Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Ghadna qed nistennew demm gdid”

E-mail Print PDF
SharekhaledTliet xhur wara l-qtil tal-kurunell Muammar Gaddafi u r-rebha tar-ribelli u sussegwentament il-holqien tal-Kunsill Tranzitorju Libjan li ha f’idejh it-tmexxija tal-Libja, il-komunità Libjana f’Malta tghid li ghadha mhijiex sodisfatta mija fil-mija.

Khaled Baara huwa wiehed minn ghexieren ta’ Libjani li jghixu f’pajjizna. Ilu jghix Malta ghal dawn l-ahhar sittax-il sena u huwa missier ta’ tifel ta’ erba’ snin. Kien minn ta’ quddiem li ma ddejjaq xejn juri wiccu fil-glieda kontra l-hakma tal-kurunell Gaddafi u f’pajjizna kien wiehed mir-ribelli li organizza protesti u tkellem pubblikament kontra Gaddafi u n-nies ta’ madwaru.

 

“Nirringrazzja ’l Alla li sema’ talbna u spiccat il-mohqrija kollha li konna nghaddu minnha. M’ghandekx idea kemm batejna. Sa minn tfuliti niftakar hruxija u tbatijiet kbar taht it-tmexxija tieghu.”

 

Khaled jghid li meta hu kellu sitt gimghat, missieru li kien suldat, kien inqatel mill-forzi ta’ Gaddafi. Minhabba f’hekk kiber bla missier. “Meta konna zghar ommi ma kinitx qaltilna min kien qatel lil missierna, ghax kienet tibza’ li ahna konna se nitkellmu u konna nispiccaw arrestati jew maqtula.”

Jirrakkonta l-memorji ta’ tfulitu, f’art li minkejja li hija mghonija b’diversi rizorsi naturali, taht Gaddafi, il-familji Libjani ftit li xejn setghu jgawdu. “Il-hajja kienet difficli hafna. Mhux biss konna nghixu fit-terrur izda anke l-kwalità ta’ hajja li konna nghixu kienet tal-biki. Min jaf kemm-il darba kien jaqta s-servizz tal-ilma u konna nispiccaw nixorbu ilma mielah. Kien ikollna nivvjaggaw diversi mili biex immorru ngibu l-bramel mimlija b’ilma tajjeb ghax-xorb mill-ghelieqi.”

 

Qalli li wara din it-tbatija kollha li garrbu, il-qtil ta’ Gaddafi kienet celebrazzjoni kbira ghalihom li kienet ilha mistennija ghexieren kbar ta’ snin.

 

Htiega ta’ demm gdid

 

Minkejja li llum il-gurnata l-poplu Libjan heles minn balla li kellu fuq l-istonku, Khaled jesprimi d-dizappunt tieghu ghall-fatt li l-komunità Libjana f’Malta xorta wahda ghadha qed tistenna li ssehh ‘tindifa generali’ specjalment fl-Ambaxxata Libjana f’Malta.

 

“Meta Gaddafi tilef il-poter, mieghu kellhom jitilfu l-poter ukoll dawk li kienu madwaru. Kull min kellu kariga fi zmienu bilfors li kien persuna qrib tieghu. Issa gara li minkejja li huwa nqatel u l-poter tieghu spicca darba ghal dejjem, certu nies li kienu qrib tieghu ghadhom hemm.”

 

Staqsejtu jippreciza aktar.

 

“Hu mis-sitwazzjoni fl-Ambaxxata Libjana f’Malta, hemmhekk ghadna qed nistennew ‘demm gdid’. Hemm ghexieren ta’ persuni li kienu leali lejn Gaddafi u li hadmu kontrina r-ribelli u li, sal-lum il-gurnata, ghadhom qed jahdmu fl-Ambaxxata. Ahna qed nitolbu li dawn in-nies jinbidlu llum qabel ghada.”

Staqsejtu dwar l-Ambaxxatur Libjan ghal Malta, Saadun Suayeh, li biddel il-pozizzjoni tieghu ghal diversi drabi.

 

“Qatt ma emminnieh. Tilef il-kredibbiltà kollha maghna u llum il-gurnata nqisuh bhala traditur. Dan ghaliex waqt il-gwerra, filwaqt li hu kellu ghazla li jmur mal-poplu, huwa ddecieda li jibqa’ leali lejn Gaddafi sal-mewt.”

 

L-Ittra

 

Zied jghid li, apparti minn hekk, waqt li kienet ghaddejja l-gwerra sehh incident fl-Ambaxxata Libjana ghal Malta, li fi kliemu kompla telliflu l-kredibbiltà.

