Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Malta taghna

E-mail Print PDF
Share

t_317x0_luciano_busuttil_1Luciano Busuttil

 

Malta Taghna.., u jekk ma nehdux hsieb sahhitha ahna l-Maltin, hadd mhu gej idur biha! Bhalissa Malta taghna ma tiflahx u mimlija deni. Mhux deni tal-futbol jew tal-festi. Lanqas hu deni tal-politika partiggjana. Hu biss deni ggenerat minn persuna li kienet fdata biex tmexxi b’par idejn sodi, u spiccat tmexxi b’par idejn mimlija roghda.

Malta kollha qed thoss l-effetti ta’ dan id-deni u l-kliem fuq fomm kulhadd, hu min hu, u jemmen x’jemmen, hi wahda: X’se Jigri? Din il-mistoqsija mhi xejn ghajr l-akbar xhieda tal-incertezza li dan il-pajjiz gie mitfugh fih.

Mitfugh mhux minn Franco Debono, kif dawk tal-klikka qed jghidu. Hafna minn dak li dejjaq, qazzez, u nkwieta lil Franco Debono, dejjaq, qazzez u nkwieta lill-maggoranza tal-poplu, hlief ovvjament lil tal-qalba tal-qalba.

Dak li Franco Debono tkellem dwaru, huwa wkoll dak li l-Oppozizzjoni ilha tishaq dwaru sa mill-bidu tal-legislatura.

L-Oppozizzjoni ghamlet xogholha sewwa. Tkellmet u fissret, irragunat u gibdet l-attenzjoni, ipproponiet u fethet diskussjoni qawwija.

Franco Debono, bhala parti mill-iskwadra ghazel li jimxi b’mezzi ohra. Biss min kien fid-dmir li jaghti kas, ghamel bhan-naghma u dahhal rasu fir-ramel.

Sadd widnejh ghall-ugigh tal-poplu. Sadd widnejh ghall-parir it-tajjeb. Ghalaq ghajnejh ghat-toroq li setghu jaghmlu minn din il-legislatura wahda tajba, u mexa t-triq fejn emmen li hu biss ghandu t-tajjeb, li hu biss kapaci jahseb, li l-veritajiet tal-univers jinsabu fi hdanu, u li hu ghandu par idejn sodi.

Illum din il-hrafa/holma ntemmet. Fi hdan il-bastiment li jmexxi qam l-inkwiet.

Franco Debono ma felahx jara aktar kaptan miexi lejn il-hajt. Li kieku miexi wahdu ma jimpurtax, izda li jgorr poplu shih mieghu, mhux sewwa.

Ghan-Nzzjonalisti opportunisti il-problema hi Franco Debono. Ghan-Nazzjonalisti genwini l-problema hu dak li seraq ghalih partit shih. Man-Nazzjonalisti genwini jin-ghaqad kull Malti ta’ rieda tajba li qieghed jara lill-pajjiz jitmexxa bhal fewdu.

Ghall-Maltin kollha tezisti problema wahda jisimha Lawrence Gonzi, ghax b’dak li ghamel u b’dak li qed ikompli jaghmel, qed ihalli l-maggoranza assoluta tal-poplu riesqa lejn precepizzju li minnu se jbati pajjiz shih (apparti dawk li bejniethom qasmu miljun ewro).

Il-bahar hu mcaqlaq sew. Il-mewg qed joghla u jahbat qawwi mal-bastiment ta’ GonziPN. Triq wahda ghandu dal-kaptan. Ma jhallix r-roghda tirkeb aktar idejh u jiffaccja r-realtà.

U r-realtà hi li Malta mhux tieghu, izda Malta hi taghna: haddiema, professjonisti, negozjanti, anzjani, zghazagh, tfal, familji, minoranzi... Malta hi tal-poplu, poplu li jhares ‘il quddiem b’fiducja ghaliex jaf li fi hdanu hemm moviment li jaspira li b’mod mill-aktar demokratiku, ragunat u civili, jwassal lil din l-art timxi fil-maltemp globali, b’pass li jaghmel minnha Art helwa.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata