Huwa fatt maghruf li l-Ministru ghall-Ghawdex Giovanna Debono ma jirbhilha hadd ghall-klijentelizmu u n-nepotizmu. Fil-lublieba taghha ghal voti Debono thaddem network ta’ pjaciri u ghal bazuzli u l-parrucani taghha, anki jekk fl-elezzjoni generali li jmiss taf tiffaccja ghadma iebsa peress li Chris Said Ta’ Ganga se jkun ghamel numru ta’ snin bhala Segretarju Parlamentari u issa bhala Ministru.
Is-sinjura Debono tahdem kemm tiflah ghall-familja, specjalment ghall-familji tal-votanti u bazuzli taghha. Din il-gimgha thabbret il-hatra ta’ John Inguanez bhala s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ghall-Ghawdex.
Ftit huma dawk barra mill-Ministeru ghall-Ghawdex, li jafu li John Inguanez huwa r-ragel ta’ Darlene Inguanez is-segretarja privata tal-Ministru ghall-Ghawdex.
Veru kaz ta’ All in the family, f’kull sens tal-kelma.

| < Prev | Next > |
|---|






