Bil-buttuna f’widintu
L-espert tal-fisi fil-loki, Loo Bondi kien ingaggjat nhar it-Tlieta li ghaddew f’ezercizzju mahsub biex jiddemolixxi u jiskredita lil Franco Debono. Imma ipprova kemm ipprova Bondi biex igib fix-xejn lil Debono, anki bl-ghajnuna ta’ Natalino Fenech, l-vleggeg tieghu ma bdewx jehlu ma’ Debono u l-attakki tieghu ma bdew iwasslu ghal imkien, anzi bdew jispiccaw bhall-boomerang, jisplodu f’wicc Bondi li fil-fixla u fil-fernezija li hakmitu, spicca tilef ghal kollox il-kontroll tal-programm, tant hu hekk il-hin harablu minn idejh.
Meta Franco Debono beda jikkritika lil Gonzi ghan-nuqqas ta’ demokrazija li hawn fil-pajjiz, ghal mument Bondi bhal donnu nesa li kien qieghed jipprezenta programm fuq it-televizjoni tal-Istat. Tant hu hekk Bondi beda jiskandalizza ruhu meta Debono beda jghid li f’Malta taht Gonzi m’ghadx hawn demokrazija imma hawn oligarkija.
L-isbah wahda però kienet meta Loo Bondi qaghad jitkaza b’Debono ghax dan beda jaqra l-SMSs fuq il-mobile u implika li Debono kien qieghed jikkomunika ma’ xi hadd barra mill-istudio. Imma huwa u jghid dan Bondi kellu mwahhla go widintu earphone Ii jfisser li Bondi wkoll kien imqabbad ma’ barra l-istudio, min jaf ma’ min, imma bhal donnu staha juri dan, ghax qaghad imgenneb apposta biex ma jinqabadx mill-kamera bil-buttuna f’widintu.
Mentalità arkaika
Malta “fior del mondo” suppost li bhala pajjiz ghandna kredenzjali Ewropej li ma jista’ jmeriehom hadd u li suppost li qeghdin fl-Unjoni Ewropea biex naghtu xhieda tal-valuri Nsara li nhaddnu. Imbaghad ghandna prim ministru li ghadu jippretendi li jista’ jmexxi bil-mentalità ta’ zmien il-brodu tal- “Etat c’est moi”, lil kuntrarju ghal dak li jigri fil-bqija tal-Ewropa, hawnhekk gvern ma jistax jaqa’, sakemm ma jkunx wiehed Laburista. U jekk gvern jitlef il-maggoranza fil-Parlament, flok ma jidhlu wahda sew f’qoxrithom u jaraw sewwa sew x’wassal ghal dan, l-allat zghar u foloz ta’ dan il-pajjiz jippretendu li ghandu jirrizenja d-deputat li jkun tilef il-fiducja fil-gvern u mhux il-prim ministru u l-gvern tieghu li jkunu gew sfiducjati.
Dakollu jikkonferma u jixhed il-mentalità arkaika li biha jaghmlu l-politika Lawrence Gonzi u shabu, u cjoè li min bis-sewwa jew bid-dnewwa ikun rebah elezzjoni generali, jista’ prattikament jaghmel li jrid bejn elezzjoni u ohra, jigri x’jigri, u hadd u xejn ma jista’ ghalih, u jsiru kemm isiru hnizrijiet mill-gvern, dan jista’ jibqa’ ghaddej kif irid f’dittatura virtwali ghal hames snin.
Aktar tbazwir ta’ Natalin
Natalino Fenech ma jieqafx jghaggeb ghal mod dizonest u qarrieq li bih qieghed imexxi l-Kamra tal-Ahbarijiet ta’ TVM. Fil-bulettin tal-ahbarijiet ta’ nhar il-Gimgha, l-ahbar li Standard & Poor’s kien baxxa r-rating tal-kreditu ta’ Malta, giet rappurtata b’mod mill-aktar originali. Ir-rapport ta’ Maria Muscat, flok beda bl-ahbar li Standard & Poor’s kienu baxxew il-credit rating ta’ Malta, beda bl-ahbar li din l-agenzija kienet baxxiet il-credit rating ta’ Franza, imbaghad ghaddiet ghal Malta.
Anki l-filmat li akkumpanja dan r-rapport kien dwar Franza u Sarkozy flok dwar Malta, sintendi biex tinghata l-impressjoni li dik l-ahbar kienet wahda internazzjonali u mhux wahda li tolqotna fil-laham il-haj gewwa Malta.
Ferhan ghax iblah
L-ixkubetta fiha l-grillu u kulhadd iqabbel kif jaqbillu. Mela Lawrence Gonzi hareg jifrah aktar kmieni din il-gimgha ghall-ahbar li l-Kummissjoni Ewropea mhijiex se tipprocedi kontra l-Gvern Malti, ghall-inqas ghal issa, dwar id-deficit u d-dejn pubbliku eccessiv.
Dan wara li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi kellu jghaddi mill-umiljazzjoni kbira li jkun kostrett li jirrevedi l-bagit tieghu li ghadhom mhux zgur ghaddew xahrejn minn fuqu, billi jnaqqas €40 miljun mill-ispiza tal-Gvern. Is-sabiha hija li ghadu mhuwiex car minn liema voti tal-Gvern se jonqsu ezattament dawn l-€40 miljun.
Il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jghaddi minn umiljazzjoni bhal dik u ghandu l-wicc johrog jiftahar li kellna ahbar tajba. Qiesu xi hadd li jifrah ghax ikun wehel sentenza sospiza flok sentenza ta’ habs.
Imbaghad jistghagbu b’min ikun ferhan ghax iblah.

| < Prev | Next > |
|---|






