Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-isfidi ekonomici ghall-2012

E-mail Print PDF
Share

charles_mangionPajjizna bhall-kumplemant tal-UE ser ihabbat wiccu ma’ sfidi kbar matul it-tnax il-xahar li gejjin l-aktar minhabba l-krizi tad-djun ta’ certi pajjizi bhall-Italja u Spanja, kif ukoll minhabba li l-mexxejja Ewropej ghad-hom ma sabux soluzzjoni permanenti ghal din il-krizi.

Malta ghandha ekonomija miftuha li tidddependi ghal kollox fuq kemm jirnexxilna nesportaw prodotti u servizzi. Minbarra l-Germanja, tista’ tghid li l-pajjizi l-ohra tal-UE m’ghandhomx prospetti tajbin ghat-tkabbir fl-ekonomija.

Dan mhux gej biss min-habba l-krizi tal-ewro, imma l-aktar ghaliex hafna pajjizi qed jitilfu fit-tellieqa tal-kompetittività.

Il-kompetittività taghna tiddependi mhux biss fuq l-isforz li jridu jaghmlu l-haddiema taghna, imma ukoll fuq l-investiment produttiv, fuq l-efficjenza tas-servizzi publici, u fuq it-tahrig kontinwu li l-haddiema jehtiegu.

F’hafna setturi f’pajjizna naqas sew l-investiment u ma tantx qed isir wisq biex tonqos il-burokrazija li xxekkel lin-negozji.

Barra minn hekk qed tonqos il-fiducja fil-familji li qed jibzghu li l-impjiegi u d-dhul taghhom jista’ jkunu mhedda fis-snin li gejjin. B’konsegwenza ta’ dan inaqqsu mill-infiq taghhom.

Dan igib effett negattiv fuq is-settur kummercjali, kif rajna fiz-zminijiet tal-Milied fejn hafna negozjanti gergru li naqsilhom il-bejgh meta mqabbel ma’ snin ohra.

Qed naraw ukoll nuqqasijiet serji fis-settur tal-edukazzjoni fejn esperti f’dan is-settur hargu bil-miftuh jghidu li l-kurrikulu nazzjonali ma jilqax ghall-isfidi kbar li ghandna f’dan is-settur ghas-snin li gejjin.

Jaghmel zball il-Gvern jekk ikompli jwebbes rasu u ma jaghtix kaz li qed jghidulu dawn l-esperti flimkien mal-MUT. Ma nifilhux naghmlu aktar zbalji fis-settur edukattiv ghaliex l-edukazzjoni hija l-perm li fuqu rridu nibnu l-futur ekonomiku taghna.

Fattur iehor li qed jitfaghna lura huwa l-hela fis-settur pubbliku fejn il-pubbliku mhux jinghata valur ghal flus li qed jintefqu f’ismu.

Il-progett ta’ Bieb il-Belt hu ezempju ta’ progett ta’ prestigju anki jekk kontroversjali, li madankollu ser izid ftit li xejn fl-isforz biex intejjbu l-produttività ta’ pajjizna.

Kieku jsir investiment akbar fl-infrastruttura tat-toroq, sistema efficjenti ta’ drenagg, zvilupp akbar tal-wirt kulturali u ambjenatli per ezempju, hemm aktar cans li jkollna rizultati ekonomici tajbin.

Il-problema tad-dejn tagh-na mhijiex kbira daqs dik tal-Italja, izda xorta dan id-dejn hu kawza ta’ thassib.

Billi jinholqu skemi finanzjarji biex parti mid-dejn publiku nahbuh, xorta ’l quddiem inkunu rridu naghmlu l-kontijiet u wliedna jridu jaghmlu tajjeb ghal dan id-dejn. Wiehed jista’ biss jittama li meta tinqaleb il-folja wara elezzjoni, ma nsibux xi qabda skeletri fil-gwardarobba tal-Gvern.

Il-Partit Laburista mhux ser jaqta’ qalbu mill-isfidi ekonomici tal-2012 u lil hinn minn din is-sena. Qed nippreparaw bis-serjetà pjanijiet biex meta jkun il-waqt, nghidu lill-poplu taghna kif behsibna nergghu naghtu nifs ta’ fiducja lil dan il-pajjiz.

Il-Gvern u l-apologisti tieghu ser jibqghu jinbxuna billi jghidu li m’ghandniex soluzzjonijiet ahjar minn taghhom. L-ironija hi li huwa l-Gvern li jrid jimplimenta l-pjanijiet tieghu ghax hu ghandu l-poter politiku u ezekuttiv biex jixpruna l-ekonomija ’l quddiem.

Issa li qed jaraw li ma tantx qed ikollhom success, qed jitolbu lill-Partit Laburista biex jsolvi l-problemi ekonomici mill-Oppozizzjoni.

Fi ftit xhur ohra l-Partit Laburista ser jghid car u tond lill-poplu bl-ghazliet li ser ikollna quddiemna fil-hames snin wara l-elezzjoni li jmiss.

Ghalhekk minkejja d-diffikultajiet li ghandna quddiema, irridu naghmlu kuragg lill-poplu Malti ghaliex dak li ghandu bzonn pajjizna huwa tibdil fir-rotta wara snin twal ta’ tmexxija Nazzjonalista, li issa tidher ghajjiena ghall-ahhar u fl-ahhar ftit xhur tal-hajja taghha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata