Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Dom Mintoff u Prospero Grech hadmu flimkien biex tinhall il-kwistjoni politiko-religjuza tas-snin 60

E-mail Print PDF
Share
ac18c93ff2b62c09ada7fa8ee74e353b78116619-1325849927-4f06dd47-620x348
Fis-snin sittin Il-Kardinal Patri Prospero kien ghamilha ta' medjatur bejn il-Partit Laburista u l-Vatikan fuq il-kwistjoni tas-sitt punti. Ftit huma dawk li jafu b'dan is-sehem ta' medjatur li kellu Patri Prospero, u dan proprju ghax din il-medjazzjoni ma kinitx giet imxandra.

Il-Prof. Godfrey Pirotta jghid li fl-1963 kienet saret laqgha sigrieta bejn Dom Mintoff u Patri Prospero gewwa Ruma, fejn iktar tard Patri Prospero kien ressaq l-argumenti tal-Mexxej Laburista quddiem il-Vatikan. Dan kollu kien qed isir bhala parti mill-isforz tal-Partit Laburista biex il-kwistjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja jissolvew darba ghal dejjem.

Intant, skont sorsi ohra, Patri Prospero kien wiehed minn zewg patrijiet li kienu gew indikati minn Ruma li setghu jiehdu post l-Isqof Emmanuel Gerada. Imma allegatament Monsinjur Mikiel Gonzi kien instema' jghid li f'din il-kariga ried jahtar qassis, u mhux ‘semplici' patri. L-istess sorsi jispekulaw ukoll jekk din kinitx verament ir-raguni ghalfejn Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero jinhatar f'din kariga, u dan fid-dawl tal-fatt li Patri Prospero kellu parentela ma' familja b'konnotazzjonijiet Laburisti qawwija.
Patri Prospero se jkun ordnat Arcisqof fit-8 ta' Frar f'cerimonja li se ssir f'Malta

Il-bierah l-Arcidjocesi ta' Malta habbret li l-ordinazzjoni episkopali ta' Patri Prospero Grech bhala Arcisqof se ssir fit-8 ta' Frar li gej fil-Konkatidral ta' San Gwann, il-Belt Valletta. Patri Prospero mistenni jasal Malta jumejn qabel. Imbaghad fit-18 ta' Frar li gej huwa se jinhatar Kardinal mill-Papa Benedittu XVI, it-tieni Kardinal Malti fl-istorja tal-Knisja Kattolika.

Id-decizjoni dwar din l-ordinazzjoni ttiehdet fil-jiem li ghaddew mill-Arcisqof Pawlu Cremona u Patri Prospero, wara li l-Papa Benedittu XVI habbar li l-Kardinali l-godda se jinhatru fil-Koncistorju fit-18 ta' Frar.

L-Arcidjocesi ta' Malta rrappurtat li l-Provincja Agostinjana Maltija ferhet lil Patri Prospero ghan-nomina li rcieva bhala Kardinal. "Minbarra li huwa unur fuq livell personali, huwa wkoll unur ghall-Ordni ta' Santu Wistin li fin-nomina tieghu jara r-rikonoxximent tal-Knisja Universali ghas-servizz lejn l-Evangelju", qalet l-Arcidjocesi.

Patri Prospero Grech OSA twieled il-Birgu f'lejliet il-Milied tal-1925, u ta' tmintax-il sena nghaqad mal-Ordni ta' Santu Wistin. Tliet snin wara intbaghat Ruma biex ikompli l-istudji teologici tieghu, u fl-1950 kien ordnat presbiteru.

Fost id-diversi karigi li okkupa fl-Ordni Agostinjan, fl-1971 inhatar l-ewwel President tal-Istitut Patristiku Augustinianum tal-Ordni ta' Santu Wistin. Barra minn hekk Patri Prospero hadem f'diversi universitajiet barra minn Malta u f'Kummissjonijiet Pontificji. Kien ukoll Konsultur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi.


Laqgha sigrieta f'Ruma bejn Dom Mintoff u Patri Prospero fl-1963

Waqt konferenza li kienet saret fl-2010,intitolata Revisiting Labour's History, il-Professur Godfrey Pirotta kien qal li fis-snin sittin Patri Prospero kien ghamilha ta' medjatur bejn il-Partit Laburista u l-Vatikan fuq il-kwistjoni tas-sitt punti.


Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Pirotta kkonferma dan il-fatt u ghaddielna izjed informazzjoni dwar ir-rwol ta' Patri Prospero dak iz-zmien. Fil-fatt ftit huma dawk li jafu b'dan is-sehem ta' medjatur li kellu Patri Prospero, u dan proprju ghax din il-medjazzjoni ma kinitx giet imxandra.


Il-Prof. Pirotta jghid li fl-1963 kienet saret laqgha sigrieta bejn Dom Mintoff u Patri Prospero gewwa Ruma, fejn iktar tard Patri Prospero kien ressaq l-argumenti tal-Mexxej Laburista quddiem il-Vatikan. Dan kollu kien qed isir bhala parti mill-isforz tal-Partit Laburista biex il-kwistjonijiet bejn l-Istat u l-Knisja jissolvew darba ghal dejjem.


Is-sitt punti li Mintoff kien qed jinsisti fuqhom biex jintlahaq qbil bejn iz-zewg nahat kienu jinkludu: is-separazzjoni bejn Stat u l-Knisja; l-ugwaljanza bejn religjonijiet differenti; ir-rikon-oxximent legali taz-zwieg civili u anki d-divorzju ghal min kien jemmen fih; it-taghlim tar-religjon fl-iskejjel tal-Istat li jinghata biss lil min jixtiequ; li l-iskejjel privati jghaddu min process ta' spezzjoni qabel jikkwalifikaw ghall-fondi mill-Gvern; is-servizzi socjali jinghataw lil kulhadd minghajr diskriminazzjoni (anki lil tfal imwielda barra z-zwieg); li l-Knisja taghti kontribut finanzjarju u l-privilegum fori jkun ristrett; ic-censura fuq l-arti tkun hielsa mill-influwenza tal-Knisja; u li l-Knisja ma tindahalx fl-affarijiet tal-Istat.


Mikiel Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero Grech jinhatar Isqof koadjutur tieghu flok Emanuel Gerada

Intant, skont sorsi ohra Patri Prospero kien wiehed minn zewg patrijiet, li kienu gew indikati minn Ruma li setghu jiehdu post l-Isqof Emmanuel Gerada. Imma allegatament Monsinjur Mikiel Gonzi kien instema' jghid li f'din il-kariga ried jahtar qassis, u mhux ‘semplici' patri. L-istess sorsi jispekulaw ukoll jekk din kienetx verament ir-raguni li ghalfejn Gonzi kien oggezzjona li Patri Prospero jinhatar f'din kariga, u dan fid-dawl tal-fatt li Patri Prospero kellu parentela ma' familja b'konnotazzjonijiet Laburisti qawwija.

 

Patri Prospero - bniedem cajtier li jaf jikkomunika

Il-gazzetta KullHadd ghamlet kuntatt ma' Patri Manuel Borg Bonello, il-Provincjal tal-Kunvent tal-Agostinjani gewwa l-Belt, li jiftakar lil Patri Prospero meta dan kien student tieghu f'Ruma.


"Naf lil Prospero Grech minhabba li kont student tieghu f'Ruma, fejn kien jghallimni l-iskrittura u konna nabitaw ukoll fl-istess post. Kien bniedem uman hafna, u dan kien johrog anki waqt il-lezzjonijiet meta kien jiccajta maghna.


"Niftakar li kien jaf jikkomunika tajjeb hafna, u l-lezzjonijiet tieghu kienu jkunu spjegati tajjeb u jzommuk attent", stqarr Parti Manwel.
Patri Manwel qal li Patri Prospero ppubblika hafna xogholijiet, u ta lectures f'hafna universitajiet madwar l-Italja u anki barra mill-pajjiz. Kien ukoll delegat tal-Papa Gwanni Pawlu II u ta' Benedittu XVI, fejn kien jirrapprezenthom fi zjarat varji, principalment dawk fis-Seminarji.


"Apparti li kien studjuz, dak iz-zmien kien jaghmel ukoll hafna xoghol fil-komunità. Niftakar li kien jghin lill-familji u l-koppji li kienu jkunu f'xi diffikultà. Issa li lahaq Kardinal ix-xoghol tieghu probabbilment se jinbidel, u ghandu jinghata wkoll ufficcju gdid. Dan ghaliex s'issa ghadu qed jokkupa l-kariga bhala patri fil-Kommunità Agostinjana", temm jghid Patri Manwel.

 

Skont artiklu fil-Catholic Herald, Patri Prospero huwa "possibilment l-iktar persuna intelligenti fid-dinja"

Artiklu li kien ippubblikat kmieni din il-gimgha fil-Catholic Herald jikkwota lill-kittieb u l-kritiku Nigel Dennis jghid li Patri Prospero huwa possibilment l-iktar persuna intelligenti li tezisti. Din l-allegata stqarrija ta' Dennis ghaddiet minghand l-armla ta' Dennis ghal ghand il-kittieb tal-artiklu, Patri Alexander Lucie-Smith. Sfortun-atament Dennis m'ghadux haj biex jikkonferma din l-istqarrija, ghaliex miet fl-1989.
Izda fattur iehor li ssemma f'dan l-artiklu, u li zgur ma jistax jigi michud, huwa dak li Patri Prospero se jkun biss it-tieni Malti li gie ordnat Kardinal. Bhal ma jghid l-awtur stess, dan huwa fattur sorprendenti meta wiehed jikkunsidra kemm Malta ‘tat lill-Knisja' matul is-snin.
Fil-fatt il-Knisja Maltija jidher li ppruvat titbieghed minn dan il-fattur billi emfasizzat l-iktar fuq l-ordinazzjoni tal-Kardinal Prospero bhala unur ghall-Ordni ta' Santu Wistin, iktar milli bhala unur ghall-komunità Nisranija f'Malta.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata