma bl-ebda mod ttradixxa l-interessi jew il-valuri tal-partit tieghu, offra li jiehu ittra ta’ Mintoff lill-President Amerikan Jimmy Carter. Dan minhabba r-rabtiet tajbin li Felice kellu man-NATO u r-relazzjonijiet difficli li kien hemm bejn Gvern Laburista u l-Amerikani.

Il-PN mill-ghada ghamluh l-ghadu taghhom. U baqghu baqghu sakemm sallbuh fl-elezzjoni generali. Billi mexxew il-kelma kontrih. U bilkemm ingabar.

Meta kont Ministru tal-Finanzi, ma ddejjaqt xejn nuza s-servizzi tieghu biex nfasslu pjan dwar kif nsahhu s-servizzi finanzjarji ta’ pajjizna. U ta’ dan nibqa’ grat lejh. Ghax ma kienx ha sold wiehed.

Fil-kaz ta’ John Dalli kul-hadd jiftakar minn xhiex ghadda. U kif minkejja li kien kontestant ghal-leadership, flok ipprova jsiblu rwol importanti fl-istrutturi tal-Partit, Gonzi warrbu u malli gie c-cans salbuh u gie f’pozizzjoni li kellu jirrizenja minn ministru.

Li nista’ nizvela illum huwa li meta hadt sehem fil-programm ta’ Lou Bondi li kien ixxandar fl-istess gimgha meta John Dalli kien ‘rrizenja’ minn Ministru tal-Affarijiet Barranin, b’sorpriza kbira sibt li l-programm tant kien ikkargat kontra tieghu li bhala kelliem tal-Oppozizzjoni stajt facilment bqajt id-dar!

Fir-rigward tal-kaz Franco Debono jiena nemmen li wiehed jaqbel jew ma jaqbilx mal-pozizzjoni li ha fi hdan il-partit tieghu, mhuwiex fair li wiehed jaqa’ fil-bassezzi personali u theddid li rcieva f’dawn l-ahhar jiem.

Izjed u izjed kienu barra minn lokhom certi kummenti u blogs, kif wkoll tfesfis fil-widnejn sahansitra allegatament minn kollegi tieghu stess, intizi biex jitfghu dubju dwar is-sahha mentali tieghu.

Jidher li meta fil-bidu tas-sena il-Prim Ministru awgura li ma jkollniex politika ta’ attakki personali, kien qiegh-ed biss jinganna lill-poplu.

Ghax kif qallu Debono innifsu, b’ghemilu u bit-tolleranza tieghu, Gonzi wera li ma ghamel ebda tentattiv serju biex iwaqqaf is-sensiela bla tmiem ta’ attakki personali minn nies qrib hafna ic-crieki ewlenin tal-poter f’pajjizna.

Ghas-semplici raguni li billi dawn it-talin ma jaghmlux formalment parti mill-Gvern innifsu, GonziPN dejjem jistghu jgibu l-iskuza li dawn huma persuni li ma ghandhom ebda kontroll fuqhom.

It-taghlima minn dan kollu hija wahda semplici.

Li ghalkemm Felice, Dalli u Debono jidhru li jappartjenu ghal tliet generazzjonijiet politici differenti fi hdan il-Partit Nazzjonalista, it-trattament li rcevew huwa wiehed identiku.

Konferma ohra ta’ dak li ilna nishqu dwaru.

Li fil-PN jistghu jinbidlu l-ucuh, izda l-mentalità ta’ bosta dirigenti tibqa’ dik li dejjem kienet.

Li min jxellef difrejh mal-Partit, jispicca mfarrak politikament.

Bi hruxija liema bhala. U bla ebda hniena.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

www.leobrincat.com

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata