Il-Konferenza Generali Annwali ta’ din is-sena ghandha quddiemha mozzjoni ibbazata fuq tliet pilastri fit-tmexxija ta’ pajjiz – l-ghaqal, il-progress u l-istabbilità.
L-ghaqal u s-serjetà li jsarrfu fis-success tal-pajjiz u l-istabbiltà li teffetwa l-ekonomija, is-serenità fil-hajja tal-familji taghna u l-mod kif nidhru ma’ pajjizi ohra.
Ma hemmx dubju li fic-cirkostanzi li nqalghu, huwa krucjali li jigi determinat jekk il-Gvern prezenti ghadux igawdi l-maggoranza fil-Parlament. Smajna hafna dikjarazzjonijiet li kollha jindikaw li l-Gvern ta’ Gonzi PN tilef il-maggoranza tieghu u nholoq sens ta’ incertezza f’pajjizna.
U issa l-poplu taghna qed jaghmel domanda serja. X’se jsir biex nohorgu minn din l-instabbilità li ninsabu fiha? Din hija domanda krucjali li l-poplu taghna irid twegiba ghaliha. Twegiba li ma ngibuhiex mit-televizjoni, mid-dibattiti jew minn xi konferenza stampa.
It-twegiba l-poplu iridha mill-Parlament, ghaliex id-demokrazija vera titlob li titnehha din l-incertezza darba ghal dejjem. Imma l-Prim Ministru wera li din id-domanda, ghal xi raguni, ma riedx ipoggieha ghat-test u ma riedx li tigi diskussa fil-Parlament.
Dan huwa l-istess Prim Ministru li fis-seduta parlamentari tat-8 ta’ Novembru 2011 kien huwa stess, li stieden lill-Kamra tad-Deputati biex tiddikjara l-vot ta’ fiducja taghha fil-Gvern tieghu. Din it-talba kien ghamilha ghaliex kien jemmen “li l-poplu taghna jixraqlu li jkun jaf fejn qieghed mal-Gvern tieghu. Il-poplu jixraqlu li jkollu Gvern stabbli u li jista' jistrieh fuqu. Il-poplu ghandu d-dritt li jkun jaf fejn qieghed fuq din il-materja ta' interess nazzjonali.”
Dan kien id-diskors tal-Prim Ministru meta meta kien ressaq vot ta’ fiducja fil-Gvern tieghu quddiem il-Parlament wara li l-vot ta’ sfiducja fil-Ministru Austin Gatt ma kienx ghadda grazzi ghal vot tal-Ispeaker. Dan huwa l-istess bniedem li issa, wara li ghaddew xahrejn biss donnu m’ghadux ihoss il-htiega li l-poplu taghna jkun jaf fejn qieghed mal-Gvern tieghu.
Mela jekk dakinhar fil-konfront ta’ ministru u fuq kwistjoni dwar it-trasport pubbliku hass li kien importanti li jittiehed vot ta’ fiducja, kif illum, li qed jigi attakkat il-Gvern u l-Prim Ministru b’mod dirett, ma jridx li jittiehed vot ta’ fiducja fil-Gvern tieghu. X’inbidel minn dakinhar sal-lum?
Sfortunatament il-problema tas-sistema ta’ GonziPN saret il-problema tal-pajjiz. Kellna sena ohra ta’ incertezzi u dhalna f’ohra. Sena mimlija dizgwid intern fil-Partit Nazzjonalista, li bla dubju ma halliex lill-Prim Ministru jiffoka fuq dak li suppost jiffoka fuqu u spicca jahseb biss fil-mod ta’ kif jista’ jikkuntenta lil dak il-membru parlamentari jew lil iehor qabel ma jiskadi l-ultimatum li jkunu ghamlulu.
U quddiem dan kollu l-Partit Laburista kellu jagixxi ghaliex din saret il-problema tal-Maltin u l-Ghawdxin. Sistema ta’ tmexxija li holqot incertezza u instabbiltà fil-pajjiz li hi ta’ periklu ghall-postijiet tax-xoghol, ghall-investiment u ghal futur ta’ uliedna. U dan mhux qed nghiduh ahna biss. Anke l-korpi kostitwiti u ekonomisti lkoll tawna ragun u qablu maghna u qalulna li l-instabbilta’ f’pajjizna hemm bzonn li tigi rizolta mill-aktar fis possibbli ghaliex jekk le, aktar se jkun hawn riperkussjonijiet fuq diversi setturi ta’ pajjizna. Il-poplu taghna jixraqlu Gvern stabbli u b’sahhtu b’mod partikolari fi zminijiet difficli u li qed joffru sfidi godda kemm nazzjonalment u anke internazzjonalment.
Pajjizna, f’mumenti bhal dawn, ghandu bzonn Gvern kompetenti li jmexxi bil-ghaqal, b’serjetà, u b’sens ta’ rispett lejn il-familji Maltin u Ghawdxin, u li kapaci jilqa’ ghall-isfidi li gejjin quddiemu.
Kien ghalhekk li quddiem din is-sitwazzjoni Dr. Joseph Muscat refa’ r-responsabbiltà fl-interess tal-familji Maltin u Ghawdxin u jumejn ilu l-Oppozizzjoni ressqet mozzjoni li tittratta jekk il-Gvern prezenti ghadux igawdi l-fiducja tal-maggoranza tal-membri parlamentari tal-Kamra tad-Deputati. L-Oppozizzjoni tat il-hin kollu possibbli biex il-Prim Ministru imexxi hu vot ta’ sfiducja, izda, matul gimgha shiha l-Prim Ministru ma ghamel xejn konkret biex seta’ jserrah mohh il-familji Maltin u Ghawdxin.
Huwa b’dan il-mod responsabbli u ghaqli li l-Partit Laburista qed ifassal il-tmexxija tieghu. Tmexxija li ma tiddejjaq xejn terfa’ r-responsabbiltà u tmexxi. b’mod ghaqli taghmel avvanzi kbar. Tmexxija bil-ghaqal thares il-futur tal-familji taghna u taghti direzzjoni lis-sistema edukattiva u taghti tama gdida liz-zghazagh taghna ghal futur ahjar u b’opportunitajiet aqwa. Tmexxija bil-ghaqal tassigura li l-haddiem ikollu kundizzjonijiet tax-xoghol tajbin, issahhah l-ekonomija ta’ pajjizna, tohloq ix-xoghol, thalli l-gid lil uliedna, tissoda s-servizzi tas-sahha u teqred il-faqar.
L-elezzjoni li jmiss se tpoggi ghazla quddiem l-elettorat, ghazla bejn min jahdem bil-qawwa kollha, bis-serjetà, b’responsabbiltà u bil-ghaqal fl-ahjar interess ta’ pajjizna u bejn min mohhu biss kif ser isalva s-siggu tal-poter tieghu.

| < Prev | Next > |
|---|






