Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-kappella ta’ Sancir imgarrfa, mitluqa u minsija

E-mail Print PDF
Sharerabat-malta-20120102-00343Il-Kappella ta' Sancir, jew San Mikiel is-Sincier, hija kappella fir-Rabat li tmur lura ghaz-zmien medjevali. Ghalkemm id-data ezatta ta' meta nbniet din il-kappella m'hiex maghrufa, numru ta' storici huma tal-opinjoni li din tista' possibilment tkun l-iktar kappella antika f'Malta, li tipprecedi sahansitra lil dik ta' Ghajnsielem u Hal Millieri.

Izda minkejja l-valur storiku taghha, din il-kappella tinsab mitluqa kwazi ghal kollox mill-awtoritajiet. Partijiet mix-xorok tas-saqaf ilhom madwar hames snin li waqghu, u ghalkemm il-kappella spiccat miftuha ghall-elementi, s'issa baqghet ma ttiehdet l-ebda azzjoni. Jidhru wkoll qasmiet u konsenturi fil-hitan li wkoll ilhom vizibbli ghal numru ta' snin. Il-kappella tant tinsab fi stat hazin, li issa qeghdin sahansitra jaqghu anki partijiet mill-hitan ta' barra li kienu nbnew snin ilu biex jaghtu rinforz lil din il-kappella.

Din il-gazzetta staqsiet lil Heritage Malta jekk il-Kappella ta' Sancir taqax taht il-harsien taghha, u x'passi kienet se tiehu biex din il-kappella ma tkomplix tiggarraf. Izda Heritage Malta wiegbet biss li l-kappella ma kienetx taqa' taht ir-responsabbiltà taghha.

Minn hawnhekk ergajna staqsejna lil Heritage Malta jekk bhala l-agenzija nazzjonali tal-wirt storiku kienetx fis-dover li tintervjeni xorta wahda fid-dawl tal-fatt li s-saqaf tal-kappella kien imgarraf b'mod sostanzjali. Heritage Malta wiegbet hekk: "Ir-responssabilità ta' Heritage Malta hija ghal dawk is-siti li jigu fdati lilha minghand il-Gvern", filwaqt li talbitna nindirizzaw il-mistoqsijiet lis-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali.

Minkejja li baghtna l-mistoqsijiet lis-Supretendent tal-Wirt Kulturali fi hdan l-Ufficcju tal-Prim Ministru u cempilna diversi drabi, bqajna ma hadna l-ebda tip ta' risposta sakemm morna ghall-istampa.

Il-Kappella ta' Sancir tinsab imwarrba go nofs l-ghelieqi tar-Rabat fl-inhawi ta' Gnien is-Sultan, u ghalhekk hafna nies lanqas biss jafu biha. L-access ghaliha lanqas ma huwa facilitat, hekk kif il-faccata hija mghottija bis-sigar tal-qasab u wiehed irid jghaddi minn moghdija dejqa biex jasal ghall-kappella. Minbarra din il-kappella, l-inhawi ta' Gnien is-Sultan hemm ghadd ta' siti storici ohra, fosthom gherien Punici.

L-antikità ta' din il-kappella hija esebita, fost l-ohrajn, fil-prezenza ta' kolonna Rumana f'wahda mill-arkati tal-kappella. Waqt ir-restawr tal-kappella li kien sar fis-snin tmenin kienet instabet gebla kbira li kienet tifforma parti minn maghsar taz-zebbug, izda iktar tard din il-gebla sfat misruqa. Mal-genb tal-kappella kienu nstabu wkoll xi muniti kif ukoll bicciet tal-fuhhar minn epoki diversi.

Ghal iktar taghrif dettaljat dwar din il-kappella wiehed jista' jzur is-sit www.kappellimaltin.com
Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata