Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Pajjizna jinhtieglu tmexxija Laburista

E-mail Print PDF
Share

farell_gazzettiDawk li 90 sena ilu ddecidew li jwaqqfu l-Partit tal-Haddiema, ma kinux nies li waqghu mis-sema. Kienu nies li gharfu u qablu bejniethom li kien hemm il-htiega ta’ partit tal-haddiema biex il-haddiem jinghata dak li kien haqqu.

 

U x’kien haqqu l-haddiem?

Primarjament il-haddiem kien imcahhad minn hajja dicenti ghalih u ghall-familja tieghu.

Ma kellux mezzi bizzejjed biex jipprovdi ghixien xieraq ghalih innifsu, ghal martu, u ghal uliedu. Ir-ragunijiet principalment kienu tnejn. Jew ma kellux xoghol, jew inkella kien imhallas b’pagi mizeri li aktarx li kienu jwasslu biss biex hu u familtu kemm kemm jitrejjqu.

Barra minn hekk, il-hadd-iem kien sfruttat. Min ihaddmu qajla kien jimpurtah mill-kundizzjonijiet li kien jahdem fihom. Min ihaddmu, kien jistenna minghandu sighat twal ta’ xoghol, bla mistrieh ta’ xejn.

Ghax min ihaddmu, kien jippretendi li lill-haddiem kien qieghed jaghmillu pjacir billi jaghsru aktar minn lumija, biex imbaghad fl-ahhar tal-gimgha jaghtih hlas li jekk kien iservih biex hu u familtu kemm kemm jitrejqu.

Appena l-haddiem ma kienx ikun jiflah aktar ghax-xoghol, minhabba xi mard, jew ghax ikun wegga’, jew ghax ikun kiber fl-età u t-tbatijiet ikunu bdew jaghmlu taghhom, allura l-unika ghazla li kien ikun baqaghlu biex forsi hu u familtlu jkomplu jitrejjqu, kienet li jittallab.

Fi ftit kliem, il-haddiem kien stmat qisu annimal. U l-ghan ta’ dawk li nghaqdu biex iwaqqfu l-Partit tal-Haddiema kien proprju dan: Biex il-haddiem ma jibqax ikun stmat ta’ annimal.

Tul is-snin l-affarijiet inbidlu. Imma ma nbidlux wehidhom. Ma nbidlux sempliciment ghax iz-zminijiet ibiddlu l-affarijiet, kif hawn min jipprova jaghti l-impressjoni.

L-affarijiet inbidlu, ghas-semplici raguni li grazzi ghall-movimenti trejd unjonistici, u grazzi ghall-Partit tal-Haddiema, il-haddiema, bdew jinghataw dak li bi dritt huwa taghhom.

Min iqalleb il-pagni tal-istorja, u janalizza dak li gara b’mod oggettiv, bilfors li jasal ghall-konkluzjoni wahda: Il-bazi tal-progress miksub mill-haddiema tul dawn l-ahhar 90 sena kienu gvernijiet Laburisti.

Nghid hekk ghal diversi ragunijiet. Kien Gvern Lab-urista li ghamel l-edukazzjoni obbligatorja ghal kulhadd meta haddiehor kien jghid li jekk ulied il-haddiema jitghallmu jaqraw imorru l-infern.

Kien Gvern Laburista li ha hsieb li fuq il-post tax-xoghol il-haddiem ikun stmat ta’ bniedem, billi jinghata paga dicenti, billi jahdem 40 siegha fil-gimgha, bi dritt ghal-leave u s-sick leave, u tant u tant ligijiet u beneficcji ohrajn, fosthom id-dritt ghall-pensjoni meta haddiehor kien jghid li lill-anzjani taghna ma kienx jaqbel li naghtuhom pensjoni ghax dawn kienu jonfquha fl-inbid.

Qieghed infakkar dan kollu ghax kultant nahsbu li dawn huma biss affarijiet tal-imghoddi u li llum kull haddiem qieghed jinghata dak kollu li haqqu fuq platt tal-fidda.

Il-verità hija differenti minn hekk. Il-verità hija li ghad hawn min jaghmel minn kollox biex jisfrutta lill-haddiema. U sfortunatament, f’certi kazijiet, anke bl-appogg tal-gvern.

Jewwilla mhux sfruttati qeghdin ikunu dawk il-care workers li jahdmu fi djar tal-anzjani tal-gvern, u ohrajn, b’pagi mizeri ghall-ahhar?!

Jewwilla mhux mhedda qeghdin ikunu l-haddiema tal-Airmalta meta jghidulhom

li jekk biss jazzardaw jifthu halqhom biex jiggieldu ghad-drittijiet taghhom, jistghu jispiccaw biex ilkoll kemm huma jitilfu l-impjieg taghhom?!

Jewwilla mhux fil-faqar qeghdin jghixu dawk l-anzjani li bil-pensjoni mizera li ghandhom qeghdin ikollhom johorgu l-flus mill-but biex jixtru medicini li l-Gvern mhux jipprovdilhom minkejja li ghandhom dritt ghalihom?!

Nista’ nibqa’ sejjer b’din il-lista, ghax hija lista li ma tispicca qatt. Imma bizzejjed wiehed jghid li n-numru ta’ cittadini li qeghdin jghixu fil-faqar, qieghed jizdied. U qieghed jizdied ghax issa pajjizna ilu zmien twil immexxi minn dak il-partit li matul is-snin kien aktar mohhu biex ihalli lil min jisfrutta lill-haddiema, milli biex jaghtihom dak li huwa taghhom.

Biex il-faqar ma jibqax jizdied, biex il-haddiema ma jkomplux ikunu sfruttati u mhedda kif qeghdin ikunu mhedda llum, biex il-pensjonanti ma jkomplux isibu problemi biex anke jiehdu hsieb sahhithom, pajjizna jrid bidla.

Pajjizna jinhtieg tmexxija gdida. Tmexxija li thares lejn il-haddiem bhala bniedem, u allura ma thalli lil hadd jisfruttah u juzah biss bhala ghodda.

This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata