“Mhux se nappoggja prim ministru mahtuf minn klikka”
Il-bierah filghodu d-Deputat Franco Debono rega’ tenna l-pozizzjoni tieghu li huwa mhuwiex se jappoggja prim ministru li hu mizmum ostagg minn klikka ristretta. Dan huwa ta’ periklu ghall-pajjiz u l-poplu tieghu u jeqred is-sisien tad-demokrazija. Dr Debono li kien qieghed jiehu sehem fil-programm Ghandi xi Nghid fuq Radju Malta, qal illi l-unika tama tkun li minn huwa responsabbli ghas-sitwazzjoni inaccettabbli prezenti, jassumi r-responsabbiltà u jirrizenja.
Rega’ sostna wkoll li dawk li jkunu ghamlu hazin ghandhom jassumu r-responsabbiltà u li l-meritokrazija tfisser li dawk li jfallu f’hidmiethom ghandhom jirrizenjaw u mhux ikunu mghollija ‘l fuq.
Matul l-istess programm, Franco Debono wiegeb ghall-akkuzi li qeghdin isirulu minn diversi esponenti tal-Partit Nazzjonalista, li jhalli l-Partit Laburista juzah. Debono qal illu huwa bniedem ta’ principju u jekk xejn kien il-Partit Nazzjonalista li kien imissu ttrattah ahjar skont il-lealtà u l-merti tieghu. Debono qal illi wiehed mill-principji fundamentali tal-gustizzja socjali huwa li n-nies ikunu ttrattati skont it-talenti taghhom u mhux unikament skont il-konnessjonijiet li jkollhom.
“Il-Partit Laburista qieghed jiehu vantagg mhux minn dak li qieghed nghid jien imma mill-inkompetenza li qeghdin juru dawk li jmexxu l-pajjiz, kemm jekk huwa l-Prim Ministru, il-klikka jew it-tnejn li huma,” qal Franco Debono.
Skont l-Avukat Debono, fl-ahhar hatriet li ghamel il-Prim Ministru Gonzi fil-Kabinett, spicca gholla ‘l fuq lil minn mexa hazin fis-snin li ghaddew.
“Il-hatriet fil-Kabinett m’ghandhomx jiddependu minn min hu missierek jew jekk il-kugin tieghek ikunx l-assistent tal-prim ministru,” b’referenza cara ghal Edgar Galea Curmi, l-assistent personali tal-Prim Ministru Gonzi li huwa sekond kugin ta’ Carmelo Mifsud Bonnici.

| < Prev | Next > |
|---|






