Monday
May 21st
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

NET News jikser ir-regoli tal-Awtorità tax-Xandir

E-mail Print PDF
ShareIl-bulletin tal-ahbarijiet tal-istazzjon tal-PN, Net News kiser ir-regoli tal-Awtorità tax-Xandir wara li ma xandarx kif suppost, dritt ghal twegiba b’rabta ma’ ahbar li kien xandar fil-15 t’Ottubru tal-2011.

L-ahbar kienet tirrigwardja s-Sindku Laburista tas-Sannat Ghawdex, Philip Vella, u xi xoghol li allegatament kien twettaq minn haddiema tal-Kunsill Lokali fi proprjetà privata.

Dwar din l-ahbar, is-Sindku tas-Sannat, kien baghat lil Net News, twegiba li kellha tinqara fl-intier taghha, skont ir-regolamenti tal-Awtorità tax-xandir. Izda flok din it-twegiba nqrat kif inhi, kif titlob il-ligi tax-xandir, fil-bulletin tat-Tnejn 17 t’Ottubru 2011, l-editur ta’ Net News, Nathaniel Attard, ta interpretazzjoni tieghu personali ghal dak li kien hemm miktub fit-twegiba u qal li s-Sindku Philip Vella, wahhal fis-Segretarju Ezekuttiv ghall-abbuz li sehh.

L-avukat ta’ Vella, Mario Scerri spjega li b’dan il-mod, l-effett u r-rimedju tal-istess dritt ghar-risposta, kienu gew mitigati. Zied jghid li permezz tal-kummenti li saru min-Net News, inghatat l-impressjoni li l-allegat abbuz kien fil-fatt sehh u lis-Sindku tas-Sannat, kien qieghed iwahhal fis-Segretarju Ezekuttiv, meta dan ma kienx il-kaz, u meta dan kien gie michud b’mod kategoriku fl-istess risposta.

Min-naha tieghu, il-Kap tal-Kamra tal-Ahbarijiet ta’ Net News, Nathaniel Attard qal li filwaqt li ttratta r-risposta ta’ Vella, bhala talba formali ghal dritt ghar-risposta, hass li kien gustifikat u legittimu li jghaddi l-kummenti editorjali tieghu f’nofs l-istess risposta.

Wara li rat il-mod li bih giet imxandra t-twegiba ta’ Vella f’Net News, l-Awtorità tax-Xandir, ikkonkludiet li Net News ma kienx konformi mal-provvedimenti fil-Htigijiet dwar Standards u Prattika li kienu jirregolaw il-Bulletini tal-Ahbarijiet u l-programmi ta’ grajjiet kurrenti, specifikament dawk li jobbligaw lix-xandar ghandu jaqra r-riposta kif sottomessa u minghajr l-ebda kummenti mizjuda.

Quddiem dawn il-fatti, l-Awtorità tax-Xandir iddecidiet li l-ilment tas-Sindku tas-Sannat, Philip Vella kien iggustifikat, izda rat li f’dan il-kaz ma kellhiex taghti rimedju.

Dwar din id-decizjoni, l-gazzetta KullHadd hadet r-reazzjoni tas-Sindku tas-Sannat, Philip Vella li sahaq li d-decizjoni tal-Awtorità tax-Xandir li ma jinghatax rimedju hija totalment farsa u dan minhabba l-fatt li la darba l-ahbar inkwistjoni xxandret fuq Net News, l-istess stazzjon kellu jxandar apologija u kellu jsib spazju biex tinqara t-twegiba kif suppost kellha tinqara.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Fair Sunny / Wind Mostly Sunny Sunny Sunny
17C 23C 24C 23C 23C
Mon Tue Wed Thu Fri

 

Karikatura

 

Faccata