Sore losers
L-Awtorità tax-Xandir tat rimedju lil Partit Nazzjonalista minhabba nuqqas ta’ bilanc fil-famuz programm Bondiplus meta kien intervistat Franco Debono, dakinhar li qallu “Lou jien minhiex pappagall tieghek”.
L-Awtorità tax-Xandir, fuq talba tal-Partit Nazzjonalista tat 15 -il minuta biex il-PN ikun jista’ jwiegeb ghal li qal Franco Debono.
Ma flahtx inzomm zaqqi maqsuma bid-dahk hekk kif smajt din l-ahbar li Bondiplus instab hati ta’ zbilanc kontra l-Partit Nazzjonalista. Ara veru qeghdin sew dil-habta n-Nazzjonalisti biex fi programm taghhom f’taghhom, spiccaw bi ‘zbilanc’ kontra taghhom. Ara veru din qisha bicca teatru tal-assurd biex ta’ GonziPN jaslu biex jghidu li programm ipprezentat minn Nazzjonalist koccut bhal Lou Bondi li huwa zbilancjat kontra GonziPN. Inkella forsi veru Bondi qed jibda jmajna jew jixjieh bhal ma qallu Franco Debono.
Il-Partit Nazzjonalista altru illi ma kienx rapprezentat f’dan il-programm, kif qalu ta’ GonziPN f’ilment taghhom lill-Awtorità tax-Xandir. Fil-fatt il-prezentatur Lou Bondi bhal ma jaghmel f’kull programm, mar barra minn triqtu biex ifendi favur u jiddefendi l-interessi ta’ GonziPN
Lou Bondi ghamel minn kollox biex jipprova jmiehek kemm jiflah lil Franco Debono. Imma ta’ GonziPN, x’hin raw lil Franco Debono jieqaf lil Lou Bondi u jxejjen ghal kollox l-attakki tieghu, ta’ sore loosers li huma, talbu d-dritt tar-risposta lill-Awtorità tax-Xandir u din bhala s-serva ubbidjenti taghhom, ikkuntentathom.
GonziPilatu
B’dahru mal-hajt kif inhu, wara li ilu snin twal jaghmilha ta’ Pilatu u jigi jaqa’ u jqum mill-insulti kbar u attakki personali infami li fihom theda u tinfexx Daphne Caruana Galiza biex minn ghalija tiddefendi l-kawza ta’ GonziPN, proprju issa meta dan il-Gvern jista’ jinsab fl-ahhar tokki tieghu, Dr Gonzi ddecieda li jikkundanna dawn l-attakki personali li jsiru fuq l-internet.
Imma ghal xi raguni Gonzi ma kellux il-kuragg isemmi lil Caruana Galizia b’isimha, meta din hija l-percimes tal-attakki personali fuq l-internet, anki fuq persuni li mhumiex involuti fil-politika u fil-hajja pubblika.
Ta’ min wiehed isemmi kif ftit tax-xhur ilu, meta l-Prim Ministru Gonzi kien gie mitlub minn din il-gazzetta biex jiddistanzja ruhu mill-kitba moqzieza ta’ Caruana Galizia, Gonzi kien wiegeb permezz tal-abbati tieghu Gordon Pisani, li bhala Prim Ministru huwa bl-ebda mod ma jindahal dwar x’jinkiteb mill-gurnalisti fil-media, lanqas meta dawn ikunu apologisti kbar tieghu.
Is-sabiha kienet illi din it-twegiba ta’ Gonzi u l-abbati tieghu Gordon Pisani kienet spiccat ippubblikata fil-website moqzieza ta’ Caruana Galizia, qabel ma kienet ippubblikata fil-gazzetta Kullhadd.
Spot the difference

Ftit tal-jiem ilu thabbret ir-rizenja ta’ Carlo Melanconico mill-kariga ta’ Sotto-Segretarju fl-Ufficcju tal-Prim Ministru Mario Monti. Melanconico kellu jirrizenja wara li nqabad li negozjant kien hallaslu vaganza gewwa lukanda. Bit-tahwid kollu taghhom, it-Taljani jafu jzommu s-serjetà u jsegwuhom ir-regoli fejn iridu.
Ara f’Malta, meta ftit tax-xhur ilu kien inkixef li Tonio Fenech kien vvjagga b’xejn fuq executive jet flimkien ma’ zewg negozjanti ewlenin, biex imur jara l-loghba futbol tal-Arsenal, thalla kollox ghaddej qiesu qatt ma kien xejn.
Meta gie mistoqsi minn din il-gazzetta ghalfejn m’ghamilx bhal Melanconico u rrizenja, kull ma kellu xi jghid Tonio Fenech kien li “assolutament m’hemm ebda paragun bejn iz-zewg kazijiet”. Forsi Tonio Fenech joghgbu jilluminana ftit dwar fejn sewwa sew tinsab id-differenza bejn iz-zewg kazijiet.

| < Prev | Next > |
|---|






