Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

X’sar minnha l-inkjesta dwar il-kaz tal-Mercaptan?

E-mail Print PDF
Share

toxic1L-Enemalta u l-Ministeru tal-Finanzi b’halqhom maghluq

Il-Korporazzjoni Enemalta u l-Ministeru tal-Finanzi jinsabu b’halqhom maghluq rigward l-inkjesta li kellha ssir dwar il-kaz tal-kimika Mercaptan, li kienet inharqet b’mod illegali mill-Enemalta lura fl-2009.

 

F’Novembru li ghadda, l-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech li huwa politikament responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta, kien qal li dwar dan il-kaz kienet qed issir inkjesta minn bord indipendenti, liema inkjesta kienet waslet biex tintemm.

 

Izda minn dakinhar sal-lum baqa’ ma ssemma xejn dwar l-ezitu ta’ din l-inkjesta, minkejja li dan kien kaz mill-aktar serju u kien hemm numru t’ufficjali li kellhom jassumu responsabbiltà ghal dak li gara.

 

Fil-jiem li ghaddew, din il-gazzetta staqsiet kemm lill-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll lill-Ministeru tal-Finanzi rigward din l-inkjesta. Min-naha taghha, kelliema ghall-Enemalta qalet li l-inkjesta tinsab f’idejn il-Ministeru tal-Finanzi izda min-naha tieghu, l-kelliemi ghall-Ministeru tal-Finanzi qal li l-inkjesta giet konkluza u r-rapport jinsab ghand il-Korporazzjoni Enemalta, biex tikkonsidra l-konkluzjonijiet taghha.

 

Sorsi qrib din il-gazzetta qalu li minkejja li l-ezitu ta’ din l-inkjesta baqa’ ma giex zvelat, fi hdan il-Korporazzjoni Enemalta, fil-jiem li ghaddew bdew isiru xi manuvri li jista’ jkollhom rabta mall-ezitu ta’ din l-inkjesta li s’issa ghadu qed jinzamm mistur.

 

Fost il-manuvri li allegatament saru fil-jiem li ghaddew, kien hemm it-tnehhija ta’ Raymond Cremona li kien jokkupa l-kariga ta’ Chief Corporate Services tal-Enemalta u li kien wiehed mill-persuni investigati b’rabta ma’ dan il-kaz.

 

Cremona jidher li tnehha mill-kariga habta u sabta nhar il-Gimgha 13 ta' Jannar. L-ahbar dwar it-tnehhija tieghu, giet ikkomunikata lill-haddiema permezz ta' cirkolari qasira li nharget mic-Chairman tal-Enemalta Louis Giordmaina. Jidher li issa Cremona nghata mpjieg mall-Korporazzjoni ghax-Xoghol u t-Tahrig.

 

Intant, fl-istess gurnata u bl-istess mod misterjuz, tnehha wkoll Ray Ferris, li kien jokkupa l-kariga ta’ Chief Projects Officer u li kien il-Kap tad-Divizjoni tal-Gass tal-Enemalta.

 

Dawn il-manuvri segwew ukoll it-terminazzjoni tal-kuntartt tal-inginier Karl Camilleri li kien il-Kap Ezekuttiv tal-Enemalta, f’Novembru li ghadda. Camilleri kien qal li ma riedx li l-kuntratt tieghu jerga’ jiggedded.

 

Sadanittant, Mario Magri, l-eks manager tad-Divizjoni tal-Gass, u li allegatament kellu sehem kbir fil-kaz tal-Mercaptan, inghata biss transfer u issa qieghed f’ufficcju fil-powerstation tal-Marsa fejn minkejja li naqqsulu hafna mix-xoghol u r-responsabbiltajiet li kellu, xorta wahda ghadu jiehu l-istess paga ta’ manager.

 

Qudddiem dan kollu, wiehed jistaqsi jekk dan il-manuvrar li sar fil-jiem li ghaddew, ghandux xi rabta diretta mal-ezitu tal-inkjesta li mhux eskluz li se jkun ippubblikat fil-jiem li gejjin.

 

Kienet il-gazzetta KullHadd, li fl-24 ta’ Settembru li ghadda kienet ippubblikat storja dwar kif l-Enemalta harqet b’mod illegali galluni shah tal-kimika Mercaptan f’ghalqa fil-limiti tal-Imgarr.

 

Id-decizjoni dwar il-hruq tal-Mercaptan kienet ittiehdet mill-oghla ufficjali tal-Enemalta, minkejja li kienet decizjoni perikoluza hafna u li seta’ kellha konsegwenzi serjissimi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata