Illum tkun qed tintemm il-Konferenza Ìenerali Annwali tal-Partit Laburista, li fl-gheluq taghha jinghata l-messagg ewlieni permezz tad-diskors tal-Mexxej tal-Partit Joseph Muscat. Konferenza li serviet bhala opportunità biex inkomplu nfissru kif se nservu lill-poplu jekk il-poplu jafdalna t-tmexxija ta’ pajjizna.
Konferenza li ddiskutiet zewg mozzjonijiet li fihom jingabru l-ghanijiet li rridu nilhqu permezz ta’ tmexxija li qed noffru lil pajjizna. Permezz tad-diskussjoni li tintemm illum, il-Partit Laburista kellu opportunità li jkompli jfisser dak li pajjizna jista’ jinghata permezz tal-ghaqal fit-tmexxija.
Fil-mozzjonijiet indikajna dak li jehtieg li nbiddlu f’pajjizna, l-isfidi li jehtieg li niffaccjaw, l-oqsma li fihom pajjizna qed jaqghu lura, fejn qed nirnexxu u jehtieg li nsahhu s-success, l-opportunitajiet li nistghu noholqu, is-success li nistghu nixprunaw li bih jista’ jgawdi l-poplu Malti u Ghawdxi kollu.
Din il-konferenza iltaqghet fi zmien partikolari ghal pajjizna. Zmien li fih pajjizna inhakem mill-incertezza ghax min qieghed fit-tmexxija tal-pajjiz ma jistax joffri stabbiltà. Min qed imexxi llum inhakem mill-interess li jibqa’ ggranfat mal-poter aktar milli jara kif jerga’ jaghti lura l-istabbilità.
Fil-granet li fiha ltaqghet il-Konferenza, kienet opportunità ghal bosta persuni li tkellmu dwar kif se noffru tmexxija ghaqlija, bil-ghan li jsehh il-progress u mill-gdid ingawdu l-istabbilità.
Matul il-Konferenza ippartecipaw numru kbir ta’ zghazagh li ghall-ewwel darba indirizzaw il-konferenza u huma wkoll kif se jaghtu sehemhom fil-politika. Zghazagh li fissru ghalfejn ghamlu l-ghazla li jkunu ta’ servizz kemm fi hdan l-istrutturi tal-Partit kif wkoll billi jikkontestaw elezzjonijiet.
Fl-interventi numeruzi li saru fis-sessjonijiet plenarji, filwaqt li taw il-kontribut taghhom persuni li ilhom jimmilitaw fi hdan il-partit, taw sehemhom wkoll fid-diskussjoni persuni li fehemu li jinghaqdu fil-moviment li inbena madwar il-Partit Laburista.
Persuni li gejjin minn oqsma differenti fil-hajja li lkoll fissru ghalfejn fehmu l-htiega li jkunu parti mill-moviment li ghandu ghan li pajjizna jkun ferm ahjar.
F’din il-Konferenza, ghadd kbir ta’ kelliema esprimew l-ghazla li ghamlu biex jinghaqdu mat-tim ta’ kandidati tal-Partit Laburista. L-esperjenzi varji ta’ dan it-tim joffri ghazla mill-aqwa.
Ix-xoghol tal-Konferenza kien mifrux permezz ta’ diversi workshops li gew organizzati mill-ferghat tal-partit. Workshops li ddiskutew diversi aspetti mill-attivizmu fost iz-zghazagh sas-solidarjetà intergerazzjonali u partecipazzjoni aqwa tal-anzjani fis-socjetà.
Is-Sezzjoni tal-Kunsilliera wkoll kellha opportunità biex taghraf l-isfidi li jezistu fit-tmexxija lokali kif wkoll l-istil ta’ tmexxija li huwa mehtieg biex il-kunsill lokali verament ikunu fuq in-naha tal-familji u mhux fuq in-naha tal-burokrazija.
Il-workshops organizzati mill-Ghaqda Nisa Laburisti, kif wkoll il-Fondazzjoni IDEAT kienu mill-aktar pozittivi ghax fissru fiz-zminijiet tal-lum, zmien ta’ taqlib ekonomiku kbir, jistghu jinholqu aktar opportunitajiet ta’ xoghol li bih jitkattar il-gid bil-ghan li ntejjbu l-kwalità tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin.
Ghad-delegati tal-Partit, din il-Konferenza kienet opportunità biex jistaqsu dwar diversi suggetti lill-Mexxej Laburista. Is-sessjoni ta’ mistoqsija u risposta mal-Mexxej Laburista saret appuntament annwali li permezz tieghu id-delegati permezz tal-mistoqsijiet taghhom, il-Mexxej Laburista ifisser il-hsieb politiku dwar temi importanti.
L-impenn tad-deputati parlamentari ma kienx permezz tal-interventi taghhom fis-sessjonijiet plenarji tal-Konferenza.
Taw kontribut importanti billi wiegbu ghal domandi u ddiskutew punti imqajjma mid-delegati f’sessjonijiet ta’ mistqosija u risposta mad-deputati organizzati bhala parti mill-Konferenza Ìenerali.
Ix-xoghol li twettaq matul din il-Konferenza Ìenerali jehtieg li nkomplu nfissruh. L-opportunità li hadna biex inkomplu nfasslu t-triq il-quddiem jehtieg li ssir maghrufa minn kulhadd.
Il-vizjoni taghna jehtieg li nkompli nispjegawha u nwassluha b’kull mezz biex il-poplu taghna jaghraf li hemm toroq ohra ghal pajjizna. Il-htiega li nfissru kif se noffru ghaqal fit-tmexxija fl-ahjar interess tal-poplu Malti u Ghawdxi.

| < Prev | Next > |
|---|






