Fi zmien ta’ incertezza finanzjarja u fi zmien ta’ sfidi ekonomici kbar hemm bzonn stabbilità politika bhalissa is-sistema GonziPN m'hijiex qed tiggarantixxi din l-istabbilità politika. L-instabbilità li tezisti f’pajjizna mhi qed taghmel xejn biex jigu rrangati l-affarijiet. Il-Partit Laburista huwa lest li joffri tmexxija soda, stabbli, teknikament kompetenti fuq livell mhux biss ta’ konsulenti imma wkoll ta’ min ikun lest li jiehu d-decizjonijiet li hemm bzonn.
Dan qalu l-Mexxej Laburista Joseph Muscat waqt konferenza stampa li matulha l-Partit Laburista ta l-ewwel reazzjoni tieghu wara li Standard and Poor’s naqqset il-kreditu ta’ pajjizna.
Huwa qal li l-Partit Laburista jirrikonoxxi li r-ragunijiet li wasslu ghad-downgrade huma wkoll relatati mas-sitwazzjoni fiz-zona Ewro.
Nafu li din hija sfida li gvern gdid, ikun meta jkun, se jkun qed jiffaccja u l-Partit Laburista b'responsabbiltà u b'kapacità teknika jinsab lest. Biss biex inkunu qed niffaccjawha bl-ahjar mod, hemm bzonn gvern stabbli, sostna Dr Muscat.
Il-Prim Ministru bhalissa mhux qed jaghti din l-istabbilità imma l-Partit Laburista huwa lest li jaghti din l-istabbilità.
Dr. Muscat qal ukoll li t-tnaqqis ta’ €40 miljun mill-Bagit ta’ pajjizna ma kienux xi mizura li ha l-Gvern minn jeddu. Izda l-Gvern habbar dan it-tnaqqis wara li l-Kummissjoni Ewropea ordnat lill-Gvern biex jaghmel dan hekk kif qalet li l-bagit kif imhabbar ma kienx wiehed realistiku.
Il-Partit Laburista kien gibed l-attenzjoni tal-Gvern dwar dan mill-ewwel jum u issa kellu jbaxxi rasu ghal dak li qaltlu l-Kummissjoni Ewropea.
Kieku kien hemm kollox ippjanat, it-tnaqqis kien isir fil-Jum tal-Bagit u mhux wara, qal Joseph Muscat.
Joseph Muscat qal li l-Gvern ghadu ma qalx liema programmi u inizjattivi u entitajiet se jkunu milquta mit-tnaqqis ta’ €40 miljun.
Huwa krucjali li l-poplu jkun jaf ghaliex hemm impatt dirett fuq l-ekonomija qal Joseph
Muscat.
Qal li biex dan l-impatt ikun stmat irid ikun hemm stabbiltà fiskali u trasparenza shiha min-naha tal-gvern.
Qal li l-weghda li Tonio Fenech li se jillimita l-ingagg tal-haddiema tas-settur pubbliku m’hijex kredibbli ghaliex il-gvern kien digà ghamel din il-weghda fil-bagit ghas-sena 2011 izda baqa’ jimpjega n-nies b’mod normali.
Issa l-Ministru Tonio Fenech qal li ma jeskludix li jittiehdu mizuri ohra. Jekk ma jeskludix li jittiehdu mizuri ohra, xahrejn biss wara li pprezenta il-bagit, jikkonferma kemm dan kien bagit dilettantesk. Bagit li kien qieghed immirat biss li jissodisfa certu bzonnijiet politici tal-Prim Minsitru u bagit li ma kienx mahsub bis-serjetà, qal Dr Muscat.
Prezenti ghal din il-konferenza tal-ahbarijiet kien hemm il-Kelliema Laburisti Karmenu Vella, Charles Mangion u l-ewroparlamentari

| < Prev | Next > |
|---|