“Fl-Ambaxxata kien hemm persuna li kienet sabet ittra li kienet iffirmata mill-ambaxxatur u l-haddiema kollha tal-ambaxxata u li fiha kienu qed jiddikjaraw l-appogg taghhom lejn Gaddafi, kif ukoll wasslulu l-kondoljanzi wara l-mewt ta’ ibnu. Din l-ittra waqqghetilhom il-maskra ghax filwaqt li kienu jilaghbuha li huma hbieb taghna, fil-verità kienu leali lejn Gaddafi.”

 

Quddiem dawn ic-cirkostanzi Khaled jghid li kemm l-ambaxxatur kif ukoll in-nies li jahdmu mieghu mhumiex fdati mill-komunità Libjana f’Malta.

 

Zied jghidli li fil-jiem li ghaddew l-ambaxxatur Libjan ghal Malta gie mghajjat fil-Libja, fejn qed ikun investigat ghal ghemilu.

Dahku bija

 

Khaled jirrakkonta wkoll episodju iehor li ghadda minnu gimaghtejn ilu meta mar l-Ambaxxata Libjana f’H’Attard, biex fi kliemu jkun jista’ jitlob id-drittijiet tieghu. Staqsejtu x’talbiet ressaq.

 

“Jien mort biex niehu d-drittijiet tieghi bhala cittadin Libjan. Wara li rriskjajt hajti fil-gwerra kontra Gaddafi, kont nippretendi li issa ninghata d-drittijiet tieghi. Mort l-Ambaxxata fejn tlabt li ninghata impjieg ghax bhalissa ghandi problema finanzjarja. Nemmen li jista’ jinstabli impjieg ghax m’ghandi xejn anqas minn haddiehor. Izda l-Ambaxxatur qalli li ma jiddependix minnu. Minflok tani impjieg, tani 500 ewro fi flus. Dak il-hin ma stajtx nirrifjutahom ghax verament kelli bzonnhom, izda jien mhux flus ridt izda impjieg. Ma nistax nifhem kif min kien leali ghal Gaddafi, wara l-qtil tieghu ghadu qieghed igawdi xoghol, salarji gholjin u perkacci ohra, filwaqt li jien u nies ohra bhali li rriskjajna hajjitna bqajna ma nghatajniex dak li hu taghna bi dritt.”

 

Khaled semma wkoll kaz iehor li kien turija cara li kien qed jigi mghoddi biz-zmien mill-Ambaxxatur Libjan. Dan wara li fl-Ambaxxata Libjana ghal Malta, fil-jiem li ghaddew, il-Kunsill Tranzitorju Libjan baghat ufficjal gholi f’ismu bl-isem ta’ Saad el Ogejly sabiex jibda jmexxi l-affarijiet f’Malta. “L-Ambaxxatur u n-nies ta’ madwaru ghamlu minn kollox biex lili u lil shabi jdawruna kontrih u qalulna li m’ghandniex nafdawh. Imma fil-verità wara sibna li dan kien persuna tal-affari tieghu u ghaldaqstant ikkonkludejt li l-Ambaxxatur ipprova jqarraq bija u bi shabi meta qalilna kontrih.

 

Zied jghid li huma agixxew b’dan il-mod minhabba li ma jridux jitilfu l-impjieg li ghandhom hawn Malta u ghalhekk ma jridu lil hadd li johdilhom posthom.

 

Kont pronta ghedtlu li l-azzjoni trid tittiehed mill-Kunsill Tranzitorju Libjan. “Huwa minnu li l-Kunsill Tranzitorju Libjan irid jiehu azzjoni u jbiddel in-nies, però ahna rridu nkomplu nikkonvincuhom dwar il-htiega li tezisti li jingieb ‘demm gdid’. Bhalissa l-Kunsill Tranzitorju jehtieg li jkompli jsib saqajh qabel jiehu certu decizjonijiet. Digà bdejna mixjin fid-direzzjoni t-tajba, tant li l-Ambaxxatur digà ssejjah il-Libja biex jigi investigat. Ninsab perswaz li maz-zmien kull persuna li tahdem fl-Ambaxxata u f’entitajiet ohra, u li kienu qrib Gaddafi, illum jew ghada se jkunu kostretti jaghmlu l-bagalja u jitilqu minn hawn.”

 

Tama gdida

 

Khaled qalli li, fl-isfond ta’ kollox, is-sentiment ta’ ferh xorta wahda ghadu jiddomina l-hajja tal-poplu Libjan, inkluz tal-komunità Libjana f’Malta. “Ix-xewqa tieghi hija li l-Libja ssir pajjiz demokratiku fejn ikun hemm gvern maghzul mill-poplu u kull cittadin ikun hieles. Nixtieq li l-Libja ssir pajjiz fejn kull individwu jigi rrispettat, irrispettivament ta’ liema sess hu jew x’religjon ihaddan. Nixtieq ukoll li anke n-nisa jinghataw aktar poter u jitpoggew f’karigi ta’ tmexxija bit-tama li xi darba fil-Libja tinqered il-percezzjoni li l-mara hija xi cittadina tat-tieni klassi.”

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata