Is-Sibt 14 ta’ Jannar, kulhadd qam mahsud bl-ahbar tal-incident fatali li sehh matul il-lejl ta’ qabel meta l-cruiseliner lussuz Costa Concordia spicca dahal go blata u nqeleb fuq genb wiehed, vicin il-gzira ta’ Giglio, fil-punent tal-Italja.
Ix-xeni ta’ dan l-incident dlonk fakkruna fl-gharqa tal-RMS Titanic f’April ta’ mitt sena ilu. Izda dak tal-Costa Concordia mill-ewwel qajjem domandi kbar dwar x’seta’ kien il-kagun ta’ dan l-incident gravi.
KRISTA CARUANA taghti harsa dettaljata lejn dak li gara.
Friday the 13th
Ghal hafna nies li huma superstizzjuzi, l-gurnata tal-Gimgha 13, hija gurnata assocjata mall-isfortuna. Jekk hux b’kumbinazzjoni jew inkella jekk hux verament li dan il-jum igib is-sehta, difficli nghidu. Izda li hu zgur hu li d-data tal-Gimgha 13 ta’ Jannar 2012, se tibqa’ mfakkra bhala gurnata ta’ dizgrazzja li laqtet lill-eluf ta’ persuni li kienu abbord il-vapur lussuz Costa Concordia.
Il-vapur Costa Concordia kien wiehed mill-isbah bastimenti tal-cruises li jzuru portijiet Mediterranji nkluz il-port ta’ pajjizna. Imzejjen bl-isbah tizjin u mghammar bl-aqwa facilitajiet, dan il-vapur kien wiehed mill-aktar imfittxija minn eluf ta’ persuni ghall-btajjel rilassanti.
Izda l-istorja ta’ success li kellu dan il-vapur, inbidlet totalment il-Gimgha 13 ta’ Jannar meta filghaxija dan il-vapur habat ma’ blata u nqaleb fuq genb wiehed. Ir-reazzjoni inizjali kienet dik ta’ xokk qawwi. Kulhadd staqsa x’seta’ gara biex vapur ta’ dak il-kobor u lussu spicca f’dik is-sitwazzjoni tal-biki.
Dlonk bdew ir-rappurtaggi diretti fuq it-televizjoni u x-xeni ta’ dan il-vapur qed jghereq, mill-ewwel fakkruna fl-incident tal-vapur Titanic li wkoll kien maghruf ghal-lussu li kellu u ghas-sahha tieghu, tant li kien gie mlaqqam bhala “the unsinkable ship”.
Id-daqqa
X’gara f’dak il-lejl, hadd ghadu ma jaf bl-ezatt, hekk kif l-investigazzjonijiet ghadhom ghaddejjin. Izda dak li qalu l-passiggieri li kienu abbord il-vapur, hadd ma jista’ jmerieh.
Passiggieri li rrakkuntaw l-esperjenza taghhom, qalu li l-ewwel indikazzjoni li l-vapur kien gralu xi haga kienet meta semghu hoss qawwi hafna. Ftit wara l-vapur waqaf jahdem u nqata’ d-dawl. Kif wiehed jista’ jimmagina, fuq il-vapur qam kaos kbir.
“Konna qed nieklu l-ikla ta’ fil-ghaxija meta f’daqqa wahda mar id-dawl. Smajna hoss qawwi li ghall-bidu ma stajniex nifhmu x’kien. F’daqqa wahda kollox beda jaqa’ mal-art. Frieket, skieken, platti u anke tazzi. Dizastru shih.” Hekk irrakkonta Luciano Castro, passiggier Taljan li kien abbord il-vapur.
Izda l-passiggieri damu hafna fil-ghama dwar dak li verament kien qed jigri. Tant hu hekk li ghall-bidu bdew jghidulhom li kien hemm problema bl-elettriku.
Fulvio Rocci, passiggier iehor li kien abbord il-Costa Concordia qal li l-vapur beda jiccaqlaq hafna u kien hemm kaos shih. Nies jigru ‘l hemm u ‘l hawn, affarijiet jaqghu mall-art u jinkisru u nies jitgerbu. “Kienet qisha xena mill-film Titanic”, temm jghid Rocci.
Imbaghad il-passiggieri rrealizzaw li l-vapur kien tmejjel fuq in-naha tax-xellug tieghu.
Min-naha taghhom, membri tal-ekwipagg bdew jaghmlu l-almu taghhom biex izommu l-kalma fost il-passiggieri u bdew jassigurawhom li ma gara xejn serju.
Is-sitwazzjoni ta’ paniku sfrenat abbord il-vapur Concordia, damet ghaddejja ghal madwar siegha, sakemm gie ddikjarat stat t’emergenza u l-kaptan tal-vapur ordna biex il-vapur ikun evakwat minnufih.
L-evakwazzjoni
Il-passiggieri abbord, kienu ordnati jilbsu l-life jackets u jmorru jfittxu dghajsa tas-salvatagg. Izda l-process t’evakwazzjoni ma kienx daqstant semplici, hekk kif nofs id-dghajjes tas-salvatagg kienu digà mgharrqa fil-bahar minhabba li l-vapur kien imxaqleb fuq ix-xellug.
Minhabba f’hekk il-passiggieri kienu kostretti jfittxu dghajsa fuq in-naha tal-lemin tal-vapur.
“Kien difficli hafna biex timxi fuq il-vapur. Il-vapur mar fuq naha wahda u aktar ma beda jghaddi hin, aktar il-vapur beda jghereq ‘l isfel. F’temp ta’ nofs siegha, l-vapur kien digà nofsu mgharraq taht l-ilma”, qalet passiggiera Germaniza li kienet abbord il-vapur.
“Kollox gara f’hin relattivament qasir. Kien hemm paniku shih u hafna nies bdew jaqghu it-tarag, filwaqt li ohrajn spiccaw mghaffgin.
Kulhadd beda jipprova jilhaq dghajsa u kulhadd beda jimbotta. Ippruvajna nzommu l-kalma, izda kien impossibli”, sostna passiggier iehor.
It-tfal u n-nisa kienu l-ewwel persuni li nghataw prijorità, izda kien hemm bosta rgiel li riedu jibqghu flimkien bhala familja. Minhabba l-kunfuzjoni li nqalghet, xi whud li flok stennew li jitilghu fuq dghajsa tas-salvatagg, qabzu l-bahar u ghamu lejn il-gzira ta’ Giglio li kienet vicin hafna.
Filwaqt li kien hemm min irnexxielu jasal qawwi u shih, anzjan ta’ ‘l fuq minn tmenin sena m’ghamilhiex ghax sofra minn attakk f’qalbu u sfortunatament tilef hajtu.
Elisabetta Nanni, impjegata bhala ‘tourist information officer’ fuq il-gzira ta’ Giglio, irrakkuntat kif f’nofs ta’ lejl eluf ta’ persuni li kienu abbord il-vapur Costa Concordia, waslu fuq il-gzira fi stat ta’ xokk qawwi u disperazzjoni.
“Normalment f’dawn iz-zminijiet fuq il-gzira ta’ Giglio ma jkunx hawn aktar minn 700 persuna u x’hin rajna l-eluf, f’nofs ta’ lejl, nista’ nghid li ma kinitx esperjenza facli”, sostniet Nanni.
Minkejja li kienu hafna dawk il-persuni li rnexxielhom isalvaw, ohrajn tilfu hajjithom filwaqt li ohrajn baqghu rrappurtati nieqsa.
Kien ghalhekk li beda sforz qawwi biex jigu salvati aktar persuni li kienu ghadhom maqbuda fil-vapur.
Fost il-persuni li damu granet shah irrappurtati nieqsa, kien hemm membri tal-ekwipagg kif ukoll passiggieri Amerikani, Germanizi, Francizi u anke Taljani.
Ta’ min hu t-tort?
Is-sid tal-vapur Costa Concordia mill-ewwel tefa’ l-htija ta’ dan l-incident fuq il-kaptan Francesco Schettino ta’ 52 sena. Schettino gie arrestat mill-Pulizija u qed ikun akkuzat bi qtil.
Schettino qed ikun akkuzat li dahhal lill-vapur go blata wara li resaq vicin hafna tal-gzira ta’ Giglio biex isellem lil xi nies.
Apparti minn hekk, il-kaptan kien akkuzat ukoll li abbanduna l-vapur, ferm qabel hafna passiggieri gew evakwati.
Izda l-kaptan qed jichad li ghamel xi haga hazina u minflok qed jghid li l-blata li nkalja maghha l-vapur, ma kinitx immarkata fuq l-apparat. Insista wkoll li hu u l-ekwipagg tieghu, kienu l-ahhar nies li abbandunaw il-vapur.
| < Prev | Next > |
|---|






