Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-istorja tirrepeti ruhha

E-mail Print PDF
Share

2Is-sitwazzjoni politika li ghaddej minnha pajjizna bhalissa gabet maghha tensjoni politika li konna ilna ftit ma nesperjenzaw bhalha. Izda ghalkemm din hija esperjenza li ftit li xejn ghaddejna minnha fl-istorja politika ta’ pajjizna, m’hijiex l-ewwel esperjenza tat-tip taghha.

 

Dwar dan, KRISTA CARUANA tkellmet mall-PROFESSUR DOMINIC FENECH, id-Dekan tal-Fakultà tal-Arti, Kap tad-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta u studjuz tal-politika.

dominic_fenechMeta wiehed ihares lura lejn l-istorja politika ta’ pajjizna, jsib li s-sitwazzjoni politika prezenti li ghandna f’pajjizna m’hijiex l-ewwel wahda tat-tip taghha. X’tghidilna dwar dan?

 

Ghalkemm mhux xi haga komuni, ghax illum drajna b’partiti dixxiplinati, din mhix sitwazzjoni gdida fil-grajja politika Maltija. Tista’ tghid li l-ewwel sitwazzjoni fejn il-Gvern tilef il-maggoranza kienet dik tal-ewwel Gvern Laburista tal-1947-1950, wara l-qasma li garrab il-Partit Laburista fl-1949.

Wara li Dom Mintoff inhatar Mexxej tal-Partit Laburista, Pawlu Boffa baqa’ jiggverna ftit iehor bil-minoranza, bhala Malta Workers Party, jiddependi fuq l-appogg tal-partiti z-zghar, sakemm tilef l-appogg fl-1950. Imma dik kienet okkazjoni ferm komplessa u ftit hemm xi tqabbel mas-sitwazzjoni tal-lum. Biss biss dak iz-zmien kien hemm sitt partiti fil-Parlament.

 

Imbaghad, fl-1954, kien hemm il-kaz ta’ Johnny Cole. Dak iz-zmien kien hemm tliet partiti fil-Parlament, u l-Gvern kien koalizzjoni bejn in-Nazzjonalisti ta’ Gorg Borg Olivier u l-Malta Workers Party ta’ Pawlu Boffa, bil-Partit Laburista ta’ Mintoff fl-Oppozizzjoni. Il-Gvern kellu maggoranza ta’ siggu wiehed.

Cole, wiehed mill-membri Boffisti, qasam il-Kamra, inghaqad mal-Laburisti ta’ Mintoff u waqqa’ l-Gvern. Hawn ukoll, is-sitwazzjoni kienet differenti hafna milli hija llum, ghax il-Boffisti, ghalkemm kienu miggildin mal-Mintoffjani, kienu skomdi jaghmluha ta' forcina lin-Nazzjonalisti. Anki dak iz-zmien ftit kienu jemmnu li l-Gvern kellu hajja twila.

Naturalment, l-izjed kaz ricenti huwa dak tal-amministrazzjoni Laburista 1996-1998. Bejn dik is-sitwazzjoni u l-krizi prezenti hemm hafna xi tqabbel, imma hemm ukoll hafna li ma jistax jitqabbel.

F’dawk l-avvenimenti r-rwol ta’ Mintoff kien centrali. Imma Mintoff kien figura gganteska fil-Partit, mhux membru gdid bhalma hu Franco Debono llum, u fil-pajjiz kellu hafna appogg personali.

Barra minn hekk dak iz-zmien kien hemm fatturi ohra wkoll, b’mod specjali d-dizgwid li kien inqala’ bejn il-Gvern u l-General Workers Union. Dan ifisser li meta l-Partit Laburista mar ghall-elezzjoni bikrija kellu hafna zvantaggi, u min kien mohhu hemm seta’ jobsor x’ser jigri. Illum forsi n-Nazzjon-alisti jikkunslaw li Debono huwa membru wiehed wahdu, u li mhux se jtellifhom hafna voti.

Mill-banda l-ohra jafu li (i) minnbarra Debono hemm xi nofs tuzzana ohra li ilhom iniggzu lill-Gvern, u dawn bejnietom jistghu jsarrfu hafna voti personali; (ii) li waqt li l-Laburisti kienu rebhu l-elezzjoni ta’ qabel b’zewg kwoti u nofs, in-Nazzjonalisti fl-2008 rebhu b’inqas min-nofs kwota. Jigifieri, paragun mal-1998, is-sogru ghan-Nazzjonalisti li ssir elezzjoni issa huwa kbir ferm.

Abbazi ta’ dak li gara fil-passat, kif tahseb li tista’ tizvolgi s-sitwazzjoni politika prezenti?

 

L-ezempji mill-imghoddi juruna li dawn huma affarijiet li jigru. Però m’ghandniex bzonn ezempji: man-numri ma ticcajtax. Jekk ghandek maggoranza ta’ wiehed u wiehed jivvota kontrik, titlef il-Gvern.

Fil-krizi tal-Gvern prezenti, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi missu tghallem hafna mil-lezzjoni tal-1996-1998, imma ma tghallimx. Mhux qed nirreferi ghal dak li qal Gonzi, li mhux se jaghmel l-izball t'Alfred Sant meta sejjah elezzjoni bikrija fl-1998, ghax dak kull ma jfisser hu li Gonzi izjed jaghmel ghall-poter minn Sant.

Qed nirreferi ghall-fatt li meta jkollok problemi fost il-membri tieghek, trid b’xi mod jew iehor tilqalhom hekk kif jitfaccaw, anzi jekk jista’ jkun tiehu hsiebhom qabel ma jitfaccaw. Huwa zball li tinjorahom u toqghod tittama li se jmorru wahedhom.

Sant seta’ basar li Mintoff kien membru li ma tistax tinjorah, u membru li ma jibblaffjax. Is-soluzzjoni kienet li jahsiblu minn qabel u joffrilu responsabbiltajiet, per ezempju billi seta’ halla l-progett tal-yacht marina tal-Birgu f’idejh, la kien fid-distrett tieghu.

Gonzi ma tghallimiex il-lezzjoni. Meta beda jara membru wara iehor jiddejjaq, u kien hemm xi nofs tuzzana minn dawn, baqa’ jittama li hadd minnhom ma jasal. Hasibhom kollha qed jibblaffjaw. U minn hawn u minn hemm kien jidher li qed jirnexxielu. Imma l-Malti jghid, li l-garra, gejja u sejra, fl-ahhar tinkiser.

Bhala osservazzjoni generali, nistaqsi ghalfejn dan l-ghageb kollu jekk ikun hemm bzonn tissejjah elezzjoni?

In-Nazzjonalisti kisbu l-Gvern ghal naqra, b’maggoranza daqs naqra, u maggoranza relattiva biex taghqad. Tbissmitilhom ix-xorti ghal erba’ snin, flok ghal hamsa. Imbilli flok wara hames snin jieqfu wara erba’, ma jkunux marru hazin, meta tqis.

Nghiduha kif inhi, kieku l-Prim Ministru, anki minghajr krizi, lemah tieqa ta’ vantagg ghall-PN, mhux se jahsibha darbtejn isejjah elezzjoni bikrija, fl-interess tal-PN, bhalma ghamel Fenech Adami fl-1996. Issa erhilha li mar zmerc.

Allura l-unika differenza bejn li jsejjah elezzjoni ghax irid hu u li jsejjah elezzjoni kontra qalbu, hi li tal-ewwel tkun fl-interess tal-Partit, u tat-tieni ma tkunx fl-interess tal-Partit.

B’dan kollu, wiehed ma jridx jigri. Debono ghandu zewg ghazliet quddiemu, u astut bizzejjed biex jaghraf it-tifsira taghhom. Wahda hi li mal-ewwel okkazjoni jivvota mal-Oppozizzjoni fuq vot ta’ fiducja u jwaqqa’ l-Gvern.

L-ohra, li jassenti ruhu meta jinqalghu dawn il-voti minghajr ma jghid minn qabel x’se jaghmel, u joqghod itertaq qalb il-Gvern bil-mod il-mod.

Jekk jghaggel iwaqqa’ l-Gvern, ikun ghamel att spettakolari, imma mbaghad iwarrab mix-xena.

Jekk joqghod iniggez u jittormenta l-Gvern, jibqa’ jispikka fix-xena politika ghal xhur shah. Biss jekk jaghzel it-tieni triq ikun ukoll qed ipaxxi lill-Gvern, ghax jaghti lil Lawrence Gonzi c-cans li jaghzel hu meta ssir l-elezzjoni. L-ghazla tad-data tal-elezzjoni hija l-izjed strument politiku b'sahhtu f'idejn kull Gvern.

Il-krizi politika bhalissa fl-ahhar mill-ahhar dik hi: min se jiddeciedi d-data tal-elezzjoni, Gonzi jew Debono?

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata