Il-gimgha li ghaddiet, b'mod mill-iktar sottili, il-Gvern habbar li l-Kummissjoni Ewropea ma kienetx sodisfatta bil-Bagit 2012, u ghalhekk kienet qed titlob revizjoni tieghu bi tnaqqis ta' 0.59% mill-infiq pubbliku, liema percentwal jissarraf f'madwar €40 miljun.Din il-gazzetta tkellmet mal-ekonomista, l-Prof. EDWARD SCICLUNA, biex jispjega f'termini facli x'ifisser it-tnaqqis ta' €40 miljun mill-infiq pubbliku, ghalfejn huwa meqjus bhala program t'awsterità, u x'kien jaghmel Gvern Laburista f'din is-sitwazzjoni.
"Qtugh ta' €40 miljun fl-ispiza pubblika kurrenti bil-mod kif gie deskritt, u fuq bagit li digà gie approvat, jitqies bhala programm t'awsterità. Li twaqqa' s-salarji tal-Gvern b'€10 miljun, li jien nistma li jsarrfu telfa ta' bejn 400 u 500 impjieg u 400,000 siegha overtime, u li taqta' €25 miljun ohra minn programmi u entitajiet governatttivi li d-dettaliji taghhom ghadhom ma thabbrux, huwa programm t'awsterità.
Gvern Laburista kien jara li ma jidholx f'dan l-isqaq meta kellu c-cans. Il-mod kif issa ser timxi l-Unjoni Ewropea ghal quddiem fuq il-bagits kien jafu sew il-Gvern. Allura kieku l-Gvern wera ftit umiltà meta l-Kummissjoni osservatlu li d-deficit mhux sostenibbli, kien jipprepara bagit li ma jkollux bzonn ta' revizjoni. Bagit bi spiza ta' €3 biljun u dhul ta' kwazi l-istess ammont kellu spazju bizzejjed ghal ekonomiji fuq hela li jammontaw ghal €40 miljun, u b'hekk ma kienx ikollu bzonn jaqta' fil-laham il-haj bhal ma gie kostrett li jaghmel illum.
Imma l-Ministru Tonio Fenech ghazel triq ohra. Qal li l-mudell tal-Kummissjoni kien konservattiv min-natura tieghu, u li c-cifri tal-Ministru kienu aktar reali u fattwali, u ghalhekk il-Bagit kif ipprezentat dakinhar ser jaghti risposta konvincenti lill-Kummissjoni.
Issa l-Kummissjoni giet lura u qaltlu li l-Bagit mar zmerc minn dawn il-miri. F'din is-sitwazzjoni l-Gvern kellu fi ftit jiem iwieghed li ser jaqta' l-ispiza bil-valur li ndikatlu l-Kummissjoni. L-€40 miljun ma naqqashomx mil-progett ta' Bieb il-Belt, izda ser inaqqashom mis-salarji u programmi utili ohra."
"Huwa opportunizmu politiku li taghmel il-weghdi fil-bagit u tirtirahom ftit wara" - Dr. Helena Dalli
Min-naha l-ohra, il-Kelliema Laburista ghas-Settur Pubbliku HELENA DALLI qalet li, minbarra nuqqas ta' ppjanar, dan l-agir jixhed ukoll it-tattika ta' ngann li juza dan il-Gvern, fejn l-ewwel iwieghed ammont ta' nfiq, biex imbaghad idur lura minn kelmtu u jnaqqsu ftit tal-gimghat wara.
"Lawrence Gonzi kien jaf qabel il-gurnata tal-bagit li jrid jasal ghall-mira ta' deficit li huwa taht it-3% tal-Prodott Gross Domestiku. Minkejja dan, habbar programmi u inizjattivi li jaf li mhux se jkun jista' jimplimentahom u issa qed jara minn fejn se jnaqqas dawk l-€40 miljun fuq dak li habbar, kif qed tghidlu li jrid jaqta' l-Unjoni Ewropea", qalet Dalli.
Hija kompliet tghid li dan huwa biss opportunizmu politiku fejn l-ewwel taghmel il-weghdi fil-bagit u ftit gimghat wara tirtirahom. "Dan meta il-Gvern kien konxju mis-sitwazzjoni meta kien qed ifassal il-bagit ghal din is-sena. Mhux difficli tifhem dan il-qerq tal-Gvern ta' Lawrence Gonzi, li biex jidher tajjeb fil-bagit jidhaq bin-nies, imbaghad wara li titnehha l-attenzjoni tal-pubbliku, jibda jiehu azzjonijiet li juru li uhud mill-affarijiet li kkommetta ruhu li se jaghmel ghal din is-sena ma jistax jaghmilhom", sahqet il-Kelliema Laburista.
Ghalkemm il-Partit Laburista ilu jghid li l-ispiza tal-Gvern f'certu setturi tal-amministrazzjoni pubblika ghandha tkun imrazzna, qed jikkundanna l-fatt li l-Gvern ipprezenta bagit meta kien jaf li fir-realtà ma jistax jimplimentah.

| < Prev | Next > |
|---|






